Sunday, 10 March 2002

Il-battalja ghal Haz-Zebbug

Il-Kullhadd

Il-battalja ghal Haz-Zebbug

Meta taqraw dan il-Hadd fil-ghodu tkunu ga tafu r-rizultat ta` l-elezzjoni tal-kunsilli lokali. Meta qed nikteb dan jien ma nafux u ghalhekk ma nistax nikkumenta fuq li gara izda fuq li messu jigri.

Il-Partit Laburista tella` kampanja qawwija fejn zamm l-objettv car li dawn huma elezzjonijiet lokali u jkun xi xjkun ir-rizultat ma ghandux ghalfejn jiddetermina, lanqas b`mod indikattiv x`ghandu jkun ir-rizultat ta` l-elezzjoni generali meta din issir daqs sentejn ohra jew anqas.

Li hu zgur huwa li l-Partit Laburista deher superjuri ghall-ahhar fuq il-Partit Nazzjonalita f`din il-kampanja. L-ewwelnett il-Partit Laburista kellu x`juri filwaqt li n-nazzjonalisti kellhom x`jahbu.` `Il-performance tal-kunsilli laburisti li resqu mill-gdid ghall-approvazzjoni ta` l-elettorat kienet` konsistentement tisboq bil-kif lil dik ta` kunsilli nazzjonalisti.

Kien ghalhekk li in-nazzjonalisti ppruvaw jizvijaw bil-bicca tal-gandotti ta` Haz-Zebbug fit-tradizzjoni tas-suppost skandlu tal-Laj Laj fl-ahhar elezzjoni generali. Izda `l bicca splodiet f`wicchom hekk kif il-Partit Laburista kixef min tassew jaghmel l-affarijiet minn wara dahar il-poplu.` Meta wera bil-fatti kif San Michel Bonnici tant ihobb l-ambjent li kkapparra ghalih propjeta` pubblika u bghat il-kont tal-benefikati` biex jithallas mil-gvern.

U wara li tghidx kemm hawwad meta l-gurnalist Charlon Gouder ta` One News beda jgibu dahru mal-hajt. Imbaghad wara li qala tbezbiza, beda jobdi l-istruzzjonijiet tal-media spinner tal-PN, is-segretarju generali Joe Saliba,` li kellu jirrispondi biss bil-kantaliena li lil ta` Super One ma jafdahomx.

Hu ghandu ragun ghax ta` Super One gabuh dahru mal-hajt u hargulu l-gharaq u allura ma jistax jafdahom ghax jikxfulu ghawaru.

Saliba u Bonnici t-tnejn Zebbugin u ghalhekk din l-attenzjoni kollha fuq Haz-Zebbug.` Fuq kollox Saliba mela l-vojt li halla Fenech Adami li jidher li ma ghadu jinteressah xejn hlief l-aspett internazzjonali tal-poltika. Dan il-vojt suppost imlieh Gonzi izda dan deher dghajjef ghall-ahhar u kellu jirfdu Saliba filwaqt li Dalli qaghad fil-genb joghrok idejh jittama f`xi disfatta ghal Saliba u Gonzi.

Jien perswaz li f`Haz-Zebbug` ser johrog sinjal qawwi dwar xi jrid jaghzel il-poplu Malti ghal futur tieghu. Ser jaghzel lil min iwieghed fil-vojt, joghmod id-diskors, jaghmel l-affarijiet minn wara dahar il-poplu u jtellef lil min verament qed jahdem biex igib il-pajjiz `l quddiem` Jew irid jafda lil min jemmen fis-sustanza u mhux fil-paroli u li tassew jahdem fl-interess tal-poplu.

In-nazzjonalisti ghandhom raguni ghaliex jiffokaw fuq Haz-Zebbug. Dan il-lokal dejjem kien rapprezentattiv dwar kif qed jahseb il-pajjiz u rari xi hadd li tilef Haz-Zebbug rebah l-elezzjoni. Ghall-elezzjoni li gejja fuq Haz-Zebbug il-Partit Laburista ghandu formazzjoni qawwija.` Biss biss hemm jien u l-Professur Zammit li se nziedu mal-qawwa tat-tim ezistenti u niccalengjaw lin-nazzjonalisti fil-voti ta` min mhux lest jafdahom izjed u lest jafda lil Partit Laburista imsahhah kif inhu bil-prezenza ta` ucuh li ghalkemm godda huma maghrufa u rispettati fil-professjoni rispettiva taghhom.

Ghalhekk qed jinkwetahom Haz-Zebbug lin-nazzjonalisti. Mhux jinkwetahom daqstant ghall-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali ghalkemm qed jaghmlu minn kollox biex anke jekk jitilfu kullimkien jergghu jiksbu Haz-Zebbug. Qed jinkwetahom ghall-elezzjoni generali.

Fl-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali ghad hemm hafna nies , l-aktar Laburisti, li ma jmorrux jivvutaw .` U huma dawn in-nies li johrogu jivvutaw fl-elezzjoni generali li mbaghad jiddeciedu `l hawn jew `l hemm.

Ghalhekk ikun x`ukun ir-rizultat ta` l-elezzjoni lokali ta` Haz-Zebbug tistghu tibqghu certi li l-battalja vera f`dan il-lokal ser tkun fl-elezzjoni generali.` Inlestu ghaliha!

No comments:

Post a Comment