Il-Kullhadd Anti-demokratici
Wahda mill-aktar affarijiet li tkiddni hija li l-media taghna ma kienetx effettiva bizzejjed tul is-snin biex tesponi lin-nazzjonalisti ta` anti-demokratici li verament huma.
B`kitbieti dan l-ahhra qed niffoka biex inkisser din l-awra fittizja` li bnew tul is-snin in-nazzjonalisti, mghejjuna mil-qarnita tal-poter li tikkontrolla hafna mill-media, bhal li kieku n-nazzjonalisti huma xi difensuri kbar tad-demokrazija.
Din gidba hoxna u bil-provi.
Jien niftakar kull elezzjoni li saret mill-1962 `l hawn. 9 elezzjonijet b`kollox. Tat-62, 66, 71, 76, 81, 87, 92, 96, 98.
Hamsa minn dawn id-disa elezzjonijiet kienu b`mod jew iehor ivvizjati.` Ha nsemmuhom. Tat-62 u tas-66 kienu elezzjonijiet taht il-piena tad-dnub il-mejjet ghal kull min jazzarda jivvota Labour. Hafna nies taht 40 jahsbu li din xi cajta. Ma jistghux jimmaginaw it-tbatija u s-sofferenzi li ghaddew minnhom il-laburisti f`dawk iz-zminijiet fejn id-demokrazija marret tpoggi bil-qeghda fuq is-siggu fir-rokna fil-filliera ta` wara.
Li dawn kienu zminijiet tad-dlam illum jammettih kullhadd. Sahansitra il-Knisja kellha l-umilta` li titlob skuza ta` l-ghemil zbaljat taghha.` Izda, n-Nazzjonalisti, li l-aktar li gawdew minn dan it-tradiment tad- demokrazija billi rebhu zewg elezzjonijiet li ma kienux gusti u demokratici, qatt ma hassew il-bzonn li jaghmlu apologija lil poplu Malti.
Mhux talli hekk talli llum jippozaw ta` xi professuri fid-demokrazija. Fenech Adami, il-lum Prim Ministru li jippretendi li huwa xi salvutur tad-demokrazija f`pajjizna, dak iz-zmien kellu kariga gholja fil-partit. Kien partecipi shih fit-tradiment tad-demokrazija tas-snin sittin.` Izda donnu li hadd m`ghadu nteressat jiftakar x`gara fis-sittinijiet.
Wara zewg elezzjonijiet li taw rizultat dritt ergajna ghal elezzjoni vvizjata ta` l-1981. Hawn in-nazzjonalisti sabu ruhhom` minn taht. Ghal darba bdew iduqu il-medicina li kienu dewwqu lil haddiehor.
Flok accettaw is-sitwazzjoni bhal ma ghamel il-Partit Laburista tas-sittinijiet, in-nazzjonalisti rrendew il-pajjiz ingovernabbli. Ma dahlux il-parlament, organizzaw boycotts socjali, u f`daqqa wahda pajjizna ntlaqat minn mewga ta` bombi u atti kriminali ohra li kollha kellhom xamma politika biex il-pajjiz jigi destabilizzat.
Il-partit laburista ta` prova tal-kredenzjali demokratici tieghu meta biddel il-kostizzjoni halli dak li gara fl-1981 ma jergax jigri. Wara zewg elezzjoniet normali ohra rega kellna elezzjoni vvizzjata.
Fl-1996 il-partit laburista rebah b`margni ta` aktar minn zewg kwoti. Dan suppost ta maggoranza ta` 3 siggijiet fil-palament.` Izda bit-tbazwir tad-distretti il-maggoranza laburista kienet biss ta` siggu wiehed .` Irrizulta li din il-maggoranza zghira ma kienetx bizzejjed biex il-gvern laburista itul.
Fl-1998 mil-gdid rizultat ivvizjat meta n-nazzjonaliti gabu maggoranza ta` hames siggijiet minnkejja li kellhom biss ftit aktar minn 3 kwoti vantagg. Mela bi 8000 vot vantagg il-Labour kellu siggu wiehed maggoranza filwaqt li n-nazzjonalisti bi 13000 vot vantagg hadu` maggoranza ta` 5 siggijiet.
Il-fatti huma li minn 9 elezzjonijiet fl-ahhar 40 sena, hamsa minnhom kellhom rizultat ivvizjat u minn dawn il-hamsa erba kienu favur il-Partit Nazzjonalista.
Issa bdejna millenju gdid.` Wiehed kien jahseb li kbirna, tghallimna u mmaturajna. Izda in-Nazzjonalisti ghadhom li kienu.` Ghal poter jghamlu kollox. Ergajna qed naraw manuvri biex il-process elettorali jkun vvizzjat. Dan biss jistghu ikunu l-mottivi ghala ghandna Identity Cards kollha skaduti u ghandna sitwazzjoni fejn il-Kummissjoni Elettorali tilfet il-kontroll fuq l-integrita` tar-registru elettorali.
Ghal darba ohra in-nazzjonalisti qed juri l-istoffa anti-demokratika li minnha huma mfassla.` Filwaqt li jibqghu jippuzaw ta` professuri tad-demokrazija jittradixxuha fl-aktar bazi taghha.
Alfred Mifsud
Sunday, 3 June 2001
Antidemokratici
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment