Sunday, 17 June 2001

Paljazzi pappgalli u ekujiet

Il-Kullhadd Paljazzi, pappagalli u ekujiet

Fil-parlament il-Prim Ministru qajjem ksur ta` privilegg kontra One News talli uza it-terminu paljazzi fil-konfront ta` l-erba persuni li rrezenjaw mill-Kummissjoni Elettorali meta fil-fatt il-Prim Ministru kien irrefera ghalihom bhala pappagalli u ekujiet.

L-iSpeaker tal-Kamra ta ragun lil Prim Ministru u qal li prima facie jezisti kaz ta` ksur ta` privilegg.

One News mal-ewwel hargu korrezzjoni u qalu li fil-fatt il-Prim Ministru ma kienx uzu t-terminu paljazzi izda pappagalli u ekujiet u t-terminu paljazzi kien intuza mill-Kap ta` l-Oppozizzjoni meta fid-dimostrazzjoni tas-7 ta` Gunju staqsa jekk l-erba kummissarju li ma rrezenjawx u l-Kap Kummissarju elettorali allura` humiex , bl-istess ragunar tal-Prim Ministru, paljazzi u pappagalli tal-Partit Nazzjonalista.

Il-bicca qeghda f`dan l-istat izda ta min jislet riflessjoni dwarha. Il-fatt li bi zball genwin One News uza l-kelma paljazzi flok pappagalli huwa daqstant serju li kien hemm bzonn li jitqajjam kaz ta` ksur ta` privilegg fil-parlament`

F`termini fugurattivi it-termini paljazzi u pappagalli mhux imbeghdin wisq minn xulxin. Ifissru bejn wiehed w`iehor l-istess haga u d-differenza hija biss fl-intensita tal-grad tat-tifsira. Pappagall figurattivament ifisser li wiehed ihalli lilu nnfisu jintuza biex jesprimi dak li jrid jghid haddiehor. Li wiehed jghid mhux dak li jahseb hu izda dak li jkun issugerilu haddiehor. Paljazza huwa xi hadd li jhallu lilu nnifsu jintuza b`mod aktar generali tant li jsir bicca tal-platti f`idejn min qed juzah.

It-tnejn ifissru li xi hadd ma ghandux il-liberta` li jopera b`mod awtonomu izda qieghed hemm biex iservi l-interessi ta` terzi li joqghod jigbed l-ispag kif ikun hemm bzonn. Mhux il-kaz li z-zewg termini ghandhom sens oppost min xulxin. Mhux il-kaz per ezempju li l-Prim Ministru qal li xi hadd huwa anglu u One News irraportaw minflok li qal li huwa xitan.` Mhux il-kaz li prim Ministru qal li xi hadd hi vergni u One News qal li hi prostituta.

Allura x`wassal biex ikun hemm din ir-rejazzjoni daqstant ezagerata li sahansitra wasslet lil Prim Ministru jqajjem kaz ta` ksur ta` privilegg` Ma kienx ikun bizzejjed li kieku l-Prim Ministru talab lil One News korrezzjoni`

Jien ma ghandix risposta ghal dawn il-mistoqsijiet izda nahseb li din ir-rejazzjoni ezagerata hija sintomu tal-paniku li jinsab fih il-Prim Minsitru waqt li jara s-sitwazzjoni ekonomika tal-pajjiz tiggrava u jara l-medicina tas-soltu fiducja fiducja u flus mhux problema ma ghadiex tahdem biex tindirizza il-problemi tal-pajjiz.

Ghalhekk f`cirkostanzi bhal dawn taqbad ma kull tibna biex tiddevja l-attenzjoni mid-disfatti li tkun qed tiffaccja.`

Aktar igieghlni nahseb dan meta nara li dan il-kaz qam propju waqt li kien qed isir sforz ta medjazzjoni dwar il-kwistjoni tal-Kummisjoni Elettorali u wara d-disfatta tar-referendum fl-Irlanda` u rejazzjoni qawwija tal-Prim Minsitru li sejjah lill-Irlandiza bhal selfish.

Allahares fil-pajjiz naslu ghal sitwazzjoni fejn l-istampa trid toqghod bil-pinna u bil-klamar tuza ezatt ezatt l-istess kliem li jkun intqal ghax certament nkunu qed inxekklu l-liberta` ta` l-istampa.` Allahares noqghodu nifthu libelli u kaz ta` ksur ta privileggi ghal affarijiet daqstant insinjifikanti ghax kieku l-organi amminsitrattivi tal-pajjiz jiggammjaw.

Ftit hdud ilu kien il-Prim Minsitru stess li f`konferenza politika ghogbu jghawweg kliemi. Qal li jien ghedt li Malta fl-Unjoni Ewropeja ma tkunx intitolata ghal fondi. Jien mhux hekk ghedt.` Ghedt li hemm dubju kbir dwar kemm Malta tkun intitolata ghal fondi ta` Objective One meta tidhol, dwar kemm se jkunu dawn il-fondi u li wara kollox irid isir kalkolu sew dwar dak li se nhallsu mhux biss dak li ser nircievu.

Nahseb li din kienet aktar serja milli tuza t-terminu paljazza flok pappagall.` Izda jien ma ftahtx libell.` Ghamilt kjarifika f`artiklu li ktibt u daqshekk.` Kieku noqghod naghmel il-libelli nista` mmur nghix il-qorti. L-aqwa arma mhux il-libelli u privileggi. Dawn jintuzaw biex ixekklu l-liberta` ta` l-istampa specjalment meta jintuzaw minn nies li ghandhom access shih ghal media biex jiccaraw il-pozizzjoni taghhom. L-aqwa arma hija l-perswazjoni u l-perseveranza biex tikteb dak li tahseb u temmen minghajr biza` jew suggettivita`.

Hemm bzonn li jonqsu l-paljazzi, l-pappagalli u l-ekujiet u jkollna stampa aktar objettiva li filwaqt li jkollha l-linja editorjali taghha,` ma tbieghx ruhha tant li tati interpretazzjoni ta` l-affarijiet ghal kollox dipendenti minn skond min ikun fil-gvern. Nista nghid li f`One News dan huwa kredu li nemmnu fih.

No comments:

Post a Comment