Il-Kullhadd Mhux bizzejjed!
Meta tqis l-istat dizastruz li jinsab fih il-pajjiz` paragunat mal-genna fl-art mweghda min-Nazzjonalisti qabel l-elezzjoni, tippretendi li differenza bejn iz-zewg partiti ghandha tkun hafna akbar milli fil-fatt hi.
Forsi wiehed jghid li jekk` ma ssirx elezzjoni ma tistax tghid kemm hi d-differenza. Fl-ahhar elezzjonijiet lokali ta` Marzu il-partit laburista kellu maggoranza relattiva u kien madwar 1% izjed min-Nazzjonalisti.
Surveys ohra saru izda jien ma ghandiex access ghalihom u kieku ghandi trid toqghod attent dwar il-validita` tal-metodologija li tintuza f`dawn is-surveys. Ghalhekk nippreferi noqghod kemm fuq ir-rizultat ta` l-elezzjonijiet lokali u kemm fuq dak li nara u mmiss b`idejja meta niltaqa` man-nies.
U minn dan nislet li filwaqt li hafna nies qed jaqtghu qalbhom mill-partit nazzjonalista, hafna nies qed jirrejalizzaw li n-nazzjonalisti tilfu l-inizjattiva u llum ghandna gvern mmuffat u sterili bla energija xejn, ma jfisserx b`daqshekk li dawn in-nies qed ikabbru l-fiducja taghhom fil-partit laburista.
Ikolli nghid li hafna minnhom qed jaqtghu qalbhom mis-sitwazzjoni politika f`Malta u whud sahansitra jirragunaw li propju ghalhekk jaqblu li Malta tidhol fl-Unjoni Ewropeja biex il-gvern Malti ma jkun jikkmanda xejn u ta` Brussels jimponu fuqna d-dixxiplina li ahna mhux kapaci niehdu ghalina nfusna.
Ragunar bhal dan jinkwetani u ghandu jinkweta lill-laburisti li jridu pajjizna jibqa` rajh f`idejh.` Jinkwetani ghax wara dan ix-xoghol kollu u s-sagrificcji li naghmlu,` jfisser li mhux qed naghmlu bizzejjed biex il-partit jirbah il-kredibbilita` ta` nies li qatghu qalbhom min-nazzjonalisti.
Mhux bizzejjed.` Qatt mhu bizzejjed.` Irridu nahdmu izjed biex nikkonvincu lil-floating voter li l-partit laburista ghandu s-soluzzjonijiet vera ghal-problemi tal-pajjiz. Irridu nuru li l-partit laburista kapaci jaghti tmexxxija dinamika lil pajjiz kif konna tajnih bejn l-1971 u l-1979.
Irridu nuru li minkejja li l-pajjiz ghandu problemi kbar ahna kapaci mmexxu b`mod li l-pajjiz johrog minn dawn il-problemi bla ma jkollu bzonn jirhan ruhu lin-neo kolonjasti. Irridu nuru li ghandna d-dinamizmu biex ma nibzghux niehdu decizjonijiet iebsa basta nfehmu lill-poplu li wara s-sagrificcju hemm il-premju.
Irridu nuru l-poplu li ahna ghandna determinizzjoni ta` l-azzar biex niddefendu dak li hu taghna u li dan ma jistax isir bil-hela u bil-ghazz.` Jista` jsir biss bix-xoghol, bil-kuragg u bid-determinazzjoni li pajjizna naghmluh ekonomikament vijabbli biex jikkummercja mad-dinja kollha.` Mhux niddependu mill-UE biex tintaxxa l-poplu bi prezzijiet oghla ta` l-ikel biex imbaghad taghtina lura parti mil-flus li nkunu hallasja bhala fondi strutturali ghal-progetti infrastrutturali. Jekk jkun hemm bzonn nafu nintaxxaw lilna nfusna ahna stess bla ma nitilfu s-sovranita`
Hija sfortuna li hafna nies anke ta` rieda tajba jibzghu li ma ghandniex din ir-rieda biex nindirizzaw il-problemi vera tal-pajjiz u li ahna stess inkunu kostretti bis-sistema politika maltija li biex ma nitilfux voti nevitaw milli niehdu d-decizjonijiet li l-pajjiz verament ghandu bzonn.
Ghalhekk hemm bzonn li naghmlu sforz akbar biex nuru li ahna kapaci mmexxu. Li hadd mhu ser jerga jwaqqaghna wara 22 xahar. Li filwaqt li ser naghmlu gustizzja u malajr mal-laburisti li gew diskriminati se mmexxu b`determinazzjoni ghal gid tal-pajjiz kollu u naghmlu dak it-tibdil kollu li huwa mehtieg, maljar, b`rieda soda u b`impenn shih biex il-poplu jara rizultati malajr u jifhem li s-soluzzjoni tinsab go fina u mhux barra minna.
Dak li qed naghmlu mhux bizzejjed.` Irridu naghmlu izjed.
Alfred Mifsud
Sunday, 15 July 2001
Mhux bizzejjed
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment