Il-Kullhadd Rajna f`idejna
Aktar ma n-Nazzjonalisti jaghmlu sforzi biex ipengu l-poltika ta` Svizzera fil-Mediterran bhala xi holma bla sens, aktar ma jigu emmisarji minn barra jghidulna kemm jaqbel li nahslu wiccna ha nidhru isbah, aktar in-nies qed jemmnu li l-poltika tal-partit laburista hija l-aktar` wahda addattata ghalina.
Biex ifiehem il-politika tieghu il-partit laburista dejjem kien zvantaggat. Zvantaggat ghax tista tghid wahdu qed jiggieled kontra baraxx ta` pubblicita u informazzjoni mil-gvern li dejjem lest ipingi is-shubija ta` Malta fl-UE bl-isbah kuluri. Ghandek lil Ministri, lill-TVM lill-Net lill-MIC il-gazzetti bl-ingliz kollha dejjem lesti biex jippumpjaw il-politika ta` shubija ta` Malta fl-UE u joskuraw jekk mhux ukoll jirredikolaw il-poltika ta Svizzera fil-Meditterran.
Zvantaggat ghax fil-waqt li l-shubija fl-UE tigi mpengija li se tatina dritt daqs il-Germanizi u l-Francizi l-politka ta` Svizzera fil-Mediterran tigi mpengija bhal holma li thallina barra fil-ksieh mid-dar shuna ta` EU.
Minkejja dan il-Maltin qed jifhmu u fil-maggioranza taghhom jaghzlu l-politika ta` Svizzera fil-Meditterran. Dan huwa fil-linja ta` dak li gara fid-Danimarka u fl-Irlanda fejn minkejja li l-poplu kien ibbumbardjat mil-politici u mill-establishment biex jivvota favur in-nies ghazlu mod iehor.
Hu mhux biss in-nies qed jaghzlu l-politika ta` Svizzera fil-Mediterran bhala superjuri u aktar addatata ghac-cirkostanzi ta` pajjizna, izda qed jifhmu ghaliex u jispjegaw dan fi kliemhom stess. U wahda mill-aktar frazijiet li qed taqbad biex tispjega is-superjorita` tal-politika laburista fuq dik tal-gvern nazzjonalista hija rajna f`idejna.
Permezz tal-politika laburista Svizzera fil-Mediterran il-poplu Malti jizgura li sa fejn huwa possibbli f`dinja globali u ekonomikament interdipendenti ahna nibqghu kif ahna llum, b`rajna f`idejna. Dak li ksibna bl-indipendenza u bil-helsien nibqghu nipprezervawh.` Dan ma jfisserx li nibqghu wahedna fil-bard jew fil-ksieh. Bil-kuntrarju.` Ifisser li nkunu hbieb ma kullhadd u nikkummercjaw ma kullhadd bla ma ntellghu barrieri ghal pajjizi terzi kif iggeghlna naghmlu il-politka ta` shubija fl-UE.
Ifisser li jkollna kontroll shih fuq il-politka ta` newtralita` u ta` difiza ta` pajjizna u mhux nidhlu f`organizzazzjoni li tista` ghal bidu thallik topera dawn b`mod awtonomu izda li bid-dikjarar hija mixhuta biex maz-zmien issir ghaqda poltika fejn il-poltika barranija u ta` difiza jkunu decizi b`mod centrali u mhux mill-parlament u mill-poplu malti.
Tant din il-poltika ta` rajna f`idejna kif ahna llum qed tinftiehem li n-nazzjonalisti qed jifthu fronti mqanzha biex jispjegaw li anke permezz ta` shubija ahna nzommu rajna f`idejna.
Izda l-fatti huma xorta ohra. Kif tista` tghid li se zzomm rajk f`idejk jekk fil-Kunsill tal-Ministri Malta jkollha biss tlett voti minn 350` Kif tista` tghid li se nzommu rajna f`idejna meta l-Kummissjoni qed tippressa biex id-decizjonijiet kollha fil-Kunsill tal-Ministru jittiehdu b`moggoranza relattiva u ma jifdalx izjed materji rizervati ghal kunsensus` Kif tista tghid li se jkollna rajna f`idejna jekk se jkollna biss 4 membri fil-parlament ewropew minn 730 membru`
In-nazzjonalista jghidu l-aqwa li nkunu madwar il-mejda fejn jittiehdu d-decizjonijiet. Meta nkunu madwar mejda bin-numri kif disinjati f`Nizza u kif ghad iridu jinbidlu r-regoli fl-Inter Governmental Conference` msejjha ghas-sena 2004 il-Maltin` li jkun hemm jieklu ikel u xorb daqs haddiehor. Izda meta jigu ghal voti in-numri jghoddi. U l-poplu Malti li li ma jkunx madwar il-mejda ha jiekol u jixrob u jippoza ghar-ritratti mal-kbarat ikollu jsofri bil-kwiet id-djufija tan-numri li joffri c-cokon ta` pajjizna.
Decizjoni ta` shubija fl-UE hija decizjoni eterna. L-ebda pajjiz li dahal qatt ma hareg avolja hemm pajjizi li jafu li l-elettorat jekk jinghata cans jivvota kontra. It-triq hija wahda irriversibbli. Dak li tivvota ghalih jinbidel bla qatt ma jistqsuk mill-gdid jekk taqbilx jew le. U meta f`xi kaz rari jistaqsuk u tghid li ma taqbilx jaghmlulek bhal ma qed jaghmlu lill-Irlanda u jghidu dawk zghar mhux ser noqghodu ninkwetaw fuqhom ghax b`xi mod ingibuhom jaqblu.
Il-poplu Malti ghad lanqas ilu 40 sena b`rajh f`idejh u dawn kienu l-aktar 40 sena ekonomimakent felici ghal pajjizna. Bid-difetti kollha taghna morna `l quddiem u flok nesportaw il-haddiema issa ngibuhom lura.` Dan kollu ghax kellna rajna f`idejna.
Rjan f`idejna hija t-tifsira popolari tal-politika laburista ta` Svizzera fil-Mediterran.
Sunday, 24 June 2001
Rajna f'idejna
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment