Il-Kullhadd Huma biss bravi!
Mil-mod kif jirraguna dal-gvern bilfors tasal ghal konkluzjoni li huma biss bravi u li kull min ghandu opinjoni differenti huwa cuc.
Dan hareg b`mod mill-aktar car mir-rejazzjoni patetika u miskina li kien hemm ghar-rapport tal-General Workers Union dwar ir-relazzjonijiet futuri ta` Malta ma l-UE.` Il-ministru wiehed wiehed ghamlu konferenza stampa kuljum biex jghajjru lil GWU bla ma lanqas biss jirribattu fis-sostanza il-kontenut tar-rapport ippublikat.
Il-gazzetti bl-ingliz u l-media nazzjonalista lkoll rikbu fuq krucjata biex ipingu lil GWU bil-kuluri l-aktar mudlama sempliciment ghax il-GWU ma ghandiex l-istess fernezija li ghandu l-gvern biex jissieheb fl-UE maljar kemm jist` jkun, ikunu x`ikunu il-konsegwenzi. Skond il-gazzetti bl-ingliz la l-GWU ma taqbilx mal-gvern allura ma ghandiex vizjoni u hija politikament servili ghal Partit Laburista.
Il-livell ta` intolleranza li lahaq il-gvern fir-rejazzjoni tieghu ghar-rapport tal-GWU johrog fil-berah il-paniku li jinsab fih il-Gvern hekk kif qed jirrejalizza li l-platform li jinsab fuqha hija maghmula minn` silg li qed jiddewweb mis-shana ta` l-argumenti ta` min ma ghandux l-ghamad.` Ta` min l-UE jhares lejha b`mod objettiv u jirraguna ta x`jaqbillu l-aktar pajjizna u niesu u mhux x`jaqblilhom il-politci li jmexxuh u dawk li jisquhom bl-ilma tal-hajja.
Ghaliex dan il-gvern qed f`paniku` Qed f`paniku ghax dal-gvern issa dahal fi sqaq li ma ghandux triq ohra hlief l-UE. Il-pjan wiehed tal-gvern huwa li dan isir qabel ma tintemm din il-legizlatura li trid xxolji sa Novembru 2003.` Izda ma kull jum li jghaddi il-gvern qed jirrejalizza li dan mhux aktar possibbli.
Mhux possibbli ghax it-tkabbir ta` l-UE ma jistax isir qabel l-1 ta` Jannar tas-sena 2004 u anke din id-data hija ottimista ghax probabbli li l-affarijiet ikaxkru. Allura hemm cans tajjeb, kwazi certezza, li Gvern laburista jerga jiehu tmun fil-hin biex idawwar ir-rotta lej ir-relazzjoni specjali ta` Svizzera fil-Mediterran.
Mhux possibbli wkoll ghax in-nazzjonalisti qed jikkonvincu ruhhom li jekk jaghmlu referendum f`din il-legizlatura` dan mhux ser jghaddielhom. Ma jghaddilhomx ghax ser jivvotaw kontra jew jastjenu mhux biss il-laburisti izda corma nazzjonalisti li llum jew imdejqin bil-gvern jew addirittura ma jaqblux mas-shubija fl-UE. U jekk il-Partit Laburista bir-ragun jibbojkotja ir-referendum ladarba ma jkunx marbut bir-rizultat tieghu x`ser jaghmel il-Gvern`
Illum il-Gvern qieghed bhal wiehed f`karozza miexja kemm timxi lejn precipizzju u jrid jiddeciedi jekk jaqbizx minn fuqha issa li ghadu `l boghod mil-precipizzju jew jibqa fuqha sat-tarf net` u jitfarrak bil-karozza b`kollox. Jaghmel dan biex` ma jhammarx wiccu billi jaghmel U-Turn u jibqa` jittama li flok precipizzju jsib motorway sabiha. Kull min jurih ir-ritratti tal-precipizzju flok jghidlu grazzi il-gvern jghajjru giddieb u mixtri.
Mhux ta` b`xejn beda sew id-diskors ta` elezzjoni qabel ir-referendum. Elezzjoni tippermetti lill-Gvern jaqbez mil-karozza qabel din titfarrak u ta` l-inqas isalva hajtu anke jekk jinbaraxx.
Aktar importanti ghal Malta illi elezzjoni qabel ir-referendum tippermetti li l-karozza jibda jsuqha gvern laburista li ma jiddejjaq xejn bibdel ir-rotta u jibqa` jinnegozzja ma l-UE b`mod miftuh bla ma jghalaq l-ebda alternattivi.
It-triq taghna ta` Svizzera fil-Mediterran tista` tigi attwata fi zmien qasir u ma talghaqx il-bieb biex fil-futur jekk jinbidlu ic-cirkostanzi, Malta terga thares jekk ikunx jaqblilha li tissieheb bil-kundizzjonijiet li jkunu japplikaw fil-futur. Il-Partit Laburista ma jghalaq bibien ghal xejn` izda zgur li ghal futur li wiehed jista jara l-interess ta` Malta jkun moqdi ahjar b`arrangament specjali addattat ghac-cirkostanzi taghna. L-enegija taghna trid tiffoka fuq li nimmodernizzaw kif jaqbililna u mhux kif jordnawlna.
Izda ffacati minn din ir-rejalta` qarsa in-nazzjonalisti jippreferu li jkomplu joholmu u bl-arroganza jippretendu li huma biss bravi!
Sunday, 11 February 2001
Huma biss bravi
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment