Il-Kullhadd Lanqas jafu jisthu
L-arroganza tan-nazzjoanlisti issa tant telghatilhom ghal rashom li tilfu kull sens ta` misthija. Il-poter assolut li kisbu wara l-ahhar elezzjoni qed juzawh biex jimmanipulaw kollox u lil kulhadd;` biex l-abjad jghidulu iswed u vici versa.
Dan hareg b`mod carissimu fil-gimghat li ghaddew waqt il-kampanja elttorali ghal kunsilli lokali. Araw ftit il-mod differenti kif in-nazzjonalisti ittrattaw zewg kunsilli lokali, tal-Mosta u ta` Bormla,` u ghamlu analizi tat-tustagni grassa li ma taf l-ebda limitu.
Il-kunsill tal-Mosta huwa kaz ta` mis-management li kien ilu jakkumulha. Dahal ghal-progetti li ma kellux finanzi ghalihom u li lanqas kienu ta utilita` assoluta jew prijorita ghan nies tal-Mosta. Minkejja li dan il-kunsill sa mill-bidu tieghu kien dominat minn kunsilliera nazzjonlisti` ftit ilu canfira iebsa mill-Ministeru u spicca hallas kollox is-segretarju tal-Kunsill li gie mgieghel jirrezenja.
Izda fil-gimghat ta` qabel l-elezzjoni d-diska nbidlet. Il-Kunsill tal-Mosta sar wiehed galbuz u l-gvern ifferma kuntratt biex jiffinanzja b`mod dirett progett ta` Lm130,000. L-izbilanc akkumulat, l-istess bhal kull meta taghmel ix-xita, gie kolpuz fuq it-tmexxija ta` Alfred Sant meta kien Prim Minsitru. Tghawwig, nofs veritajiet u addirittura gideb biex jitghatta t-tahwid u jigi limitat id-dannu elettorali tal-Mostin li xebghu jaraw rahalhom immexxi b`dak mod avventuruz.
Mal-Kunsill ta Bormla izda mxew mod iehor. Il-Kunsill ta` Bormla huwa dominat mill-laburisti. Minkejja d-differenzi li hemm bejn il-Partit Laburista u s-sindku Pawlu Muscat hadd ma jichad li dan is-sindku hadem fuq li hadem biex itejjeb il-hajja tac-cittadini bla ma dahhal lill-Kunsill tieghu fl-ebda zbilanc.
Izda ma dan il-Kunsill wara li ghamlu zmien izeghlu bis-sindku biex ikomplu jizirghu il-firda fil-Partit Laburista f`daqqa wahda dawwru l-folja. Qabdu ma haga ta` natura sekondarja ghax ma ssejhetx offerta pubblika ghal kuntratt dwar progett li jaqbel mieghu kullhadd u li l-fondi ghalih qed fil-Kumitat ghar-Rijabilitazzjoni tal-Kottonera li ta l-ok tieghu.` Jekk sar hazin hazin izda zgur li l-piz tan-nuqqas huwa insinjifikanti hdejn dak tal-Kunsill tal-Mosta. Lil ta l-ahhar naghtuh flus specjali ta` Lm130,000 biex nghattu t-tahwid u lil ta` Bormla il-pulzier inkabbruh pied jekk mhux jarda.
Il-Ministru qed jhedded ukoll li jxolji il-Kunsill ta` Bormla. Dan ghandu pjan politiku warajh biex ikompli jifred il-laburisti bejniethom fil-lokal qawwi bhal Bormla.` Ghax billi Pawlu Muscat ma ghadux jista johrog taht il-bandiera laburista jekk il-bormlizi jergghu jivvutawlu fuq il-merti tieghu bhala sindku ikunu qed jizirghu il-firda bejn il-partit u l-gheruq tieghu f`Bormla.
F`dawn il-pjani makkjavelljani jispecjalizzaw in-nazzjonalisti. Flok jiffukaw biex isolvu il-problemi kbar li ghandu l-pajjiz jahlu l-energija biex jimmanipulaw u jhawdu l-imhuh.` Jaqilghu diversivi skond il-htiega li jkollhom biex jizvijaw l-opinjoni pubblika mit-tahwid li bih qed imexxu lil pajjiz.
Specjalment minn wara l-elezzjoni ta` l-1998 `l hawn wahhluha f`mohhom u juruha f`imgiebthom li ghandhom dritt divin li jmexxu lil pajjiz u li jhawwdu kemm ihawwdu lil poplu jistghu ibellghulu li jridu bl-ghajnuna ta` l-allejati li ghandhom mferrxa max-xibka ta` poter li hawn fil-pajjiz, f`kull settur u mhux biss fil-politika.
Jahsbu li bil-manipulazzjoni jistghu jghattu il-hmieg li jinten pesti minn seba mili boghod. Jahsbu li l-poplu jinsa kif fil-kaz tad-Daewoo kollox jindika li setghu jisselfu tant miljuni ghal negozju li tmexxih bl-eluf biss permezz ta` patrunagg politiku. Jinsa kif Bank bhal Mid-Med inbiegh b`nofs press bla ma saru offerti.` Jinsa kif Malta ddahlet fi spiza tant gholja ghaz-zejt li kkunsmajna fis-sena 2000 grazzi talli l-gvern issupervja ma ma ghamilx hedging fuq il-prezz taz-zejt meta kien baxx. Jinsa l-iskandli li hergin kuljum, l-ahhar wiehed fuq il-car park ta` l-ajruport fejn il-kuntratt gie mgedded bla ma saret sejha mil-gdid ghall-offerti.
Jahsbu li billi jorganizzaw konferenza dwar in-newtralita fil-kostituzzjoni u jirrangaw mal-gazzetti bl-ingliz biex itambru fuq din il-haga jaslu biex jibdlu l-Kostituzzjoni, jekk mhux fil-parlament fil-qorti, biex minn dak li gie miftiehem fl-1987 jinzamm biss dak li jaqblilhom.
Jahsbu li jistghu bil-propaganda jistghu jillupjaw lil poplu u jdahhluh fi triq one-way lejn shubija fl-UE bla ma jhalluh ikejjel sewwa bil-kalma u bil-kwiet x`jaqbillu sewwa.
Jekk il-poplu Malti jkompli jibla` dan kollu minkejja li` qed jinghasar bit-taxxi frott it-tahwid nazzjonalista mela allura ma jixraqlux il-helsien u sovranita` li tant batew ghaliha missirijietna . Mela allura nkunu sirna poplu miskin li jippreferi l-kolonjalizmu mill-helsien. Sa hawn wassluna dawk li ma ghadhomx jafu jisthu!
Sunday, 11 March 2001
Lanqas jafu jisthu
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment