Il-Kullhadd Milied bla paci fl-Argentina
F`dawn il-jiem imqadssa tal-Milied u tmiem tas-sena lkoll naghmlu sforz, min genwin u min falz, biex inharsu lejn il-pozittiv tal-hajja. Biex nifirhu b`li ghanda u biex inqawwu qalbna u nixtiequ lil xulxin futur ahjar.
In-nies ta` l-Argentina` din is-sena kellhom Milied mill-aktar mizeru.` Il-pajjiz ghaddej minn inkwiet ekonomiku kbir. Imkwiet li gieghel lil gvern jiehu mizuri t` awsterita` tnt iebsa li qajjem rivoluzzjoni fil-pajjiz. Il-President u l-gvern kellhom jirrezenjaw. 27 persuna tilfu hajjithom fl-irvellijiet. Il-gvern il-gdid kellu bilfors jiddikjara li mhux ser jonora id-dejn kbir li l-pajjiz ghandu ma investituri barranin.
Normalment il-pajjiz kien jaqbad u jizvaluta l-munita tieghu, il-peso. Izda tant hemm dejn barrani kemm tal-gvern kif ukoll tan-nies privati li sselfu f` muniti barranin biex xtraw darhom, li zvalutazzjoni twassal ghal ugiegh kbir lil dawk li lanqas jahtu ` il-haddiema. Minflok holqu munita gdida biex jizvalutaw ghal kummerc kurrenti bla ma jizvulataw ghal obbligi ga ezistenti.` Kemm dan se jzomm u jtul dan l-arrangament` difficli tkun taf izda mil-bidu jidher arrangament zlugat.
Tghiduli izda ghalfejn qed tkellimna fuq id-dwejjaq ta` l-Argentina flok fuq il-ferh aktar addattat ghal dawn il-jiem ta` festi. Semplici. Ghax min bhali tassew jixtieq il-gid lil pajjizna ma jistax jistahba wara xejxi artificjali biex ma jigbidx taghlima li tiskansa ghawg li qed jistenna lil pajjizna jekk ma nibdlux ir-rotta illum qabel ghada.
Il-gwaj huwa li meta jigi l-ghawg l-aktar li jbatu mhux dawk li jkollhom htija li wasslu lil pajjiz ghar-rovina minhabba tmexxija hazina. L-aktar li jbatu jkunu il-haddiema, in-nies tal-klassi l-baxxa, il-pensjonanti u dawk li ma ghadhom l-ebda htija ghal gwaj li jkun wasal.` Mhux sewwa dan izda dik hi r-rejalta.
Jien perzwas li l-istorja ghad tikkundanna lil Fenech Adami bhala l-aktar Prim Ministru irresponsabbli li qatt kellha Malta. Biex isostni l-popolarita tieghu kkreja problemi finanzjarji kbar ghal pajjiz li issa ma ghandhomx soluzzjonijiet facli jew bla tbatija. Minn pajjiz bla dejn xejn u mghoni b`hafna assi li jrendu,` Fenech Adami fi hmistax il-sena rrenda lil pajjiz midjun sa xfar ghajnejh, l-assi jew inbieghu jew qed jinbieghu biex semplicment nsoddu xi toqba `l hawn` jew `l hemm , u issa bil-pajjiz gharkubbtejh ma qed jara l-ebda soluzzjoni hlief neo kolonjalizmu halli nergghu litteralment immoru lura ghas-snin sittin.
Jekk ma ndawwrux ir-rotta, meta nkunu bghena kollox, meta ma nkunux nistghu nisselfu aktar,` x`ser naghmlu. Ser naghmlu bhal ma kellu jaghmel l-ex President Argentin De La Rua u jaqbad u jnaqqas il-pagi u l-pensjonijiet ta` l-aktar nies bla htija fis-socjeta Jew jahseb li ser tigi l-UE u taghtina l-flus biex nibqghu ghaddejjin bil-hela`
Il-messagg tieghi ghas-sena d-diehla huwa car u semplici. Is-soluzzjonijiet li ghandu bzonn il-pajjiz la jista` jaghtihom dal-gvern li wassalna ghar-rovina li qeghdin fiha u wisq anqas ser toffrihomlna fuq xi platt tal-fidda l-UE. Il-soluzzjonijiet tal-problemi taghna irridu nsibuhom ahna l-Maltin u l-Ghawdxin stess bis-sahha kbira li dal-gens ghandu fih innifsu.
Dan il-pajjiz ghandu bzonn tmexxija gdida. Tmexxija li temmen fil-hila tal-Maltin, li ghandha fiducja li l-Maltin kapaci jifhmu il-problemi kbar li fih it-testment politiku` li se thalli l-amministrazzjoni ta Fenech` Adami. U li la jifhmu dawn il-problemi jinghaqdu biex insibu soluzzjonijiet veri u prattici fejn kulhadd igorr skond kemm jiflah u mhux il-piz kollu jaqa` fuq iz-zghir bhal ma qed jigri fl-Argentina.
Tmexxija li jista` jaghtiha biss gvern gdid immexxi mil-Partit Laburista li jien ser nahdem biex inkun parti minnu.
Il-pajjiz mhux biss hela sena ohra izda kompla ghodos `l isfel fil-problemi ekonomici kbar li se jhallu Fenech Adami u l-kumpanija tieghu. Zmien mohli ta` hela ta flus u sparpaljar ta` rizorsi. Is-sena d-diehla` taf tkun sena ohra ta` ghajb u ta` ghawg. Aktar ma jtul dan iz-zmien aktar is-soluzzjoni vera tal-problemi tal-pajjiz issir difficli.
F`dan il-kuntest huwa car kemm il-pajjiz qed jinqasam bla htiegha fuq l-issue ta` l-Unjoni Ewropeja li l-gvern qed juza biex jaljena l-poplu mill-problemi veru li ghandu l-pajjiz.` Il-prijorita tal-pajjiz mhux l-UE li fuq kollox ghadha hi stess qed tinbidel u ma nafux x`forma ha jkollha meta xi darba nigu biex joffrulna li nidhlu.` Il-prijoriota` hija li niehdu mizuri fuq pjan nazzjonali ta ristrutturizazzjoni biex nevitaw ghawg stil Argentin fuq pajjizna. U dawn il-mizuri ma jistghux jistennew.
Sunday, 30 December 2001
Milied bla Paci fl-Argentina
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment