Il-Kullhadd
Malgentina
Meta gvern ikun fi krizi tinduna. Jibda jghid hafna affarijiet li ma jaghmlux sens.` Iwieghed affarijiet li m`humiex fil-kontroll tieghu.
Hudu l-kaz ta` l-Argentina. Jien ili kwazi sena li ktibt l-ewwel artiklu tieghi fejn kont urejt thassib dwar dak li kien ghaddej fl-Argentina.` Kont ghamiltu ghal zewg ragunijiet.` L-ewwel ghax ridt ingib ghall-attenzjoni tal-qarrejja il-gwaj li jidhol fih pajjiz li ma jiehux hsieb jindirizza l-problemi ekonomici u finanzjarju f`waqtu u b`mod determinat. U t-tieni ghax naf li hafna Maltin kienu investew flushom fl-Argentina attirati mill-imghax gholi bla ma kienu imwissija sewwa dwar ir-riskju li kienu qed jiehdu.
Kien hemm min haseb li jien qed nallarma n-nies ghal xi skop iehor. Kien hemm min qal li kont qed nezagera. Iz-zmien li jghaddi ghandu habta jghazel lil min hu serju minn min hu anqas serju. Illum kullhadd jaf x`gara l-Argentina.` Kullhadd jaf kemm hawn investituri Maltin lanqas jafu x`laqathom u fejn ser jibdew jaghtu rashom.
Issa li l-froga tlestiet hargu ir-regulaturi biex iwissu ir-riskju ta` dawn l-investimenti u biex min jidhol ghalihom ikun jaf sew ghal x`hiex diehel. Imma issa kif jghidu fatta la zorba!` Forsi ta` lanqas nitghallmu ghal futur.
Izda harsu lejn l-Argentina u taraw kif igib ruhu gvern fi krizi. Meta kien car li l-problemi finanzjarji ta` l-Argentina tant kibru li kienu harbu mill-kontroll tal-gvern, meta l-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) ta twissija ghal darba, tnejn,` tlieta li ma kienx lest ikompli jislef biex l-Argentina tkompli tberbaq, meta l-banek internazzjonali bdew jirrifjutaw li jaghtu self gdid lill-Argentina, il-Ministru tal-Finanzi Argentin baqa` jinsisti li s-soluzzjoni tal-problemi tal-pajjiz ma kienx li jizvaluta l-peso li kien ilu marbut ghal ghaxar snin b`rata fissa mad-dollaru amerikan, izda li l-gvern ikompli jnaqqas l-ispiza tieghu halli ma jkollux bzonn jissellef.
Spicca biex il-pajjiz intefa f`konfuzjoni meta il-pagi u l-pensjonijiet tnaqqsu b`16%, il-gvern ma bediex jghaddi flus lir-regjuni li minn naha` taghhom ma bdewx ihallsu pagi tal-haddiema,` u l-pajjiz mar f`konfuzjoni socjali shiha. F`dan il-kuntest il-Ministru tal-Finanzi Argentin` baqa` jafda f`teoriji ekonomici dubjiu jsostni` li ma kienx ser jizvaluta il-peso Argentin. Kullhadd jaf li l-problemi socjali tant kibru li l-Ministru tal-Finanzi kellu jirrezenja u mieghu irrezenjaw il-President tal-pajjiz u diversi ohrajn li dahlu minn floku.
Il-President attwali Duharte kellu jiehu il-mizura inevitabbli li jizvaluta il-peso bi 30% u biex ma jgibx ugiegh socjali kbir hafna qed jipprova jahdem b`zewg rati tal-kambju differenti.` Filwaqt li l-intenzjoni hija tajba is-sostenibbilita` ta` arrangament bhal dan huwa dubjuz hafna u nhoss li fl-ahhar biex l-Argentina tiehu r-ruh ikollha, trid u ma tridx,` thalli ir-rata tal-kambju tal-peso f`idejn is-suq biex ma tingidimx mill-ispekulaturi tal-kambju li jibdew jiccalangjaw is-sostenn ta` xi rata ffissata minn qabel.` Dan ikun ta` ugiegh socjali kbir ghall-Argentina izda l-pajjiz gie mdahhal fi problemi kbar li ma jistax johrog minnhom minghajr ugiegh.
U l-isfortuna hija li meta jinqala ghawg ekonomiku bhal dan ibatu l-aktar dawk li ma ghandhom l-ebda hitja.` Il-haddiema u l-pensjonanti li jaraw id-dhul taghhom idub fil-valur rejali tieghu waqt li l-prezzijiet ta` l-oggetti l-aktar essenzjali jgholew mas-smewwiet minhabba l-izvalutazzjoni.` Dan iwassal ghal faqar u tbatija kbira ghal massa filwaqt li dawk fil-klassi socjali ta` fuq ikunu ga hasbu ghal rashom billi investew il-kapitali taghhom barra l-pajjiz jew f`muniti barranin.
Din rejalta` krudila izda inevitabbli biex pajjiz bhal l-Argentina jerga jsir kompettiv u jkun jista jibda jesporta l-produzzjoni tieghu li fl-ahhar mill-ahhar hija is-soluzzjoni vera tal-problemi ekonomici. It-taghlima hija li meta l-problemi jigu traskurati u ma jigux indirizzati fil-pront is-soluzzjoni dejjem tkun izjed kumplikata u izjed difficli.
Issa jekk tapplikaw dan ghal Malta tifhmu kemm il-gvern Malti qed fi krizi. Aktar ma nisma il-Prim Ministru jghid li kollox miexi sew meta naf li r-rejalta hi mod iehor aktar nemmen li l-gvern tilef il-kontroll tas-sitwazzjoni. Aktar ma nisma l-Ministru tal-Finanzi jghid li d-deficit qed jonqos meta l-istatistika ufficjali turi mod iehor aktar nemmen li l-gvern issa beda jemmen il-gideb tieghu stess.` U aktar ma nara l-Ministru tal-Finanzi jaghmel statements fuq affarijiet` li ma ghandux kontroll fuqhom, bhal meta fl-20 ta` Novembru 2001,qal li se jdahhal Lm47 miljun mil-privatizzazzjoni sa l-ahhar tas-sena , aktar nemmen li dawn in-nies qed maqtughin ghal kollox mir-rejalta`.
Dan ikattar il-bzonn ta` bidla urgenti fil-gvern. Aktar ma jdum dan il-gvern aktar se jharbat rizorsi, aktar ser jaghffeg u aktar ser jaghmilha difficli li tinstab soluzzjoni vera li ma tkunx krudila ma min ma ghandux htija. Jekk tassew ghandhom l-interess tal-pajjiz ghal qalbhom dal-gvern missu jaghti nifs gdid lil pajjiz billi jsejjah elezzjoni llum qabel ghada.
Sunday, 20 January 2002
Malgentina
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment