Sunday, 27 January 2002

Bezzul imma kuntent

Il-Kullhadd

Bezzul imma kuntent

Kemm domt Chairman ta` Super One bdejt nifhem dejjem izjed il-kompetizzjoni perikoluza li kienet toffri is-socjeta` Where`s Everybody` to Lou Bondi` u Peppi Azzopardi.

Mhux ghax` il-kompetizzjoni iddejjaqni. Anzi il-kompetizzjoni tistimulani biex naghmel sforz izjed biex nitjieb u ngheleb l-ostakli. Izda ghax bdejt nifhem dejjem izjed li ta` Where`s Everybody kienu offensivi fuq tlett fronti.

L-ewwelnett kienu offensivi ghax dawn dahlu jaghmlu xoghol li suppost jaghmluh in-nies ta` newsroom ta` PBS li huma mhallsin minn flus it-taxxi taghna u li huma obbligati bil-ligi biex imexxu x-xandir pubbliku b`imparzjalita` u b`bilanc. Suppost li nies tax-Xandir ikollhom fibra biex jeghlbu kull pressjoni politika li ssirilhom biex jizbilancjaw ruhhom u jafu li ghandhom il-protezzjoni tal-ligi u tal-unions biex ma jigux diskriminati talli jaghmlu xogholhom kif suppost. Nghid suppost ghax mhux dejjem jigri dan, sfortunatament.

Minflok hafna mix-xoghol ta` gurnalizmu ta` diskussjoni fuq grajjiet kurrenti beda jinghata bla sejha ghall-offerti lil Where`s Everybody waqt li l-gurnalisti tan-newsroom baqghu idawwru subghajhom. Izda din komda ghal gvern. Ta Where`s Everydbody huma ekonomikament dipendenti mill-gvern u x`hin irid il-gvern itemmilhom il-kuntratti.` Ma ghadhomx protezzjoni tal-ligi u ma ghadhomx union taqbez ghalihom u ghalhekk iridu joqghodu attenti biex ma jurtawx il-gvern ghax inkella l-habel jista` jiskappa.

Offensivi izjed ghax Peppi Azzopardi jilghabha ta` socjalist aktar minn Alfred Sant. Jaghti l-impressjoni li filwaqt li Alfred Sant roza, Peppi ahmar skur. Jikteb fit-Torca jiddefendi l-aktar zvantaggati fis-socjeta u ma ttihx mazzita li ma jmurx quddiem ta` kull protesta li ssir b`tema socjali.` Lou Bondi` hu li hu u taf fejn int mieghu izda Peppi le. Allura ta` Where`s Everybody sabu formula li filwaqt li huma ghodda f`idejn il-gvern, jipprezentaw ruhhom bhala formula tal-kimika rari fejn nazzjonalist qawwi u socjalist estrem jahdmu flimkien biex jifdu s-socjeta` maltija mid-divizjoni politika li jipperpetwaw il-laburisti talli ma joqghodux jizfnu labranzetta il-hin kollu mal-gvern.

Offensivi ghax dawn imexxu b`mod fin u sottili l-agenda tal-gvern. Provi, provi jghajjtu sikwit Lou u Peppi. Tajt provi ga u nerga naghti. Ghala Peppi qatt ma ghamel Xarabank fuq l-iskandli tal-gvern l-aktar fuq il-bejgh tal-Mid-Med u fuq il-kaz tad-Daewoo. Biex ghamel tal-La Salle bidel kollox f`24 siegha filwaqt li` ghal dawn qatt ma sab cans.

U issa fil-kaz tal-Housing tal-Lay Lay ghala Bonid+ ghazel li jaghmel aktar emfasi fuq il-process li wassal ghall-iffermar tal-konvenju meta dan kien gie certifikat ga nadif mil-Awditur Generali,` mid-Direttur tal-Kuntratti u mil-Qorti li sabet lil Net TV hati ta` malafama. Ghala ma marx jistaqsi lil Prim Ministru biex jichad jew jikkonferma li qal il-kliem attribwit lilu minn Dr Sant. Ghala lil Marisa Micallef Leyson ma staqsihiex point blank jekk hi qalitx kliem bhal dan lil Prim Ministru u jekk hux minnu li Sciberras Grioli ftahar maghha li hu kien illikja l-istorja tal-Lay Lay qabel l-elezzjoni.

Jien kont f`dan il-programm u ghax mort ippreparat stajt nara lil Law Gonzi jitfixkel u jirrepeti il-gideb li kont diga` kissirtlu ghax ma kellux zbokk minkejja li l-programm kien strutturat biex jghinu jdawwar skandlu tal-Partit Nazzjonalista ghal skandlu tal-Lay Lay. Imma allahares ma tkunx ippreparat ghax l-abjad ipenguh iswed.

Ghax dan l-iskandlu mhux biss jew l-aktar ta` Sciberras Grioli. Dan skandlu tal-Partit Nazzjonalista. Bhal ma` Watergate ma kienx skandlu tal-hallelin li dahlu jghamlu t-tapping izda tal-President Nixon li kompla jahlef li ma jafx` affarijiet li fil-fatt kien jaf sew dwarhom. Ghalhekk l-ebda investigazzjoni m`hi accettabbli jekk ma tkunx gudizzjarja u indipendenti ghax il-gvern ma jistax jinvestiga lilu nnifsu.

U bhalha gurnalist gwapp Bondi kif halla lil Gonzi jghid hmerija li gurnalist jekk jitla jixhed il-qorti jista jigi kostrett jikxef is-sors meta dan huwa protett bil-ligi ta` l-Istampa. Lanqas s`hawn ma tasal l-imparzjalita` ta` Bondi li ma jhallix minn jigdeb fuq il-professjoni tal-gurnalizmu`

Mela tghiduli ghala bezzul. Ghax wara li kont ili sentejn u nofs biex flimkien ma Manwel Cuschieri nikxfu l-maskri ta` Where`s Everybody` Kien propju nhar l-erbgha 23 ta` Jannar 2002 l-ghada li hadt sehem f`Bondi+ u meta formalment spiccajt minn Chairman ta` Super One li l-Partit ha l-pass ghaqli li ma mmorrux izjed fuq programmi ta` Where`s Everybody. Jien bezzul izda bezzul kuntent.

No comments:

Post a Comment