Il-Kullhadd Tlett ghazliet
Bejn li gimgha ohra jkollna l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali fost terz ta` l-elettorat, u bejn li kullhadd jara lil gvern joghtor taht il-problemi ta` tmexxija bla ma joffri soluzzjonijiet donnu fil-pajjiz hawn arja ta` kampanja elettorali permanenti avolja ghadna f`nofs triq tal-legizlatura.
Fil-fatt il-gvern ghandu quddiemu tlett ghazliet li jidher tant mifxul quddiemhom li minn zmien ghal zmien jindika kif jiftillu xi wahda minn dawn it-tlieta biex ikejjel ir-rejazzjoni u forsi biex juri li ghandu pjani cara ta` fejn irid imur.
L-ewwel ghazla u l-aktar wahda konfromi mal-mandat elettorali hija li jaghmel referendum dwar l-UE appena jispicca dawk li qed jissejhu negozjati izda li fil-fatt m`huma negozjati xejn, almenu s`issa. Huma biss qbil li naddattow irwiehna ghar-regoli ta` l-Unjoni Ewropeja, nibdlu l-ligijiet kif hemm bzonn anke jekk fil-prattika il-ligijiet ikomplu jinkisru b`mod miftuh bhal fil-kaz tal-ligi tal-copyright.
Il-gvern kien ippjana li jimxi skond din il-politika izda qed jerga` jibdilu. Jaf li r-referendum jista jsir biss fl-2002 u jaf li jekk jitlef ir-referendum ikollu jmur ghall-elezzjoni qabel zmienha ghax ikun tilef ghal kollox il-platform politika li fuqha huwa mibni l-mandat elettorali.` Jaf li l-opinjoni pubblika qed iddur kontra shubija fl-UE u jaf ukoll li hekk kif il-pizijiet tat-taxxi mohbija fil-budget jibdew jinhassu fil-prattika l-opinjoni pubblika ser tkompli iddur kontra. Jaf ukoll li l-pajjiz fadallu problemi kbar u l-gvern ma ghandux fejn jimmanuvra fiskalment biex jimbotta l-ekonomija. Fil-budget li gej ma ghandux x`iqassam hekk kif mill-miri tad-dhul fil-budget ta` din is-sena ifallu habba id-djufija ekonomika li waqa` fiha l-pajjiz.
Jaf ukoll li hafna nazzjonalisti konvinti li f`elezzjoni jivvutaw nazzjonalista ma jkollhom l-ebda problema jivvotaw kontra l-UE f`referendum.` Ghalhekk il-gvern jara` tkunx ahjar it-tieni ghazla li jmur ghal elezzjoni li minnha nfisha tkun referendum dwar l-UE. B`hekk ihoss li jigbed appogg anke min-nazzjonalisti li ghalkemm ma jaqblux ma` shubija fl-UE jivvutaw mal-Partit f`elezzjoni.
Din l-ghazla qeghda tigi wkoll ppressata minn kwartieri mportanti fl-UE.` Jafu li hemm prospett qawwi li jekk elezzjoni ssir fil-kors normali taghha jitla` Gvern Laburista li jerga jibdel ir-rotta u b`hekk ikunu nhlew hames snin ta preparazzjoni servili ghas-shubija. Ghalhekk l-UE qed tibghat messagg lill-Gvern li galadarba ma ghandux zmien legislattiv bizzejjed biex iwettaq il-progett ahjar ifittex mandat gdid biex b`hekk ikollu zmien twil bizzejjed biex il-progett iwasslu sa tmiemu. Hemm ukoll il-vantagg li Gvern Nazzjonalista ifittex mandat gdid qabel ma l-affarijiet ikomplu jehzienu ekonomikament. `Jemmnu li jekk jaqla` xi ftit inkwiet bhal tat-tarzna idawwar l-opinjoni pubblika bizzejjed biex jerga jikseb maggaoranza li ttih hames snin zmien biex iwettaq il-progett ta` l-UE.
Din l-ghazla izda ma tantx iddoqq ghal Prim Ministru u shabu tal-kabinett. Jaf li minkejja dak li jinghad fil-berah il-poplu llum ihossu ttradut mil-weghdi foerha li saru fl-1998 u jekk jinghata c-cans il-poplu jibghat lin-nazzjonalisti fejn jixirqilhom.
Li allura thalli biss l-ghazla li hija l-aktar fil-fizonomija ta` l-ispirtu nazzjonalista. Taghmel xejn, kompli pacpac u halli zmien ghaddej u forsi xi soluzzjoni taqa` wahedha mis-sema. Din hija t-tielet ghazla li jidher li l- aktar probabbli li jimxi fuqha il-gvern. Kompli tkellem ma l-UE u wiehed li fi zmien fil-vicin meta jispiccaw in-negozjati jew ikunu avvanzaw bizzejjed tiddeciedi jekk tmurx ghal referendum jew elezzjoni izda fil-fatt tikkommetti ruhek ghal xejn u zomm miftuha it-tielet ghazla li ma taghmel xejn u thalli l-affarijiet ikaxkru biex tibqa` tgawdi l-poter sa l-ahhar.
Tahdem kontra din l`ghazla hemm il-probabbilita` li ta` l-UE jitilfu l-fiducja li gvern nazzjonalista jista jwassal il-progett ta` shubija sat-tmiem kif ukoll il-possibilita` li l-gvern ikollu problemi biex jghaqqad budget sensibbli ghas-snin li fadal bla ma jkollna kraxx fl-ekonomija.
Dawn huma t-tlett ghazliet li ghandu quddiemu l-gvern u li tant hu konfuz dwarhom li skond kif jiftillu l-Prim Ministru jbiddel il-prijorita` skond il-burdata li jkun fiha. L-ghazla li hija l-aktar fl-interess tal-pajjiz hija cara dik ta` elezzjoni. B`hekk il-pajjiz ikollu gvern b`mandat car ta` progett politku` u bi zmien twil bizzejjed biex jezegwih. Il-pajjiz jerga jikseb il-fiducja u sens ta` direzzjoni li issa ntilfet ghal kollox ikun x`ikun ir-rizultat.
Izda dan ma jfissirx li n-nazzjonalisti jaghmlu l-ghazliet taghhom skond l-interess nazzjoanli. Jekk tharsu lejn id-dejn li akkumulaw kemm ilhom fil-gvern bizzejjed biex tifhem li l-interess nazzjonali ghan-nazzjonalisti huwa sekondarju ghall-interess tal-partit.
Sunday, 4 March 2001
Tlett ghazliet
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment