Il-Kullhadd Xarabank Bla Helsien
Ma niddejjaqx nghid li XARABANK huwa wiehed mill-ahjar programmi tat-television malti u programm li jigbed l-akbar udjenzi.
Ghal min imexxi stazzjon tat-TV bhal ma jien immexxi s-Super One TV huwa holma li xi darba programm minn taghna jghaddi lil XARABANK fl-udjenzi. Politikamanet ma niddejjaqx nghid ukoll li XARABANK sar ghodda perikoluza f`idejn il-gvern u l-partit nazzjonalista li jafu kif u meta jigbdu l-ispag biex idawwru XARABANK f`ghodda politika favur il-partit nazzjonalista` u kontra l-partit laburista.
Protagonist f`din il-loghba hemm Peppi Azzopardi, prezentatur kapaci u tal-mestier li jaf juza l-medium tat-televison u llum sar sinonomu ma XARABANK. Peppi ghandu zewg karattri.` Hemm Peppi li jpingi ruhu bhala socjalist xellugi u li meta jkejjel lilu nniffsu ma Alfred Sant ipengi ruhu fuq ix-xellug ferm aktar minnu.
Izda mbghad hemm Peppi` ta` XARABANK li fl-ghazla tas-suggetti hafna drabi jippozizzjona ruhu biex iktar imexxi l-propaganda nazzjonalista milli l-kawza socjalista.` Ghalhekk ikun zvelt li jibghat lil kru tieghu jistaqsi n-nies tat-tarzna l-ghada tal-messagg lin-nazzjon mill-Prim Ministru dwar il-La Salle jekk hux ser icedu ghat-theddid tal-Prim Ministru. Izda mbghad bil-kalma jikteb` fil-gazzetta tal-GWU li mhux sewwa li l-Prim Ministru ta ghazla morra bhal din lill-haddiema. Sadanittant din l-ghazla morra kien partecipi fiha wkoll il-kru ta` XARABANK.
Fil-programm li kien hemm din il-gimgha f`BABEL din il-kontradizzjoni f`Peppi Azzopardi harget cara. Harget cara wkoll il-kontradizzjoni li Peppi Azzopardi ma jaqbilx mat-televoting izda juzah ghal skopijiet kummercjali.
Mela hemm mottivi kummercjali li qed igieghlu lil Peppi li jaghmel affarijiet li ma jaqbilx maghhom, li jichdu l-ideal tax-xellug li hemm imbejjet f`qalbu sa minn twelidu. U hawn fejn huwa perikoluz XARABANK ghal Partit Laburista.
Ingezwer fil-karta xelulgija fil-persuna ta` Peppi Azzopardi,` XARABANK fil-mument tal-bzonn ikun il-forcina tal-partit nazzjonalista. Jista` jdum jichdu kemm irid dan Peppi izda l-fatti juru mod iehor. U mhux billi jghid iva din staqsejtielu u dik staqsejtielu. Trid tara l-impostazzjoni shiha tal-programm biex tghaddi gudizzju.
Biex jidba jkun kredibbli XARABANK ghandu jittratta wkoll suggetti li jimbarazzaw lil Gvern. Il-mahfriet` presidenzjali dubbjuzi , il-guri politiku ta` Pullicino, il-weghdiet miksura tal-manifest elettorali tal-gvern,` il-lament mil-ghafsa tat-taxxi tal-middle class;` dawn m`humiex suggetti li jinteressaw lil XARABANK.
Il-fatt li s-survey ta` l-Awtorita tax-Xandir sar f`dik il-gimgha stess tal-La Salle tista` tkun raguni ghala XARABANK bidel is-suggett fl-ahhar biex jigbed l-udjenzi anke jekk kien jaf li ser ikun kostrett itella programm zbilancjat ghall-ahhar`
Peppi u jien ma nafux lil xulxin sew. Fil-ftit drabi , u ftit hafna, li stedinni ghal XARABANK dejjem zgiccajt ghax ma nhossx li nista naghmel diskussjoni serja minn fost l-udejnza. Izda jien u hu naqblu zgur fuq l-ghozza li ghandu jkollna lejn il-helsien ta` pajjizna.
L-ghozza li pajjizna jrid jibqa jirbah il-helsien billi jhaddem politika ta` newtralita u ta` paci u li ma nizzerzqux helu helu f`xi process irriversibbli li jibda bil-helu ta` l-ghajnuna ekonomika u jispicca bil-morr tan-neo kolonjalizmu.
L-appell tieghi lil Peppi huwa li s-sahha li jtih il-popolarita` tal-programm XARABANK juzaha, jekk jista`,` biex isostni u jkattar il-helsien u mhux biex ikun mezz iehor ta` media biex il-gvern jiggustifika l-ingustifikabbli.
Sakemm Peppi jqum ghal din ir-responsabbilta` u ma jpartatx il-principji mal-kummerc,` il-laburisti ghandhom iqisu lil XARABANK bhala theddida ghal helsien u bicca ghodda ohra f`idejn il-magna propagandistika tal-gvern.
Sunday, 25 March 2001
Xarabank bla helsien
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment