Sunday, 4 February 2001

Lejn rebha kbira laburista

Il-Kullhadd Lejn l-akbar rebha laburista

Mela n-nazzjonalista ma ghadhomx jghixu f`din id-dinja` Mela maghluqin kif inhuma fit-tempji ta` l-avorji jigbdu l-ispag ta` dawk li jghalfu bi flus il-poplu jinsabu maqtughin ghal kollox mill-ughieh, mid-dwejjaq u mir-rabja li qed tingemgha fil-kotra tal-poplu Malti` Bilfors li hekk,` la hadu daqshekk ghalihom ghax fissert fhemti waqt il-konferenza generali tal-hadd li ghadda li l-Partit Laburista miexi lejn l-akbar rebha elettorali li qatt kellu.

Ninsabu bejn wiehed u iehor nofs triq ta` din il-legislatura.` Il-poplu issa jista` jibda jaghmel gudizzju.` U fil-fatt il-poplu qed jiggudika. Qed jiftakar f`min fis-sajf ta` l-1998 kien jichad li l-pajjiz kellu xi problema finanzjarja u f`min kien jghid li din kienet biss invenzjoni ta` Alfred Sant. Jiftakar f`min kien jitkaza li l-gvern laburista kien tilef il-kuxjenza socjali.

U jara il-fatti u jiggudika. Jara l-gvern mghaffeg mill-problema finanzjarja tal-pajjiz li issa m`ghadiex michuda. Bil-wicc tost jghidu li din holoqha Alfred Sant fit-22 xahar li kien Prim Ministru. Lanqas kieku ried jaghmel dan ma kien ikun possibbli. Alfred Sant sab il-problema ma wiccu u harigha fil-berah u kellu jiehu mizuri mhux sbieh biex jindirizza l-problema. Izda l-problema finanzjarja kienet hemm. Holoqha gvern nazzjonalista bejn 1987 u l-1996 meta minn pajjiz bla dejn u mimli rizervi gabu pajjiz midjun u b`rizervi fjakki.

Bhal prostituta titkaza bil-vergni li tilbes skullat in-nazzjonalisti ghanlu 22 xahar taparsi ma jafux bid-deficit, taparsi ma jafux li hemm bzonn issikkar tac-cinturin biex jaghmel tajjeb ghall-irresponsabbilita` finanzjarja taghhom. Illum minn xarrbu qed jieklu l-bakkaljaw. Illum il-problemi finanzjarji huma kbar u indiskuttibli. Illum it-taxxi ( u t-tariffi) hergin minn kullimkien u f`kull gimgha tas-sena.` Illum hemm bzonn li kullhadd ihallas it-taxxa anke fuq dak li sa ftit ilu kien bla taxxa.

Illum sirna nisimghu li mhux sewwa li kullhadd jippretendi s-servizzi socjali b`xejn mill-gvern. Anzi llum kemm jista` jkun skond ir-religjon il-gdida ta` dan il-gvern li issa waqghetlu l-maskra, kullhadd ghandu kemm jista jkun ihallas tas-servizzi kollha li jiehu minghand il-gvern. Illum il-flus saru l`alla l-gdid. Jekk ghandek` flus timxi u tmexxi` jekk ma ghandekx ikkriepa.

U l-poplu jara, ihoss u jifhem li Alfred Sant kellu kull ragun f`dak kollu li kien jghid meta kien Prim Ministru.` Jifhem li l-problemi holquhom in-nazzjonalisti u Alfred Sant kien biss qed jipprova jsalava l-pajjiz minn rovina finanzjarja.` Illum il-poplu fehem li n-nazzjonalistui dahqu bih. Qaluli li ma hemmx ghalfejn sagrificcji li Alfred Sant kien qed jaghmilhom ghax bniedem negattiv u kapriccjuz u issa qed ibellghu lil poplu is-swat tat-taxxi u t-tariffi.

Il-poplu ma jafx ghada x`hemm jistennih. Jaf li l-ekonomija mhix tikkreja gid u jekk jintlaqat minn xi nuqqas ta` xoghol jista jitlef postu u ma tantx se jsib iehor.` Jibza li jqum fil-ghodu u jsib ma wiccu `xi taxxa jew tariffa gdida.

U ghalhekk il-poplu jibza ,` jirtira u jkompli jghaffeg l-ekonomija b`nuqqas ta` nfieq u inizjattiva. Il-poplu jara madwaru kollox iggamjat. Il-progetti jezistu biss fil-paroli u meta u jekk jibdew jitwettqu il-progetti huma fil-parti `l kbira spekulazzjoni ta` propjeta` mhux progetti li jhaddmu u jrendu b`mod kontinwu.

U f`cirkostanzi bhal dawn il-poplu jerga` jdur lejn il-partit laburista. Jitolbu li darba ohra jfissirlu b`mod aktar car, fi kliem aktar semplici il-problemi tal-pajjiz. Jitolbu li darb`ohra jisma aktar l-ugiegh u l-krib li kien qed isofri minn ingustizzji ta` min dera l-poter u jahseb li l-ligijiet jista` jgebbdihomn kif irid u kif jaqbel. Jerga jdur lejn l-patit laburista maghqud ponn wiehed` waqt li jahres lejn il-partit nazzjonalista f`sakra ta` poter. Partit maqtugh mir-rejalta tat-triq u fejn l-esponenti principali aktar imexxu l-agenda persunali biex jaraw kif jahtfu l-post li fi ftit xhur jew snin ohra` jitbattal mill-leader taghhom.

U allura f`cirkostanzi bhal dawn trid tkun xi professur biex tikkonkludi li l-Partit Laburista ghandu l-ahjar soluzzjoni ghal problemi ta` pajjizna` Li anke jekk ma taqbilx mal-Partit Laburista f`kollox xorta joffri tamiet aktar sodi ghal futur ahjar ghalina lkoll.

Li allura il-partit laburista rega jinsab b`maggoranza ta` l-elettorat warajh jistennew l-ewwel cans biex jaghtu l-aktar mandat car li l-partit laburista qatt kellu.

No comments:

Post a Comment