Sunday, 9 December 2001

Mhux int cuc

Il-Kullhadd Mhux Int Cuc`

Fi stqarrija wahda wara `l ohra in-nies li jmexxu l-MIC jippretendu li huma xempju ta` l-objettivita` rigward l-informazzjoni li jaghtu fuq il-process ta` Malta biex tilhaq l-ambizzjoni tal-gvern ta` shubija shiha fl-Unjoni Ewropeja.`

Fi stqarrija wara `l ohra l-attitudni taghhom lejn min imerihom hija wahda ta` suppervja; bhal jistaqsu Mhux Int Cuc(MIC). Bhal li kieku huma biss bravi.

Jippretendu li huma l-bibbja u kull min jikkritikahom huwa skorrett jew mhux infurmat.

Biex ikomplu jiehdu kreditu li mhux taghhom juzaw l-argument li la hafna minn dawk li huma kritici rigward il-progett ta` Malta bhala membru fl-Unjoni Ewropeja imorru ghandhom ghal informazzjoni mela b`hekk ghandhom il-kredenzjali ta` l-objettivita` u kull min jikkritikahom jaghmel dan b`malizzja.

Dan argument bazwi ghall-ahhar. Ghax tal-MIC qed joperaw bi flus ic-cittadin.` Is-sena d-diehla ser ikollhom kwazi miljun lira biex jonfqu f`pubblicita` favur is-shubija ta` Malta. Id-dritt li naghmlu uzu mis-servizzi taghhom huwa inaljenabbli.` Izda b`daqshekk ma jaghtihom l-ebda certifikat ta` objettivita`.` L-objettivita` tigi mill-kwalita` ta` l-informazzjoni li tinghata u mhux minn min jitlobha.

Dan apparti l-fatt li tal-MIC lili irrifjutawli diversi proposti biex jippartecipaw fi progetti li jaghtu nformazzjoni fuq il-progett ta` Svizzera fil-Mediterran. Wiehed minn dawn il-progetti kien dokumentarju televiziv dwar kif jghixu in-nies fl-Isvizzera, fin-Norvegja u fl-Islanda u jekk ihossuhomx li ghandhom xi haga nieqsa ghax pajjizhom, ewropew sa gharqubu, mhux membru fl-Unjoni Ewropeja.

Tal-MIC qaluli bl-iswed fuq l-abjad ghal darba darbtejn li huma jiffinanzjaw progetti li jaghti taghrif fuq il-progett ta` Malta bhala membru fl-Unjoni Ewropeja u ma ridux jippartecipaw fi progetti li jaghtu nformazzjoni dwar l-alterattivi `l ohra.

Jien ghalija dan huwa abbuziv u jmur kontra l-ispirtu jekk mhux il-kelma tal-ligi tax-Xandir u tal-Kostituzzjoni. Peress li tal-MIC ma riedux jaghtu informazzjoni fuq l-alternattivi ` ohra bhala Super One ma ridniex naccettaw reklami li jmexxu biss proposta wahda, dik ta` membri fl-Unjoni Ewropeja.

Mela llum gejna f`sitwazzjoni fejn il-MIC qed jidderigu hafna flus pubblici fuq TVM/Radju Malta u fuq NET TV/Radju 101 b`mod li ma hemmx bilanc fix-Xandir la fuq is-servizz pubbliku tal-PBS u lanqas kollettivament fuq il-media li taqa taht l-Awtorita` tax-Xandir.

L-Awtorita li s-sena `l ohra kienet thajret ticcensura lil Super One ghax ixandar avviz ta` meeting tal-partit u thajret tqisu bhalha spot politiku,` ma tidher xejn inkwetata rigward dan l-izbilanc flagranti fix-xandir in generali u fuq il- PBS in partikolari fuq materja daqstant distintiva fil-politika taz-zewg partiti.

Aghar min hekk iz-zieda fil-budget tal-MIC probabbli tfisser li filwaqt li dawn ma jonfqu xejn fuq Super One jonfqu hafna izjed minn qabel fuq Net Tvu Radju 101. B`hekk dan jakkwista fondi pubblici li permezz taghhom ikun jista` jsawwat lil Partit Laburista u jkompli jizbilanzja ir-rizorsi disponibbli taz-zewg partiti principali. Dan huwa attakk fuq il-pedamenti,` tad-demokrazija. Haddiem, ,` int bil-flus tat-taxxi tieghek,` bla ma trid, qed tghin lill-istazzjon tal-Partit Nazzjonalista!

Issa rigward l-objettivita ta` l-informazzjoni jien kelli diversi okkazjnijiet fejn ma qbiltx ma dak li qalu tal-MIC u sal-lum insostni li ghandi ragun.

Hafna drabi jkun hem hafna tidwir tal-kliem.` Per ezempju fl-1997 Dr Simon Busuttil li llum qed imexxi l-MIC kien kiteb li kieku jaghmel kalkolu fuq il-bazi ta` kemm tiehu s-Slovenja, Malta tiehu aktar minn Lm100 miljun lira fondi mill-UE. Kif inketbet ma kienx assolutament car li dan jigri, jekk jigri,` meta Malta tidhol membru fl-UE.` Ma kien hemm xejn li juri li Malta tkun trid taghmel hafna kontribuzzjnijiet kemm diretti bhala transfers ta` taxxa u kemm indiretti f`forma ta` prezzijiet ghola ta` affarijiet essenzjali li bilfors ikollna nixtru mill-Ewropa.

Min qara dan u hadu fil-kuntest ta` dak kollu li kien qed jinghad aktar iva milli` le` kien jifhem li Malta kienet qed titlef Lm100 miljun lira fis-sena ghax il-Partit Laburista ken iffriza l-applikkazjoni. Ma kienx spellut car hekk izda l-inferenza ghal min ma kienx` infurmat bizzejjed kienet cara. Ghax ta` x`jifhem li Slovenja qed tiehu l-flus u ghadha mhux membru u b`analogija Malta kienet tiehu l-flus ukoll kieku gvern laburist ma ffrizax l-appikazzjoni.

Kemm ircevejna flus minn mindu nehhejna l-friza llum nafuh. U hafna mill-informazzjoni li qed torog il-MIC illum filwaqt li rari tista tichdu fattwalment ikun miktub b`linwagg li jpengi l-futur hafna isbah milli fil-fatt huwa gustifikat li wiehed jassumi.

Bhal tal-mitt miljun! Il-hmerija hija li tal-MIC qed jiehdu l-premju ta` miljun avolja l-Lm100 miljun qatt ma gew!

Alfred Mifsud





No comments:

Post a Comment