Il-Kullhadd Virus
M`inhiex ser nikteb dwar il-virus mediku li minn zmien ghal zmien jattakka lis-sahha ta` gisimna u jmarradna, gieli ftit u gieli hafna.` Lanqas ma jien ser nikteb fuq il-virus tal-kompjuter li dejjem jivvinta minn donnu m`ghandux x`jaghmel biex johloq problemi bla bzonn li min ikun mehdi fuq xoghlu.
Il-virus li qed nirreferi ghalih huwa il-virus tal-poter. Virus li jattakka lil kull min idum fil-poter aktar milli jippermetti l-process demokratiku. Specjalment fis-sistema politika taghna fejn il-kontest ghal poter huwa biss` bejn zewg partiti, fejn min jirbah jirbha il-poter legislattiv u amminsitrattiv kollu , il-virus tal-poter jattakka bil-kbir.
Donnu jattakka wara li partit ikun ilu aktar minn seba snin fil-poter. Bhas-seven year itch tar-relazzjonijiet bejn il-mizzewgin. Anki fis-snin sebghin meta il-Partit Laburista qabez is-sebgha snin fil-gvern wara Marzu ta` l-1979 ma baqax bl-istess hegga ta` qabel.` Donnu wara li kiseb dak li kien hadem ghalih ma setghax isib motivazzjonijiet godda biex ikomplu jispiraw il-kollettiv `l quddiem.
Il-Partit Nazzjonalista gralu l-istess u aghar. Kif qabez is-sebgha snin fil-gvern fl-1994 gie d-dizastru. Il-VAT iddahlet bl-ghagla u fl-aghar stadju tal-legizlatura.` Id-deficit u dejn harab mil-kontroll tal-gvern. U f`nofs is-96 il-pozizzjoni finanzjarja tant hzienet li wasslet lil Ministru tal-Finanzi jwiddeb lil-Kabinett bil-pozizzjoni prekarja. Il-Prim Ministru gie sfurzat isejjah elezzjoni qabel il-budget ta` l-1997 ghax ma riedx li jiffaccja l-elettorat wara li tohrog l-istampa vera tad-dizastru fil-finanzi tal-gvern.
Izda dan it-tielet term tan-nazzjonalisti fil-gvern li wasal fuqhom bla ma kien mistenni u bla ma kellhom cans jissaffew mill-arroganza tal-poter, qed ikun dizastruz ghalihom u hafna aktar ghal Malta.
Lanqas Mintoff fl-aghar zmien tieghu fl-1982 u 1983 qatt ma lahaq livelli daqstant tal-biki ta` inkonsistenza u nuqqas ta` demokrazija li fil-fatt tezisti f`pajjizna bhalissa.` Meta wara l-elezzjoni ta` l-1981 in-nazzjonalisti ma hadux posthom fil-parlament u effettivament kostituzzjonalment tilfu s-siggu (haga li dan l-ahhar giet kritikata bl-ikrah sahansitra mill-ex President Tabone) , Mintoff seta mela` s-siggijiet ta` l-oppozizzjoni b`nies li kienu jakkomodawh biex kieku ried seta` jibdel il-kostituzzjoni kif ried.
Izda Mintoff gharef jistenna sa ma bil-galbu ikkonvinca lin-nazzjonalisti jiehdu posthom lura fil-parlament u lejn l-ahhar tal-legizlatura immanuvra tibdil fil-kostituzzjoni biex dak li gara ma jergax jigri avolja dan kien ser jizvantagga lil Partit Laburista.
Avolja min illum jaghmilha ta` pampalun tad-demokrazija dak iz-zmien kien qed izomm iebes biex Mintoff ma jaghmilx koncessjoni bhal din fl-interess tad-demokrazija.
Dak iz-zmien Fenech Adami kien jishaq li l-membri tal-Kummissjoni Elettorali mhux biss dawk nominati mill-Oppozizzjoni izda sahansitra dawk maghzula mill-gvern,` kellhom ikollhom il-fiducja ta` l-Oppozizzjoni inkella kien jistenna minnhom li fl-interess tad-demokrazija ma jiehdux posthom.
Izda il-valuri demokratici ta` Fenech Adami donnhom li dabu hekk kif ingidem mill-virus tal-poter. Aktar ma jara l-opinjoni popolari titbieghed minnu aktar il-virus jaghfas u jgieghel lil gvern immexxi minn Fenech Adami jichad dak kollu li kien jemmen u jippriedka meta kien fl-oppozizzjoni.
Illum mhux biss il-gvern jista` jinnomina lil min irid fuq il-Kummissjoni Elettorali immaterjalment minn x`tahseb l-oppozizzjoni, izda anke l-postijiet rizervati ghall-oppozizzjoni illum jimtlew mill-gvern.` Dak li ma ghamilx Mintoff meta seta mela s-siggijiet li hallew vojta n-nazzjonalisti fin-naha ta` l-oppozizzjoni, qed jaghmlu Fenech Adami meta ghamel in-nominazzjonjiet kollha tal-Kummissjoni Elettorali anke kontra x-xewqa ta` l-Oppozizzjoni.
Il-problema tal-virus tal-poter hija li ma hemmx kura facli ghalih.` Il-poter huwa bhad-droga.` Meta tiehu l-virus tieghu aktar ma jkollok poter aktar tuza l-istess poter biex tipprotegih u tkattru waqt li tinsa il-valuri bazici li ghalihom il-poter ghandu jigi uzat.
Meta il-problema tidhol daqstant il-gewwa tkun trid terapija qawwija bhal dawk dik li tinghata mill-Caritas f`San Blas.` Is-Sab Blas politiku huwa l-process elettorali. Izda flok San Blas politiku qed jitmexxa mil-Caritas politika li ghandha tkun il-kummissjoni elettorali, minflok dawk migduma mil-virus tal-poter qed imexxi huma stess is-San Blas politiku.` Qisu San Blas tal-Caritas minflok minn DunVictor u Anglu Fenech qed jitmexxa mit-traffikanti tad-droga.` Daqshekk hi serja l-bicca tal-Kummissjoni Elettorali.
Sunday, 29 July 2001
Virus
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment