Il-Kullhadd Konfront
Dak li gara il-gimgha l-ohra rigward il-kwistjoni tal-La Salle turi bl-aktar mod car li l-gvern nazzjonalista ma fadallux soluzzjoni ghal problemi tal-pajjiz u biex jghatti il-falliment tieghu qed ifittex konfront.
Din hija tattika maghrufa. Juzawha hafna dittaturi li biex izommu l-poter ikollhom izommu lil pajjizhom fi stat ta` rivoluzzjoni permanenti biex dejjem izommu lin-nies fi stat ta` konfront. B`hekk jiggustifikaw dak li ma jkunux jistghu jiggustifikaw jekk fil-pajjiz ikun hemm il-kwiet u s-sliem.
Wara tant snin li l-problema tat-tarzna giet traskurata iqum darba fil-ghodu il-gvern u jghid daqshekk. Jew taghmlu li nghidilkom jew it-tarzna naghlaqha. Ghax hekk tfisser fic-cirkustanzi prezenti li tghid li tirtira l-ghajnuna finanzjarja lit-tarzna.` Tfisser li t-tarzna ikollha taghlaq.
Jien mill-ewwel fissirt fehmti li ma ghandniex naqghu ghan-nasba tal-gvern u nirrispondu ghall-konfrontazzjoni li l-gvern kien qed ifittex. Ghalina in-newtralita`u non-allinjament huma sagrosanti u ma ghandiex x`niddiskutu dwarhom. Il-kostituzzjoni ma tistax toqghid tibdilha u taggornaha ghal kul xejn. Ghall-gvern in-newtralita` saret irrelevanti. Dik affarih. Il-kostituzzjoni titkellem car. U altru li n-newtralita` mhix irrelevanti. Min irid jikser il-Kostituzzjoni jaghmel dan a spejjez tieghu. Kisru tant weghdiet u ligijiet in-nazzjonalisti xi hadd ha jiskanta ghax jiksru l-kostituzzjoni`
Il-Partit Laburista u l-GWU taw l-akbar risposta ta` serjeta`. Halli lil min irid jiksirha l-Kostituzzjoni. Ghandna pacenzja twila u kultant trid taccetta l-hazin biex tiskansa l-aghar.` L-ahjar protezzjoni ghal Kostituzzjoni mhix il-konfrontazzjoni li qed ifittex il-gvern li taf tkunlu id-duwa ta-maddalena.` L-ahjar protezzjoni ghal-kostizzjoni huwa li maljar kemm jista` jkun jerga` jkollna gvern laburista.
Izda ma jistax ikun li ma nisiltux xi taghlimiliet minn dak li gara.` U l-ewwel taghlima hija li issa l-gvern qed daru mal-hajt u allura ser jaqa fuq il-provokazzjoni.` Din ma kienetx l-ewwel mossa u zgur mhux ser tkun l-ahhar wahda.` Bhal ma ghamilna s`issa ma naghtux lill-gvern dak li qed ifittex.` Ma naghtuhx konfrontazzjoni.` Naghtuh twissija u nfehmu lil-poplu f`liema bassezzi waqa` dan il-gvern. Fil-bassezzi li jibghat il-pulizija wara bibien il-haddiema. Lanqas f`daru ma jhalluh kwiet il-haddiem. Il-veru kaz ta` min jitkaza U dan wara li ilhu erbatax il-sena jilghab mal-problema tat-tarzna. Erbatax il-sena li flok uza r-risorsi tal-pajjiz biex jirrigenera t-tarzna hela r-rizorsi f`sussidji li ma jwasslu mkien hlief ghal hela. U wara din it-trakuragni kollha jippretendi li l-haddiem ihallas ghaliha bl-ghezez haga li ghandu.. bix-xoghol.
Nitghallmu wkoll li biex niddefendu bl-ahjar mod dak lir rbahna hemm bzonn li nkunu fil-gvern. Mill-oppozizzjoni hemm limitu x`tista taghmel. Ghalhekk ir-rizorsi taghna ghandna niffukawhom fuq il-progett politiku li nkunu fil-gvern mill-aktar fis possibbli. Hekk biss nistghu niddefednu dak li ksibna.` Hekk biss nistghu inzommu s-sovranita ta` dan il-pajjiz. Ghalhekk meta nkunu fil-gvern nifhmu li iebsin kemm ikunu iebsin id-decizjonijiet li jkollna niehdu ahjar dixxiplina minn gvern laburista milli t-traskuragni ta gvern nazzjonalista li ghalkemm fil-bidu tkun tidher helwa maz-zmien twassal biex il-haddiem ihallas prezz mill-aktar gholi.
Il-gvern nazzjonalista llum jaf li jinsab fi sqaq. Nofs it-terminu tal-parlament ga ghosfor u l-pajjiz ghadu mifni finanzjarjament u ekonomikament. Jaf li jekk jaghmel referendum dwar l-UE dan ma jghaddiex ghax anke nazzjonalisti stess jivvutaw kontra. J af li jekk jibqa` fil-gvern ser jikkomplika `l bicca ghax ma ghandux manadat biex jaghmel dak li hemm bzonn.` Jaf li ta` l_UE qed jinstigawh biex ma jissograx itawwal u mbaghad isibu li hlew il-hin ghax gvern laburista gdid jibdel ir-rotta. Il-gvern qed taht pressjoni biex ifittex manadat halli jaghti hajja mill-gdid lil-progett ta` l-UE. Ghalhekk it-tiftix ghal-konfrontazzjoni. Ghalhekk l-attentat biex nidhru ta` eroj a spejjez tat-tarzna.
Meta tigbor dawn it-taghlimiet nitbissem meta nisma lil xi semmiegha jinstigaw fuq il-mezzi taghna li hemm bzonn inqumu, hemm bzonn naghmlu xi haga.` Naghmlu dimostrazzjonijiet u meetings kollha li hemm bzonn fil-paci u fis-sliem. Izda l-aktar li rridu naghmlu huwa li permezz tal-vot nibghatu messagg car lill-Gvern li tilef l-appocc tal-maggoranza. U l-ewwel oppurtunita` li naghmlu dan tasal fl-10 ta` Marzu. Warajaha jkun hemm opportunijiet ohra u aktar importanti.
Sunday, 25 February 2001
Konfront
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment