Sunday, 3 March 2002

Il-latrina ta` Kastilja

Il-Kullhadd

Il-Latrina` ta` Kastilja

Donnu li l-Prim Ministru Spanjol` Aznar kellu xewqa li juza t-toilet ta` Kastilja. Gie fuq vizita ufficjali ta`ftit sieghat.

Baqa` sejjer dritt dritt Kastilja. Laqgha mal-Prim Ministru, konferenza stampa, mixja sal-Barrakka ta` fuq u dritt dritt lura ghal ajruport.

Issa wiehed jifhem li l-Berga ta` Kastilja kienet il-headquarters tal-lingwa Spanjola tal-Kavalieri ta` Malta. U allura Prim Ministru Spanjol ikollu certu nostalgija biex izurha.

Izda ma nistax nifhem x`valur jista jkun fiha zjara bhal din bla ma jsiru laqghat mas-setturi kollha tas-socjeta` Maltija. Lill-Prim Ministru Aznar lanqas tawh` cans jiehu mistoqsija minn ghand gurnalisti ta` One News waqt il-konferenza stampa.

Din il-bicca li hafna barranin li lanqas biss ghandhom ideja tar-rejaltajiet ta` Malta jigu fostna u jippontifikaw dwar x`ghandha jew x`ma ghandiex taghmel Malta issa saret iddarras. Saret iddarras daqs il-viziti wisq frekwenti tal-vapuri tal-gwerra fil-portijiet taghna li donnhom regghu saru parti mis-snin sittin. Differenza biss li l-mecca tan-nies tal-militar li jinzlu l-art issa saret Paceville u mhux il-Belt Valletta.

Nahseb li wasal iz-zmien li nidhlu dahla fina nfusna u naraw x`irridu minn dal-pajjiz ghaziz taghna. Irriduh li jerga` jsir kolonja u f`pajjizna ma nkunu nikkmandaw xejn u nergghu nigu ekonomikament dipendenti fuq l-infiq militari u fuq il-valur militari tal-gzejjer taghna` Irridu nippreguikaw il-helsien li taparsi ser niccelebraw fl-ahhar ta dan ix-xahar ta` Marzu`

Jew ahna kburin li ahna stat sovran, hieles, kommess li ma jintuzax ghal skop militari li jista` jurta il-girien ta` taht daqs ta` fuq, tal-genb tal-lemin daqs tal-genb tax-xellug` Jew il-letargija tal-konsumizmu herriet ghal kollox l-ispirtu tar-ruh Maltija li mhix qed tehodha bi kbira li qed tizzerzaq helu helu biex terga` tibda tghix mil-prostituzzjoni militari ta` pajjizna.

Tajjeb li dan l-argument qed naqilghu illum fil-bidu tal-konvenzjoni Ewropeja dwar il-futur ta` l-Ewropa. Konferenza li ghandha taghti timbru ghal dak li jridu jiddeciedu il-pajjizi prezenti ta` l-UE biex jibdlulha il-mod kif tahdem kmieni fl-2004 qabel ma jsir it-tkabbir li jmiss.

Il-Partit Laburista jemmen fis-shih fl-ghaqda Ewropeja.` Jemmen li l-kontinent Ewropew ghandu jilqa lil pajjizi tal-lvant bhala membri ugwali biex tinqata darba ghal dejjem id-diskripenza ekonomika li tezisti bejn il-lvant u l-punent.

Izda ma jhossx li huwa fl-interess ta` Malta li tikkommetti ruhha b`mod inkundizzjonat ghal shubija taht ir-regoli prezenti li huma maghrufa,` jew taht regoli li ghad jinbidlu u ghalhekk mhux maghrufa.

Il-Partit Laburista jemmen li kull relazzjoni ma l-Unjoni Ewropeja trid tkun suggetta ghal zewg kundizzjonijiet induskutibbli. `L-ewwel li Malta tibqa` newtrali u li ma jsir l-ebda uzu militari minn artna u Malta ma tippartecipax f`xi pjan ta difiza u politka barranija komuni.` Ovvjament Malta tiggarintixi li t-territorju taghha qatt ma jintuza kontra l-interessi ta`l-Ewropa.

U t-tieni huwa li t-tibdil ekonomiku mehtieg isir ghat-temp taghna, temp li ma jkissirx il-fibra socjali, li jirrispetta d-dinjita` tal-haddiema Maltin u li jkabbar ix-xoghol u l-gid.

Leljiet konvenzjoni kbira li twassal ghal tibdil fil-mekkanizmi ta` l-UE u sahansitra possibilment ghal kostituzzjoni ta` l-UE,` Malta tizbalja jekk tidhol ghal shubija b`mod inkundizzjonat.`

Issa zmien li nghatu prijorita` biex nirrangaw l-ekonomija u nsewwu l-hsara ta 15 il-sena li herrew ir-ruh tas-socjeta` Maltija bl-irresponsabbilita` ta` money no problem. Irresponsabbilita` tal-kultura vizzjuza` li ma hemmx ghalfejn tahdem biex taqlaghha.

Fuq l-UE niddeciedu meta l-fatti ta` kif ser tahdem ikunu maghrufa u nkunu nistghu niggudikaw kemm il-kundizzjonijiet indiskutibbli li semmejt jistghu verament isehhu.

Sadanittant Kastilja ma ghandix tibqa sservi bhala latrina ghal min jigi jzurna qisu qabdu xoghlu waqt li kien ghaddej, isserva u kompla fi triqtu.` Malta jixirqilha ahjar!

No comments:

Post a Comment