Il-Kullhadd Kburin
Ir-rizultati tas-surveys rigward l-udjenzi tal-medja li hargu f`dawn il-jiem jghamlu lit-team ta` Super One nhossuna` kburin bir-rizultati li ksibna. Hargu zewg rizultati li saru bejn wiehed u iehor fl-istess zmien u li b`mod indiskutibbli ikkonfermaw li Super One TV u Super One Radio ghandhom l-akbar udjenzi.
Mhux il-post li naghti l-fatti u l-figuri izda din did-darba id-distakk bejn Super One u dawk ta` warajna tant hu kbir li hadd ma hareg jikkontesta r-rizultat. Fil-fatt il-media ta` fil nazzjonalista difnet dawn is-surveys malajr kemm jista` jkun u raw kif ghawgu il-ftit li qalu biex icekknu is-supremaizija li wrew il-media Super One.
Bizzejjed wiehed jghid li fil-faxxa l-aktar importanti ta` fil-ghaxija Super One TV rebah l-akbar udjenzi f`sitta minn sebat`ijiem.` U fl-uniku gurnata li ma` rbahniex naqqasna sew id-distakk li kellu Xarabank permezz tal-programm gdid u popolari XALAMITA. Dan apparti li s-survey b`kumbinazzjoni sar fil-jum tas-26 ta` Ottubru 2001 meta XALAMITA ma kienx fil-format solitu billi kellna coverage qawwi u doveruz lejn il-konferenza generali tal-partit Laburista li saret propju dakinhar. Jekk trid emmen fil-kumbinazzjonijiet li b`xi mod dejjem jahdmu favur Xarabank.
Imma it-taghlima li ridt nislet illum mhux fuq in-numri tas-survey. Imma fuq il-fatt li b`rizorsi hafna anqas mil-kompetituri taghna Super One irnexxielu jaghmel hafna izjed. Minghajr ir-rizorsi tal-licenzji li ghandu l-PBS u minghajr il-flus li jigu ppumpjati lin-Net sahansitra minn flus il-poplu permezz tal-MIC, Super One xorta ghamel u pproduca hafna izjed milli pproducew il-kompetituri tieghu.
U dan ghandu jkun mudell ta` kif irridu nsolvu l-problemi tal-pajjiz. Ma nistghux insolvu l-problemi tal-pajjiz kif qed jaghmel il-gvern nazzjonalisti. Ma ssolvix problemi billi tintaxxa lin-nies halli l-gvern ikollu aktar f`hiex jiffanga u x`jisparpalja. Il-flus irridu nhalluhom f`idejn in-nies. Jekk nigbru t-taxxi minn min ilu jahrabhom iridu jew imorru biex jirruducu id-deficit jew jintraddu lura lil min ilu jhallas it-taxxi sa lanqas centezmu.
Biex jiffinanzja l-operat tieghu il-gvern mhux aktar taxxi ghandu bzonn.` Ghandu bzonn ghaqal u galbu biex it-taxxi tal-poplu jigu wzati sew bl-efficjenza li trendi u li tkabbar l-ekonomija u mhux f`infieq bla sens li johnoqha.
F`Super One ma nibghatu taxxi u kontijiet lil hadd.` Lanqas il-gbir li konna tradizzjonalment naghmlu fil-Milied m`ahna ser naghmlu u dak li gbarna is-sena `l ohra ghaddejnieh lil Partit.` `Il-mezzi ta` Super One jghinu lil Partit biex bhal ma ghamilna f`jum ir `Repubblika nigbru b`mod tant trasparenti biex insahhu ir-rizorsi tal-Partit Laburista.
L-operat tas-Super One niffinanzjawh kompletament mil-introjti tar-reklami.` U min jaghtina r-reklami ma jaghtihomniex bi pjacir.` Jaghtihomlna ghax ikun qed jaghmel investiment li jrendi.` Ghax jaf li l-flus li jonfqu maghna jipproducu bejgh u ordnijiet ferm aktar min reklamar fuq mezzi ohrajn. Ghax il-programmi ta` Super One jigbdu l-aqwa u l-akbar udejnzi.
L-istess irridu naghmlu biex insewwu l-problemi tal-pajjiz. Flok nintaxxaw u nghasru dejjem izjed in-nies biex il-gvern ikollu aktar x`iberbaq irridu, naghmlu hafna izjed b`hafna anqas.` Irridu dak li hu tal-poplu immexxuh sew u mhux inbieghuh b`irhis biex insolvu il-problemi tal-lum u noholqu problemi hafna akabar ghal ghada.
Kburin b`dak li rnexxielna naghmlu f`Super One.` U nemmnu li dan ghandu jkun sinjal ta` fiducja fil-Partit Laburista ghal min ghad ma ghandux fiducja bizzejjed li l_Partit Laburista jista soluzzjonijiet veru ghal problemi li dahhlu fih il-pajjiz hmistax il-sena ta` era nazzjonalista. F`gieh pajjizna din l-era jehtieg tintemm illum qabel ghada qabel ma jberbqu `l ftit li fadal.
Sunday, 16 December 2001
Kburin
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment