Il-Kullhadd Duwa tal-maddalena
In-nazzjonalisti jinsabu min taht. Qed jaraw il-holm taghhom jisfaxxa fix-xejn. Il-poplu Malti aktar ma jifhem u jersaq lejn il-mument li jaghzel dwar is-shubija ta` Malta fl-UE aktar qed jitbieghed minnha. Nazzjonalisti konvinti stess qed juru li mhux lesti jimxu fit-triq ta` shubija fl-Unjoni Ewropeja.
U l-gvern nazzjonalista, minghajr success fil-politika ta` shubija fl-Unjoni Ewropeja, jispicca gvern bla mandat. Gvern li jkun qed jahli z-zmien tal-pajjiz billi joqghod jilghab il-loghba tal-poter meta jaf li ma jistax iwassal il-poplu ghall-vizjoni tieghu.
U allura n-nazzjonalisti qed jigu kostretti jghaddu ghal-mizuri ta` min huwa ddisprat biex jipprova jsalva s-sitwazzjoni.` Kellna ezempju car dan l-ahhar. Ir-rizoluzzjoni tal-GWU li xaqilbet favur il-pozizzjoni tal-Partit Laburista u kontra shubija fl-UE mill-aktar fis possibbli inzertat ittiehdet fl-istess jum taz-zjara tal-Kummissarju ghat-tkabbir tal-UE Verheugen.
Verheugen seta` jara b`ghajnejh li f`Malta m`hawnx qbil fuq shubija u dan mhux biss bejn il-politici izda fis-saffi kollha ta` l-elettorat. Zjara li kienet intenzjonata li taghti mbuttatura lil pozizzjoni tal-gvern spiccat minflok ittimbrat f`mohh l-UE li ma Malta qed jahlu l-hin.
U Verheugen wera wkoll li l-UE ma jkollha l-ebda diffikulta` li tinnegozja ma Gvern Laburista elett demokratikament wara l-elezzjoni li jmiss relazzjoni specjali skond kif qed jipproponi l-partit laburista. Dan ma jfisserx arrangament a la carte li niehdu dak li jaqbilna bla ma nroddu lura xejn. Din ta` l-a la carte giet inventata biex tghatti ftit il-krizi tan-nazzjonalisti biex jikkonvincu li morra kemm hi morra t-triq tas-shubija ma tezistix triq ohra.
Gvern laburista irid jinnegozja arrangament reciproku li jkun fl-interess taz `zewg nahat. Dak li nippretendu li niehdu irridu nkunu ippreparati li ntuh. Izda dan l-arrangement fuq il-mudell Svizzeru jippermetti li nhallu barra settur bhall-agrikoltura li la ma jaqbilx li nghatu lanqas nippretendu li niehdu. Dan l-arragament jippermetti li l-process ta` l-implimentazzjoni` jiehu zmien itwal milli huwa possibbli taht il-mudell tas-shubija. U b`hekk ma johloqx skossi u tbatija ghall-ekonomija u ghal-poplu Malti.
U f`din il-krizi in-nazzjonalisti ghandhom bzonn xi duwa tal-maddalena biex tfejjaqhom mill-mard kroniku li jinsabu fih. U din id-duwa qed jippruvaw isibuha fil-kaz tat-tiswija tal-bastiment navali La Salle fit-tarzna taghna.
Jekk din tiksirx il-kostituzzjoni hemm opinjonijiet diversi. Mhux la kemm tarmi opinjoni u ssostni l-ohra. Il-Gvern ihoss li ma tiksirx il-kostituzzjoni u jrid jibqa` ghaddej.
L-Oppozizzjoni ghandha rizervi dwar dan izda espremit il-hsieb li f`dan il-kaz ser tuza prudenza bla pregudizzju ghal x`taghmel meta tkun fil-gvern.
Kienet soluzzjoni li ghogbot lil kullhadd inkluz lil haddiema tat-tarzna li jridu jaraw il-post tax-xoghol taghhom imfawwar bix-xoghol halli jaqilghu izjed u ma jibqghux piz finanzjarju fuq in-nazzjon.
Fic-cirkostanzi il-bicca missa waqfet hemm. Jekk hawn xi hadd irid jinterpreta l-kostituzzjoni b`mod differenti milli qed jinterpretawha iz-zewg nahat tal-parlament jista jaghmel dan biss permezz tal-Qorti Kostituzzjonali.
Zgur ma ghandux jiehu l-ligi f`idejh, jinterpretha kif jidhirlu u jgerrex xoghol mit-tarzna taghna li dwaru l-Oppozizzjoni uriet li ser tiehu pozizzjoni prudenti anke jekk ma taqbilx. Xoghol il-GWU mhux li tinterpreta l-Kostituzzjoni izda li tizgura li l-haddiema jiehdu l-ahjar kundizzjonijiet f`ambjent fejn iwassal ghat-tkabbir kummercjali ta` l-azjenda fejn jahdmu .
Jekk it-taqsima tat-tarznari tal-GWU ser tiehu rwol li mhux taghha taf tkun bla ma trid id-duwa tal-maddelna li qed ifittex il-gvern biex iregga lura fi hdanu lil dawk li ga abbundunawh.
Il-poplu Malti ma jaccettax l-argument tal-Prim Ministru li n-newtralita ta` Malta ma ghadix rilevanti. Izda l-poplu Malti jhalli dawn l-argumenti ghall-Oppozizzjoni ghax hi taf meta, kemm` u kif l-ahjar li ghandha tinfurzhom fl-interess tan-nazzjon kollu inkluz tan-nies tat-tarzna.
Sunday, 18 February 2001
Duwa tal-maddalena
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment