Il-Kullhadd
Hamsin sena
Daqshekk hhandi zmien jien u daqshekk jew izjed ghandhom zmien haddiema li f`dawn il-jiem tilfu l-impjieg u spiccaw bla xoghol wara karriera ta` ghaxriet ta snin ma l-istess principal.
Fost il-hafna monumenti ta` servizzi socjali li bnew matul iz-zmien gvernijiet laburisti jonqos li nindirizzaw il-problema dejjem tikber ta` dawn in-nies.` Gvernijiet nazzjonalisti` issa ilhom fil-poter gha kwazi hmistax il-sena.` Kull ma ghanlu fihom kien li farfru il-monument tas-servizzi socjali li bnew gvernijiet laburisti u wahhlu xi musmar `l hemm jew `l hawn biex issa f`dawn l-ahhar snin, maqbudin fi tnalja tal-krizi finanzjarja li gabu b`idejhom bdew sahansitra jzarmaw dan il-monument. Dan qed jaghmluh` billi jdahhlu l-means test bhal fil-kaz tac-Children`s Allowance.
Lil nies ta` eta medja li jitilfu x-xoghol hemm bzonn min jghinhom. Dawn in-nies qajla ghandhom wisq prospetti li jsibu xoghol gdid li jkun jirrispetta il-personalita` taghhom.. Hafna minnhom ikunu ghamlu karriera ma employer wiehed u l-iskills u snajja` li jkunu akkwistaw inkunu saru skaduti ghat-teknologija tal-lum.` Ikunu ilhom li telqu l-iskola u mhux la kemm wiehed jerga jxettel fihom l-abitudni ta` l-istudju u t-taghlim.
Biex ikollna servizzi socjali effettivi lil dawn in-nies ma nistghux inhalluhom ghal rihom jirregistraw bla wisq propsetti li jsibu xoghol dinjituz. Hemm bzonn ta` skemi serji biex lil dawn in-nies l-ewwel net nipproteguhom fl-impjieg taghhom u tieni nett jekk verament ikun inevitabbli li jitilfu l-impjieg dawn jigu abbinati immedjatament ma skemi ta` tahrig waqt li jkollhom il-paga prizervata sa ma jigu offruti impjieg alternattiv. U biex dan l-impjieg alternattiv jinqala ma jdumx hemm bzonn skemi ta` incentiv biex l-employers privati jaghtu preferenza li dawn in-nies li inkella qajla ser ikollhom cans li jsibu xoghol.
Ma nistghux nibqghu bis-sistema li min jahdem mal-gvern mohhu mistireh ghal dejem ta` dejjem li jaghmel x`jaghmel l-impjieg tieghu huwa protett u minn jahdem mas-settur privat jghix bil-biza li jsir redundant u ma jsibx xoghol iehor ghax ma jkunx zamm ruhu aggornat mat-tahrig u mat-teknologija.
Hemm bzonn ta` kompromessi biex il-haddiema jigu trattati l-istess bi protezzjoni xierqa kontra redundancies u mhux semplici 8 gimghat notice u titlaq il-barra bhal ma jigri fis-settur privat,`
Izda fuq kollox hemm bzonn li nrendu ekonomija vibranti li tkun qed tikber b`rata sostenuta` u li tkun qed tohloq impjiegi b`rata aktar mghaggla minn dawk li qed jintilfu. Dan` biex veramanet filwaqt li tikber il-mobilita` u l-flessibilita` fis-suq tax-xoghol, minn naha l-ohra minn ikollu l-isfortuna li jitlef il-job ikun jista` bla wisq dewmien u bla favuri ta` hadd isib impjieg dinjituz li jzomm jekk mhux itejjeb il-livell ta` ghixien tal-haddiem.
Qatt ma nistgu nighidu li s-servizzi socjali taghna huma inkluzivi bizzijjed u ma hemmx izjed xi jsir. Fadal u fadal hafna izda dawn ikunu sostenibbli biss jekk nergghu nirxuxtaw l-ekonomija mil- dlam li waqghet fih.
Sunday, 13 January 2002
Hamsin sena
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment