Il-Kullhadd The great pretender
Il-Prim Ministru` pubblikament wera li ma qabilx mal-great pretender talli dan` esprima l-ambizzjoni li jehodlu postu.
The great pretender ghandu habta li meta ma jkollux argumenti biex jirribatti akkuzi li sarulu jipprova jizgicca billi jirrispondi b`akkuzi ivvintati li tal-Labour ghamlu aghar.` Hekk rega ghamel dan l-ahhar meta ghal mistoqsija parlamentari dwar il-process ta` privatizzazzjoni li ghaddej fil-Kordin Grain Terminal l- great pretender irrisponda testwalment kif gej:
Il-privatizzazzjoni ghall-hbieb saru mill-Gvern Laburista meta:
1)
ta letter of intent esklussiva lill-Port of Singapore` biex jaghtihom it-tmexxija tal-Port Hieles.` Dan sar permezz ta` erba hbieb li diga ssemmew u li kienu qed jaghmluha ta` brokers.
2)
Il-privatizzazzjoni skandaluza tal-Maltacom fejn gew mahruga ishma bearer barra minn Malta.` Ghalekmm intalbet spjegazzjoni kemm il-darba dwar il-htiega ta` dawn l-ishma bearer barranin, il-Prim Ministry ta` dak iz-zmien u l-gurus li kienu jorganizzaw din il-manuvra finanzjarja ma tawx twegiba u spjegazzjoni.` Wiehed jista` jahseb li dan seta` sar biex xi hbieb jinghataw preferenza f`din il-privatizzazzjoni bl-irhis fuq ohrajn billi juzaw il-flus li kellhom mohbija barra.
Billi jien kont involut fiz-zewg operazzjonijiet u billi nifhem li l-great pretender qed jirreferi ghalija meta jghid guru allura nirrispondih biex ma nhallihx jistenna.` Kieku tkellem qabel kont nirrispondih qabel ghalkemm perzwaz li dan li ser nghid ghedtlu diversi drabi qabel pubblikament
Mhux minnu li l-Gvern Laburista ta` xi letter of intent lil Port Authority ta` Singapore (PSA) jew lil xi hadd iehor biex imexxi l-Freeport.` Nisfida lill-great pretender biex jippublika xi document bhal dan. Gvern laburista ta permess lil PSA biex jaghmlu analizi dettaljata dwar l-operat tal-Freeport biex wara li jsir dan l-ezami jibdew negozjati, u dan bla rbit ta` xejn minn qabel, biex jaraw jaslux f`xi ftehim dwar it-tmexxija tal-Freeport mill-PSA.` Ghal min ma jafx il-PSA hija l-ikbar operatur tal-portijiet fid-dinja u l-prezenza taghhom kienet tkun garanzija ta` xoghol u serjeta` ghal Freeport. Ghal min ma jafx wara li ghamlu dan l-ezami jidher li ma hargux sodisfatti b`li sabu ghax avzaw lil gvern ( li allura kien lahaq inbidel) xott xott li ma kienux aktar interessati.
Mhux minnu li kien hemm xi brokers fin-nofs. Kien hemm erba min-nies serjissimi li kienu inkwetati bil-mod kif il-Freeport kien qed jitmexxa u li kienu hajjru lil PSA ihares lejn Malta. U dawn l-erba min-nies ma kienux laburisti. Kienu nies serji inkwetati li l-Freeport kien u ghadu` qed jitmexxa qisu negozju tal-familja flok intrapriza nazzjonali.
Biex insemmi wiehed biss minn dawn l-erba` nsemmi lil Gorg Borg ex-principal tal-great pretender fil-Bluenell li jista jikkonfermalu li qatt ma kien broker.
Rigward il-Maltacom il-great pretender imissu jaf ahjar. Meta gvern laburista ried ibiegh 40% tal-Maltacom bi prezz ta` Lm36 miljun` kien car ghal kullhadd li biex dan il-prezz jingieb bilfors kellna nduru ghas-swieq internazzjonali. Is-swieq maltin ma kienux u ghad m`humux kbar bizzejjed biex jipprocessaw issue bhal din u kieku morna biss fuq is-suq lokali zgur ma konniex ingibu il-prezz li gibna, prezz li ghal sitt xhur shah wara gejna kritikati minn stockbrokers maltin li beghna wisq bil-ghali.
Ma ridnix nhallu is-swieq lokali barra u ghalhekk morna nofs b`nofs. Issa l-great pretender missu jaf li ghalkemm Lm20 miljun huma flus kbar ghas-suq malti fis-swieq inetrnazzjonali dan huwa ammont wisq zghir biex tmur taghmel direct listing. Dan il-parir gie kemm mill-HSBC li l-great pretender jafhom sew u minn kull bank iehor li kkonsultajna. Kellna bilfors immorru ghal ghal Global Depositary Receipts fejn `l-ishma jkunu registrati kollha f`isem bank internazzjonali ( f`dan il-kaz il-Bank of New York) u jkun dan il-bank li jkun jaf min huma l-investituri. Ma kienx jezisti mod iehor prattiku li naccessaw is-swieq internazzjonali b`din il-floatation tal-Maltacom. Jekk mhux hekk kien irid jinbiegh biss fis-suq zghir Malti u dan b`dannu ghal prezz tal-bejgh u ghalhekk tal-poplu malti kollu.
Izda minn kienu l-investituri tal-bidu kienu jafu kullhadd ghax tant kien hemm domanda akbar milli hsibna ghal ishma mis-suq internazzjonali li bl-ghajnuna ta` l-HSBC kellna naraw isem isem biex naghzlu l-ahjar fost l-ahjar.` Issa jekk wara dawn bieghux lil ohrajn jew qed izommuhom bhala nomiees ma ghandu x` jaqsam xejn. Dan jista jsir anke fix-shares li johorgu fis-suq Malti. Nistieden lil min irid idur` sew ir-registru tas-shareholders tal-kumpaniji fil-borza u jsib kemm irid shares registrati f`isem kumpaniji li x-shareholders taghhom huma nominees jew banek li qed izommuhom bhala nominees. Mela neta jghid li beghnihom bearer biex nghinu `l hbieb il-great pretender irid iqarraq u jaf li dan mhux minnu.
Jien irrisipondtejtu.` Izda hu qatt ma rrisponda ghala fil-kalkoli li jghid li ghamel hu fil-bejgh tal-Mid-Med Bank dahhal risk premium ta` 6% biex baxxa il-prezz bin-nofs.` X`inhu jistenna biex iwiegeb dwar` haga cara li grat u mhux jiskepula fuq affarijiet li ma grawx.` Jaghmel kalkolu zghir il-great pretender.` Ta` 40% tal-Maltacom li kienet ghadha titwieled u taghmel qliegh ta` Lm2 miljuni gvern laburista dahhal Lm36 miljun u ppregja bil-kbir is-60% li l-gvern fadallu f`idejh. Ta` 70% tal-Mid-Med li kien jaghmel qliegh ta` Lm15 il-miljun il-poplu malti dahhal biss Lm74 miljun u f`idejh ma fadallu xejn!
Alfred Mifsud
Sunday, 10 June 2001
The great pretender
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment