Il-Kullhadd Nghid Ghalija
Nghid ghalija din is-sena mhux se nilqa` l-istedina biex niehu sehem fil-programm L-ISTRINA fuq TVM biex jingabru flus ghal Community Chest Fund.
Mhux ghaliex il-kawza m`hijiex nobbli jew ghandi xi haga kontra l-Community Chest Fund. Xejn minn dan.` Izda ghax dan il-programm nintuza biex jidolizza lil dawk li jmexxu XARABANK u jpengihom bhala xi benafatturi kbar tas-socjeta Maltija meta l-fattu huma l-kuntrarju.
Il-fatti huma li dawn jerdghu il-flus tat-taxxi tieghi u tieghek biex imexxu programmi fuq TVM li huma prerogattiva tan-Newsroom. Filwaqt li l-gurnalisti tan-Newsroom tal-PBS jibqghu idawwru subghajhom in-nies ta` XARABANK jithallsu sew talli jtellghu` program li jippruvaw kemm jippruvaw biex jaghttuh bil-gelu, il-qalba tieghu jibqa` program strument f`idejn il-Partit Nazzjonalista biex idawwar l-opinjoni pubblika kontra il-Partit Laburista.
U ghalhekk ma rridx inkun f`partecipi f`bicca propaganda li tati platform popolari qawwija` biex tintuza kontra l-Partit Laburista. U ghal dan ghandi ragunijiet tajbin bizzejjed. Ha naghti tnejn.
Fil-passat ikkritikajt lil ta` XARABANK li rari jaghzlu suggetti li jhammru wicc il-gvern. Donna il-kritika f`dan il-pajjiz, kontra kull prattika f`pajjizi demokrtici, hija dejjem iffokata fuq l-oppozizzjoni minflok fuq il-gvern. Per ezempju ghedt ghala qatt ma ddiskutew il-bejgh tal-Mid-Med Bank u l-akkuzi tad-Daewoo li jimplikaw lil Ministru John Dalli.
Fis-sajf li ghadda kien ikkuntatjani Peppi Azzopardi u qalli li kien bi hsiebu jtella Xarabank fuq din it-tema u stedinni biex niehu sehem. Ghedtlu li jien qatt ma accettajt li nattendi Xarabank izda naghmel eccezzjoni u ghal program bhal dan lest li nattendi basta jattendi wkoll il-Ministru Dalli halli nista` niffaccjah b`mod dirett u forsi jirrispondi mistoqsijiet li ili naghmel u qatt ma gew imwiegba.
Ma Peppi Azzopardi iddiskutejt is-suggett fid-dettal u anke wrejtu dokumenti pubblici li ghandi f`idejja biex insahhah l-argument tieghi. Issa ghaddew aktar minn tlett xhur. Saru tlettax il-Xarabank.` Il-gvern wasal biex ibiegh aktar tezori u jidher li tbazwira tal-Mid-Med ser terga tirrepeti ruhha.` Izda tahsbu li jien smajt xi haga ohra dwar dan minghand Peppi Azzopardi` Lanqas telefonata! Jidher li l-programm ma ghaddiex mill-agenda poltika ta` min ihallas biex jittella program bhal Xarabank.
Issa harsu ftit lejn` ir-rizultat tas-survey tal-MBA. Super One TV jirbah kuljum barra il-gimgha. Naghmlu x`naghmlu ma Xarabank ma nlahhqux. Fi Frar li ghadda dan kellu udjenza ta` 160,000 meta kienet saret ix-xandira tal- La Salle. F`Novembru issa nizel ghal 139,000 filwaqt li program ta`divertiment qawwi bhal Xalamita gab xi 35000.
B`kumbinazzjoni ohra is-survey sar fis-26 t` Ottubru meta Xalamita kellu format imbiccer biex jakkomoda, kif doveruz, lil Konferenza Generali tal-Partit Laburista. Min jaghmel is-survey, Dr Mario Vassallo, dejjem b`xi mod isib xi haga li minnha nnifisha tiffavorixxi lil Xarabank. Donnu rating gholi ghal Xarabank ghadnu importanza politika u kummercjali ghal xi interssi mhux daqstant mohbija.
Izda jien f`Malta nghix u xorta nsostni li f`cirkostanzi bhal tal-lum fejn hawn tant ghazla x`tara anke fuq stazzjonijiet barranin li taqbad bil-cable u bis-satellita difficli hafna li ttella udejnzi bhal dawn bi programmi normali jekk ma jkunx hemm xi krizi jew issues jaharqu fuq skala nazzjonali.` Fis-26 ta` Ottubru dawn l-issues ma kienux hemm. Allura nghid bejni u bejn ruhi Xarabank possibbli tellghu xorta 139,000 ruh`
U domt nistaqsi dan lili nnifsi sa ma hareg survey iehor THE MEDI WAREHOUSE li gie` maghmul propju fl-istess jum bhas-survey tal-MBA u b`metodoligja simili hafna.` U min dan is-surevy jirrizulta li filwaqt li Xarabank f`dik il-gurnata partikolari ghadda lil Xalamita li kif ghedt xejn ma kien normali habba l-konferenza, izda l-udejnza ma tersaq xejn lejn il-139,000 li qalet l-Awtorita` tax-Xandir. Xarabank kellu udejnza anqas milli kellu Under Cover nhat ta` tnejn li skond l-Awtorita kellu 76,000 telespettatur izda skond is-survet tal-Media Warehouse kellu l-akbar udejnzi tal-programmi kollha fuq it-television lokali u barranin kollha b`udjenza ta` madwar 83,000 telespettatur.
Issa wiehed jifhem li minn survey ghal iehor tista tohrog cifra li tvarja minn 76,000 ghal 83,000.` Izda ma tifhimx kif cifra ta` 139,000 f`survey tista tinsel ghal anqas min 80,000 f`survey li jkun sar bl-istess metodolgija fl-istess jum. U jien naghti kredibbilita hafna aktar lit-tieni survey ghax jikkonferma survey iehor li ahna stess konna ghamilna internament hmistax qabel.
Jidher li f`kull ma jghamlu ta XARABABK hemm l-id ta` min ghandu interess politiku li jzommhom fil-wicc. Ghalhekk m`inhiex sejjer l-ISTRINA.
Sunday, 23 December 2001
Nghid ghalija
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment