Sunday, 1 July 2001

Bdew jinqasmu d-dufrejn

Il-Kullhadd Bdew jinqasmu d-dufrejn

Fl-ahhar zweg hdud ta` Mejju kont ktibt li n-Nazzjonalisti jmorru ghal elezzjoni qabel zmienha meta jinqasmulhom dufrejhom iggranfati mal-poter.` Kont ktibt li hemm sinjali li dawn bdew jinqasmu.

Issa aktar minn sinjali hemm il-provi.` Ghadu kif hareg ir-rapport dwar hrug u dhul tal-gvern ghall-ewwel hames xhur ta` din is-sena, jigifieri minn Jannar sa Mejju.

Id-deficit tal-gvern f`dawn il-hames xhur kien ta` Lm55 miljun medja ta Lm11 il-miljun kull xahar li jekk tibqa sejra fuq sena shiha ttella deficit ta Lm132 miljun. Dan meta il-deficit progettat ghal din is-sena huwa ta` Lm83 miljun!

U tahsbux li l-Lm55 miljun deficit jaghti stampa rejali. Xejn minn dan. Il-Bambin biss jaf kemm hemm kontijiet lura ta` suppliers u kuntratturi. Biss biss skond l-istqarrija tad-dipartiment ta` l-istatistika l-infiq fuq il-provvisti lid-Dipartiment tas-Sahha naqas. Forsi hemm hafna kontijiet pendenti f`xi kexxun`

Tistghu timmaginaw kif dal-gvern jista` jkollu wicc jiffaccja l-poplu b`budget fejn kollox mar zmerc, fejn l-infieq jizdied bid-doppju tar-rata tad-dhul u fejn il-gvern ikun kostrett izid izjed taxi fuq min diga` maghsur`

Jidher li ghandna l-istess pozizzjoni li konna fiha fis-sajf ta` l-1996, hlief li din id-darba il-problemi huma hafna akbar.` Kollox imdendel b`hajta. Il-finanzi tal-gvern ser jixkappaw minkejja li l-poplu ntaxxat sa xfar ghajnejh.` Kumpaniji kbar qeghdin izommu hajja b`mod artificjali sa ma l-banek jiddeciedu li jghalqu il-vit tal-hajja.

Dan huwa xenarju` fejn il-hafna fuq il-poter tan-nazzjonalisti qed tizloq minn taht dufrejhom miksura.` U l-Partit Laburista fi zmien mhux fil-boghod ser jintalab jidhol biex isewwi d-dizastri finanzjarju li rnexxielu jikkrejha il-bravu li biegh il-Mid-Med Bank b`nofs prezz u l-kap tieghu li ghalih Lm10 miljun `l hemm jew `l hawn qishom qxur tal-karawett.

U ghalhekk jehtieg li naghmlu l-affarijiet cari. Il-problemi finanzjarji li ghandu l-pajjiz tant huma kbar li biex jissolvew gvern laburista se jkollu jeghreq l-gharaq tad-demm. Ma hemmx soluzzjonijiet facli.` Ma hemmx soluzzjonijiet bla ma jweggha hadd.` Ma hemmx soluzzjonijiet li jsolvu l-problemi kollha fi ftit xhur.

Izda hemm soluzzjonijiet li kapaci jwettaqhom biss gvern laburista. Soluzzjonijiet li jridu jiehdu konsiderazzjoni ta` dawn il-kriterji kollha.` L-ewwel li min harbat u thanzar irid jaghti kont ta` ghemilu lil poplu Malti. It-tieni li s-soluzzjoni ma tistax tinsab f`zieda fit-taxxi fuq il-konsumatur zghir jew medju. Is-soluzzjoni tinsab fuq tnaqqis fin-nefqa bla razan fil-konsum tal-gvern. Dan ma japplikax ghan-nefqa kapitali ghax din trid tizdied kemm ikun hemm bzonn biex jinholoq ix-xoghol fil-pajjiz, specjalment nefqa fuq it-tahrig ta` haddiema` mhedda li jinkinsu mit-teknologija moderna.

It-tielet huwa li s-soluzzjoni tinsab li pajjizna jerga jaqbad rata ta` tkabbir ekonomiku qawwi mibnija fuq l-esportazzjoni ta` prodotti u servizzi u fuq it-turizmu.` Ghal dan jehtieg nincentivaw u nahdmu ha nigbdu investiment kbir min barra, investiment` li dan il-gvern gerrex bil-poltika ta` shubija fl-UE fejn inkunu ezatt kopja ta` pajjizi ohra.

B`politika serja bhal din ispirata mill-motto ta` Inazzjattiva u Wens qed ssejjah lil Partit Laburista biex mil-gdid jerga` jifdi lil pajjizna li gie mirghun minn amminsitrazzjoni halja ta` Fenech Adami f`dawn l-ahhar erbatax il-sena.

Il-Partit Laburista qed jigi msejjah biex jerga jghix is-snin glorjuzi ta` bejn 1971 u l-1979 meta wettaqna l-miraklu li bdilna il-pajjiz minn fortizza ghal pajjiz li jghix biex xoghol ta` niesu f`attivitajiet kummercjali. Li rridu naghmlu llum mhux akbar minn dak li ghamilna dak in nhar. Izda dan ix-xoghol m`hu kapaci jaghmlu hadd hlief il-Partit Laburista.` `Hekk huwa d-destin ta` dan il-pajjiz ` haddiehor iharbat u l-Partit Laburista irid jerfa`.

Izda min wassal il-pajjiz f`xifer dan il-falliment irid jaghti rendikont shih ta` ghemilu.` Ma nistghux inkunu laxki mieghu.` Inkella jerghu juzaw il-hniena taghna biex mill-bankijiet tal-oppozizzjoni jaghmlu bhal prostituta li titkaza bil-vergni li waqt li tkun qed tnaddaf il-hmieg tal-burdell tidhrilha xi ftit il-libsa ta` taht.

Alfred Mifsud



No comments:

Post a Comment