Sunday, 22 July 2001

Argentina

Il-Kullhadd Argentina

Fis-suq internazzjonali din il-gimgha regghet venvent bil-qawwi il-problema ta` l-Argentina. Argentina ghanda hafna dejn barrani forma ta` bonds f`munita barranija, l-aktar dollaru amerikan izda wkoll euro u lira sterlina.` Hafna maltin ghadhom flushom investiti f`dan il-bonds li jhallsu imghax gholja ta` aktar minn 10% skond iz-zmien ta` dawn il-bonds.

La jhallsu imghax gholi jfisser li hemm ir-riskju.` Kieku ma jkunx hemm riskju kieku ma jhallsux imghax gholi.` Izda l-Argentina ghandha dak li maghruf credit rating baxx hafna u ghalhekk biex tissellef mis-suq internazzjonali trid thallas imghax gholi ghax inkella ma ssibx min` jislifha. Dan l-imghax gholi u l-credit rating baxx jirriflettu r-riskju gholi li l-Argentina ma ssibx il-flus biex thallas l-imghax u l-kapital ta` dawn il-bonds.

Din il-gimgha dan ir-riskju rega` sploda.` L-ekonomija Argentina ghaddejja minn perjodu difficli u ma ghadiex tikber. In-nies Argentini flok jinvestu flushom fil-pajjiz jinvestuhom barra l-pajjiz ghax ma ghandhomx fiducja fl-ekonomija ta` pajjizhom. Il-Gvern ghadu qed jissellef kull sena u b`hekk ikabbar id-dejn kemm nominalment kif ukoll bhala relattivita` mal-GDP ta` l-ekonomija li tinsab stagnata.

Minkejja li l-Argentina diga` rrikorrit ghal fondi ta` emergenza mill-International Monetary Fund jidher li dawn mhux se jkunu bizzejjed u ghalhekk kiber ir-rsikju li l-Argentina tiddikjara dak tekninkament maghruf bhala `default`. Fi kliem semplici tghid li ma ghandiex minn fejn inhallas l-imghax u l-kapital. Dan jista jwassal biex dejn ta` l-Argentina li ghad fadallu snin biex jaghlaq jidi dikjarat ukoll teknikament bhala default u allura il-bicca ssir hafna aktar kumplikata. B`rizultat ta` dan ir-rata ta` l-imghax, specjalment dawk short term splodew `l fuq u l-valur tal-bonds stabat.

Ghaliex qed nikteb dan kollu. Ghax tridu tifhmu li l-Argentina huwa pajjiz ta` rizorsi kbar. Pajjiz li d-dejn tieghu paragunat mad-daqs ta` l-ekonomija huwa anqas minn dak ta` Malta. Pajjiz li li-piz tad-dejn minkejja li jhallas rati daqstant gholjin bhala percentwali ta` l-ekonomija hu fuq l-itess livell bhal taghna.

Mela kif l-Argentina ghandha dawn il-problemi kollha u ahna le. Kif l-Argentina din il-gimgha kellha tnaqqas il-pagi tan-nies tal-gvern u il-pensjonijiet statali bi 13% biex il-gvern ikun jista` jibbilancja l-budget halli ma jkollux ghalfejn jiddejjen izjed`

Id-differenza kbira bejn il-pozizzjoni ta` Malta u dik ta` l-Argentina hija li filwaqt li d-dejn taghna huwa dejn intern, dejn tal-gvern mal-poplu fi flus maltin, dak ta` l-Argentina huwa f`munita barranija mal-banek internazzjonali. Zid ma dan li dawn il-banek izommu id-dejn li jaghtu lil Argentina f`forma kurrenti u ma jorbtux fit-tul b`mod li l-Argentina kontinwament ghanda dejn li qed jighlaq u jrid jiggedded. Id-dejn ta` Malta mhux biss huwa intern izda hafna minnu qieghed ghal zmien fit-tul marbut b`imghax relattivament baxx` u ghalhekk ma ghandnix l-istess pressjoni bhall-Argentina.

Izda ghalkemm m`ahniex f`qaghda hazina bhall-Argetina irridu nehduh bhala ezempju li jekk ma naghmlu xejn `l hemm mexjin. Jekk ir-rizervi tal-bank centrali jibqghu nezlin bir-ritmu li huma. Jekk l-esportazzjoni tibqa` tonqos, jekk it-turizmu ma jkomplix jikber, jekk il-gvern jibqa` jzid in-nefqa` b`rata aktar milli jigbor, jekk nibqghu nissapportjaw b`mod ghami rata ta` kambju li ma tirreflettix ir-relattivita` veru taghna mal-pajjizi li nikkumrcjaw maghhom, fl-ahhar mill-ahhar ikollna nirrikorru biex nisselfu fi swieq internazzjonali.

L-arroganza tal-gvern prezenti hija li ffaccjat minn dawn il-problemi jibqa` ghaddej qisu xejn m`hu xejn, jibqa` jghix f`dinja maqtugha mir-rejalta u jahseb li bla ma niehdu mizuri korrettivi serji nistghu nevitaw id-dizastru li sabu ruhhom fihom pajjizi bhall-Argentina.

Dal-gvern qed jilghab mal-futur tal` wliedna. Wara li nefaq ir-rizervi kollha li sab, war li mliena bid-dejn sa xfar ghajnejna, wara li biegh l-aqwa qawhar tal-pajjiz u nefaq il-flus tal-privatizzazzjoni bla ma warrab xejn, issa ghad jehtieglu jissellef u jintaxxa meta l-ekonomija hija mghaxxa, meta il-kapitali hergin gelgul, meta qed norbtu il-lira maltija b`mod fiss ma basket ta muniti barranin u meta ma qed naghmlu xejn biex nirristrutturaw bis-serjeta`. Jekk ma naghmlu xejn il-passjoni li qeghda fiha bhalissa l-Argentina se ngibuha fuqna.

No comments:

Post a Comment