Sunday, 18 March 2001

Qatghu qalbhom

Il-Kullhadd Qatghu qalbhom

Ir-risposta tal-poplu permezz ta` l-elezzjoni tal-Kunsilli kienet cara. Hija fil-linja li gieli spjegajt li l-Partit Laburista miexi lejn l-akbar rebha elettorali li qatt kellu. Fl-arroganza li hakmithom in-Nazzjonalisti ma stennewx dan ir-rizultat ghax jemmnu li permezz tal-media jistghu ikomplu jizgiccaw mir-responsabbilta` taghhom lejn l-elettorat.

Ir-rejazzjoni taghhom ghar-rizultat kienet pwerili u konfuza. F`nifs wiehed jghidu li ser jghatu kaz tal-messagg tal-poplu u fin-nifs ta` wara jsostnu li huma qeghdin fid-direzzjoni t-tajba.` Dan ifisser allura li l-poplu zbalja li issa gabhom partit tal-minoranza.

Ir-rejalta` izda hija li n-nazzjonalisti qajla ghandhom ghazla. Ghall-ewwel darba matul ir-renju taghhom ta` erbatax il-sena qeghdin jippressiedu fuq ekonomija mghaxxa li ma jistghux ikomplu jippompjawha fl-infieq kif imdorrijin jaghmlu. Ghax il-kaxxa mifqugha! Ghax l-infiq bil-kultura ta` money no problem gabna f`sitwazzjoni li tintaxxa kemm tintaxxa lill-poplu, tbiegh kemm tbiegh tezori ta` l-istat , l-izbilanc fiskali jippersisti u jikber ghax l-infiq ma jafux irazznuh.

Allura nistaqsi jien x`mizuri jistghu jiehdu n-nazzjonalisti biex jaghtu l-poplu ic-cejca u l-perlini li weghduh fil-programm elettorali Idejhom marbuta. Qed jghixu gidba kuljum u ghalhekk ma jistghux joffru s-soluzzjonijiet veru li l-pajjiz tassew ghandu bzonn.

Fil-fatt johrog car li issa qatghu qalbhom milli jistghu isolvu l-problema tal-pajjiz. Il-gimgha l-ohra, sewwa sew jumejn qabel l-elezzjoni tal-kunsilli lokali , hadt sehem f`dibattitu televiz fuq stazzjon privat fejn Leo Brincat u jien iffaccjajna lil Ministru tal-Finanzi John Dalli u l-Perit Michael Falzon.

Meta bdejt nispjega x`inhuma il-vera problemi tal-pajjiz, il-bzonn li titrazzan in-nefqa pubblika, il-bzonn li n-nies jigu re-trained fit-teknologiji godda halli jsibu jahdmu f`impjiegi produttivi, fil-bzonn li jigi elett gvern li jkollu program serju mimli rejalta` mhux weghdi fierha halli b`hekk il-gvern ikollu mandat ( li dan il-gvern ma ghandux) li jigbor mieghu il-forzi kollha tal-pajjiz fi pjan nazzjonali, l-esponenti tal-Partit Nazzjonalista qalu li l-ebda gvern ma jista` jigi elett bi program bhal dan.

Mela nistaqsi jien kif jigi elett gvern` B`weghdi fierha u qarrieqa Qatghu qalbhom in-nazzjonalisti li jistghu ikunu onesti mal-poplu Malti u jkellmuh car Minflok il-pjan taghhom huwa li lil pajjizna nerghu nikkolonizzawh biex l-UE timponi fuqna id-dixxiplina li ahna ma nistghux niehdu ghalina nfusna. U mad-dixxiplina timponi wkoll mizuri li jnezzghu lil Malta mis-sovramita` li tant thabtu ghaliha missirijietna.

F`dan id-dibattitu hareg bl-aktar mod car li dan huwa l-pjan kollu li ghandhom in-Nazzjonalisti rigward membership ta` pajjizna fl-UE. Pjan biex jiehdu id-decizjonijiet iebsa bla ma jintnu huma mal-poplu u minflok tinten l-UE. Ghalhekk iridu l-appogg tal-Laburisti ghal dan il-pjan halli nidhlu komplici fl-ugiegh u nhallu lilhom igawdu l-poter li jahsbu li ghandhom dritt divin ghalih.

Il-Partit Laburista ghandu fiducja shiha li l-poplu, issa aktar minn qabel iddejjaq jisma hrejjef. Il-poplu huwa ghatxan ghal verita`.` Il-poplu lest jappoggja lil min juri fiducja fih u jurih it-triq biex bil-galbu nohorgu mis-saram li dahhluna fih in-nazzjonalisti.

Tnejn u ghaxrin sena wara li ksibna il-helsien ekonomiku mill-bazi militari n-nazzjonalisti gabuna kalzrira kwazi nibzghu mil-helsien u lesti nerghu niranuh biex insolvu l-problemi ekonomici billi noffru s-sovranita taghna fuq platt lil min ghandu ghajnu fuq il-pozizzjoni geo-strategika taghna ghal pjanijiet ta` difiza tieghu.

Wara tnejn u ghoxrin sena il-Partit Laburista ser jigi msejjah mill-gdid biex nergghu nifdu lil-poplu u ntuh il-helsien bil-politika ta` Svizzera fil-Mediterran li thallina ekonomikament qawwija u politkament liberi u newtrali` bla ma nintrabtu mal-karru militari ta` hadd.

Il-poplu ta` sinjal car fl-elezzjoni tal-kunsilli fejn qed jonfoh ir-rih.` Id-direzzjoni fejn irid imur il-poplu hija cara. In-nazzjonalisti qatghu qalbhom li jmexxu lill-poplu fid-direzzjoni tal-helsien u tan-newtralita u tat-tkattir tal-gid ekonomiku. Minflok jippreferu it-triq tat-taxxi, tal-infiq bla razan u ta` l-UE li imbaghad timponi fuqna hi d-dixxiplina.` Il-poplu dan ma jridux. Irid lil min imexxih lejn il-helsien. Dak li l-Partit Laburista ghamel bejn 1972 u 1979 ser ikollna naghmluh mill-gdid ma ndumux.` Inlestu ghalih ghax wara kollox dak kien l-isbah zmien ghalina.

No comments:

Post a Comment