Sunday, 6 January 2002

Il-Generosita tal-Poplu

Il-Kullhadd

Il-Generozita` tal-Poplu

Rega kellna turija ohra f`dan il-Milied tal-generozita` tal-Maltin u l-Ghawdxin li irrispondew bil-kbir ghal sejhiet ta` kontribuzzjoniijiet ghal skopijiet filantropici u ta` karita`. Prosit lil poplu Malti talli qatt ma jonqos li jirrispondi b`qalb kbira u b`imhabba.

Izda` hawn min anke dawn l-affarijiet nobbli fil-jiem ta` paci fil-Milied idawwarhom biex jiehu vantagg politiku jew kummercjali minnhom. U aghar minn hekk jghajjar lil haddiehor b`dak li fis-sewwa jappertjeni lilu.

L-ewwel kellna il-media nazzjonalista li uzaw iz-zieda fl-ghotjiet fi zmien il-Milied bhala turija ta` kemm il-poplu qed ekonomikament f`qaghda finanzjarja tajba u allura kemm hu bravu il-gvern nazzjonalista li tejjeb` tant il-hajja tal-Maltin li dawn setghu` izidu l-ghotjiet taghhom fil-jiem tal-Milied.

Kaz car ta` min ifittiex gwadann politku anke minn affarijiet ta` karita`. Fil-fatt ir-rabta li tezisti bejn il-benesseri ekonomika u l-ghotjiet ta` karita` mhix xi kredu ekonomiku car u indiskutibbli.` Huwa minnu li n-nies biex jaghtu ghal karita irid ikollhom minn fejn u allura huwa argument mhux ta` min iwarrbu li l-ghotjiet ghadhom xi riflessjoni fuq il-benesseri. Izda hemm argument daqstant qawwi li meta l-ekonomija tkun mghaxxa u jidhol il-dubju dwar il-futur, in-nies jonfqu anqas u jgemmghu izjed. Allura f`jiem tal-Milied fejn kullhadd joghla targa `l fuq mil-materjalizmu tas-sena kollha, isibu aktar x`jonfqu u x`jaghtu minn dak li jkunu naqsu li jonfqu matul is-sena minhabba biza ta` ghawg ekonomiku.

Ghalhekk iz-zieda fl-ghotjiet tista f`certi kazi tkun indikattiva ta` progress ekonomiku daqskemm f`certi kazi ohra tosta tkun indikattiva ta` problemi ekonomici. Biex tara liem wahda hija prelavanti tehtieg ricerka. Izda mill-esperjenza diretta tieghi tas-sena kollha nahseb li aktar huwa kaz ta` problemi ekonomici milli ta` zieda fil-benesseri.

Imbaghad kellna lil min juza l-gbir tal-Milied biex` isostni l-image ta` figura nazzjonali li jista` jiddetta l-andament poltiku f`pajjizna. Qed nghid car u tond ghal Where`s Everybody immexiha minn Peppi Azzopardi u Lou Bondi`. Bla ebda dubju il-programm ta` l-Istrina juzawh biex ikabbru il-popolarita` ta` Xarabank. Ma nafx kif jippretendu li jien bhala Chairman ta` Super One u shabi f`Super One nghinuhom biex ikabbru l-popolarita` ta` Xarabank tant li r-rigali ta` l-Istrina` jitqassmu f`Xarabank.

Irid ikollok wiccek ma jisthix biex tippretendi li jien se nqawwi l-avversarji biex imbaghad jibqghu isawwtuni matul is-sena kollha. Kieku Strina iriduha tassew haga nazzjonali kieku kienu jorganizzawha fuq livell nazzjonali fejn idahhlulu l-istazzjonijiet kollha u titmexxa minn espononenti ta` l-istazzjonijiet kollha. Izda Strina hija ntenzjonata biex issostni l-image ta` Where`s Everybody halli mbaghad matul is-sena juzaw il-media ta` l-Istat kontra il-Partit Laburista.

Nerga` nghid dak li ghedt diversi drabi. Jekk Peppi Azzopardi huwa gurnalist bravu u kapaci allura jista jigi mpjegati fin-newsroom ta` TVM u jtella programmi f`isem TVM. Ghax ma jezisti l-ebda stazzjon nazzjonali fid-dinja li ghandu obbligi ta` imparzjalita fin-News li johorgu mill-Kostituzzjoni li jhalli programmi ta` News u Current Affairs f`idejn kuntratturi esterni biex imbgahd ir-rizorsi tan_newsroom jibqghu idawwru subghajhom.` Jahsbu li m`hemmx nies kapaci fin-Newsroom biex itellghu programi ta` Current Affairs` Jew xi hadd jahseb li Lou Bondi` qatt jista jkun imparzjali`

Interessi tal-gvern nazzjonalista jkunu moqdija ahjar jekk il-programmi ta` current affairs ikunu f`idejn nies li jsiru ekonomikament dipendenti fuq il-gvern ghax hadd ma jigdem l-id li titimghu, specjalment jekk, kontra fil-kaz ta` l-impjegati,` il-kuntratt ikun jiggedded minn sena ghal sena.

U x`hemm ahjar milli din it-travestija nlibbsuha bobba sabiha permezz tal-generoizta` tal-Maltin fil-Milied` Ma jiddispjacini xejn li ma ghentx f`din it-travestija u bhala Super One tajna ezempju ta` kif tahden veru fl-interess tal-kawza meta flok organizzajna gbir separat tajna appogg il-gbir ta` l-RTK ghad-Dar tal-Provvidenza. Ghedna il-kawza gusta, l-RTK ilhom jaghmluha , u jonqoshom biss appogg televisziv ta` l-aqwa stazzjon f`Malta. Ghennihom minghajr ma hadna kreditu li mhux taghna.` Mhux bhal ma ghamlu ta` Where`s Everybody li tant ippersonalizzaw il-Kampanja Strina,` li n- Nazzjon harget b`headline li l-President u Peppi huma kuntenti bil-gbir. Jew Peppi se jsir President`

No comments:

Post a Comment