Sunday, 31 March 2002

Qawmien

Il-Kullhadd



Illum l-Ghid il-Kbir , jum il-Qawmien. Jum meta l-hajja tirbah fuq il-mewt hekk kif ir-rebbiegha taghti hajja gdida fl-ambjent ta` madwarna wara d-dlam tax-xitwa.

`Meta l-poplu Malti qam u qal li minn issa `l quddiem ahna l-Maltin rajna f`idejna`

`Illum l-Ghid il-Kbir jahbat ma jum ta` qawmien iehor. Ghalhekk huwa jum ta` qawmien doppju. Jahbat il-31 ta` Marzu li jifakkar il-jum meta il-poplu Malti qam mir-rassenjazzjoni ta` sekli shah li jista biss jghix bhala seftur f`pajjizu fejn baqa` jikkmanda l-barrani.` Meta l-poplu Malti qam u qal li minn issa `l quddiem ahna l-Maltin rajna f`idejna.

Jahbat ukoll il-bidu tal-hin tas-sajf fejn il-gurnata titwal u l-lejl jickien.

U dawn huma tlett hsibijiet li jispiraw lili biex inkompli nahdem ghal gid tal-pajjiz fi hdan il-partit laburista.

Ghax il-partit laburista biss jista jwassal lil dal-pajjiz ghal qawmien gdid mir-rovina li gabuh fiha dawn li ilhom jiffoxnaw 15 il-sena u li hlief jonfqu ma kienux kapaci, tant li wasslu lil pajjizna f`xifer falliment. Tant li d-dizastru ekonomiku li riesaq lejna jaf jhedded il-helsien u dritt li nibqghu rajna f`idejna.

`jekk inzommu rajna f;idejna ahna kapaci naghtu lil dan il-pajjiz it-tmexxija serja, dinamika u krejattiva li ghandu bzonn biex jerga jaqbad it-triq tal-progress`

`Qawmien mir-rovina ekonomika li qeghdin fiha fejn hadd ma jhallas lil hadd hlief lil gvern li bhal estorsjonist sar jitfa` rati ta` l-imghax qawwija` ghal kull min jizgarra xi naqra. Fejn il-gvern il-flus li jiehu mill-idejn juzhom biex jismen u jonfoq izjed u mhux biex tassew jinvesti u jimbotta l-ekonomija `l quddiem.

Qawmien mil-marda morali li waqajna fiha , fejn donnu xejn m;hu xejn u kollox sar jghaddi. Fejn is-solidarjeta` ma ghadiex tizisti fil-prattika u qed inhallu jikber faqar gdid filwaqt li min harbat u gerfex qed jithalla liberu biex ikompli jhawwad u jgerfex.

U qawmien fir-rieda li nghozzu il-helsien taghna u li jekk inzommu rajna f;idejna ahna kapaci naghtu lil dan il-pajjiz it-tmexxija serja, dinamika u krejattiva li ghandu bzonn biex jerga jaqbad it-triq tal-progress, tal-gid u ta` l-armonija socjali fejn kull min jiflah jahdem u minn ma jiflahx jigi mghejjun u mghallem.

U dan l-ahhar nibet qawmien iehor. Qawmien fost iz-zghzagh universitarji li permezz ta; l-ghaqda PULSE, li waqqaf` ibni Silvan flimkien ma ohrajn, iz-zghazagh ta` twemmin xellugi fl-universita ma ghadhomx jisthu jghidu li huma jemmnu fis-socjualizmu demokratiku u lesti jifthu it-twieqi mmuffati ta` l-universita ha jidhol hemm ukoll il-progress u l-liberalizmu.

`Il-gid johrog biss mix-xoghol u l-efficjenza u niftakru u nfakkru li r-reppbulika taghna mibnija fuq id-dritt u dmir sagrosant tax-xoghol`

40% taz-zghzagh li vvutaw fl-universita qalu li jridu arja gdida.` Fadal biex niksbu l-maggoranza izda din qed tinbena.` Huwa ferm sodisfacenti li meta nzur id-djar tal-haddiema f`Rahal Gdid , Hal-Tarxien u l-Marsa niltaqa` ma zghazagh studenti li qeghdin l-universita` jew il-junior college. U niftakar kemm fi zmieni kien kwazi impossibli li ulied il-haddiema jibbenefikaw minn studji universatiraji u kellna nistudjaw separatament ghal rasna wara x-xoghol.

Hemm qawmien gdid fost iz-zghzagh li huwa ta` awgurju tajjeb. Hekk kif fl-Ghid il-Kbir in-nisrani johrog rebbieh fuq il-mewt il-Partit Laburista bil-ghaqal u bix-xoghol ser jinjetta entuzjazmu gdid biex fit-tests elettorali li gejjin il-Maltin tassew jivvotaw ghal gid ta; pajjizhom u ta` wkiedhom u wlied uliedhom. Biex ma jibqghux jibilghu il-weghdi ta` min iridna nemmnu li mill-ghaks u l-paroli jista johrog il-gid. Il-gid johrog biss mix-xoghol u l-efficjenza u niftakru u nfakkru li r-reppbulika taghna mibnija fuq id-dritt u dmir sagrosant tax-xoghol.

L-Ghid it-tajjeb lilkom ilkoll.





No comments:

Post a Comment