Il-Kullhadd
Waqt li Malta ghaddejja minn krizi f`kull aspett tal-hajja, il-gvern iridna nitkellmu u naljenaw ruhna biss fuq l-Unjoni Ewropeja.
Hekk jaqbillu l-gvern.` Ghax jekk nitkellmu fuq il-problemi li qed jifnu l-pajjiz` il-gvern jidher gharwien. Mentri jekk nitkellmu fuq l-Unjoni Ewropeja il-gvern jipprova jevita gudizzju fuq il-krizi li wassalna fiha u minflok nitkellmu fuq il-futur li kullhadd jista` joholmu kif jidhirlu.
`Ghax jekk nitkellmu fuq il-problemi li qed jifnu l-pajjiz` il-gvern jidher gharwien` Filwaqt li nitkellmu fuq kif il-Partit Laburista jara li ghandhom ikunu l-ahjar relazzjonijiet ta` pajjizna ma l-Unjoni Ewropeja, addattati ghar-rejaltajiet taghna u bla ma nitilfu xejn mil-ftit li ghandna, irridu nitkellmu wkoll fuq l-affarijiet l-ohra li kuljum qed jifnu il-hajja ta` tant u tant maltin u ghawdxin.
Mela irridu ntambru li mhux minnu li l-gvern qed isolvi il-problemi finanzjarji tieghu.` Minkejja li ghasarna fuq li ghasarna bit-taxxi f`dawn l-ahhar erba snin, il-flus mit-taxxi ma marrux biex inaqqsu d-deficit izda biex tigi ffinanzjata nefqa dejjem tikber bla kontroll.
Meta il-Ministru Dalli minn hawn u ftit` gimghat ohra iressaq il-budget u jghid li lahaq il-miri tal-budget ta` din is-sena ikun qed jinsulta lill-verita`. Ghax mad-deficit li jiddikjara l-gvern ikun irid jizdied Lm21 miljun mill-privatizzazzjoni tal-MIA. Dawn gew mehuda bhala dhul ordinarju meta fil-fatt huma dhul straordinarju ta` darba li ma jirrepetix ruhu u ghalhekk m`ghandhomx jitnaqqsu mid-deficit izda ghandhom jittiehdu bhala finanzjament tad-deficit. `Meta il-Ministru Dalli minn hawn u ftit` gimghat ohra iressaq il-budget u jghid li lahaq il-miri tal-budget ta` din is-sena ikun qed jinsulta lill-verita
Ma dan irid jizdied ukoll mill-anqas Lm15 il-miljun ohra. Dan huwa infiq li qed taghmel il-Fondazzjoni ghall-Iskejjel t`Ghada li qed tissellef dawn il-flus mil-banek kontra il-garanzija tal-gvern.` Dan huwa loghob bil-bzallu.` Il-bini ta` l-iskejjel huwa spiza socjali tal-gvern. Il-gvern ma jkollu l-ebda introjtu mill-iskejjel ghax f`pajjizna ix-xibka socjali li bena gvern laburista twassal biex l-edukazzjoni pubblika hija b`xejn.
Zgur li ma hemm l-ebda gustifikazzjoni ghala spiza bhal din ghandha tigi ffinanzjata barra l-budget tal-gvern centrali. Qed tigi ffinanzjata mil-banek kontra l-garanzija tal-gvern sempliciment biex id-deficit tal-gvern jidher baxx meta fil-fatt dan ghadu` qed jizdied. Ghajb ghal min qed jaghmel dawn l-istrutturi fittizji.` Ghajb ghal banek li qed jikkoperaw biex issir din il-hadma. Ghajb ghar-regolaturi monetarji u bankarji li jafu b`dan kollu u jhallu kollox ghaddej qisu m`hu xejn.` Mhux bizzejjed ghal gvernatur tal-bank centrali li jaghmel priedki biex il-gvern u l-oppozizzjoni jpoggu fuq mejda u jilhqu ftehim fuq kemm huma sostenibbli s-servizzi socjali.
Halli dan isir jekk ikun hemm rieda tajba, izda qabel il-gvernatur irid jaghmel xoghlu u johrog pubblikament jikkundanna strutturi fittizji bhal dawn. `L-Ewropa mhux kollox. Ma nhalluhiex tkun aljenazzjoni.`
Irridu nibqghu nitkellmu fuq il-krizi ambjentali. Kif il-muntanja tal-Maghtab ghadha hemm u qed tikber.` Kif il-Power Station tal-Marsa ghada qed tniggez l-arja li nibilghu man-nifs. Hemm bzonn li dan il-pajjiz ma jibqax jaccetta kollox.` Hemm bzonn li jqum fuq tieghu u jibda` l-ewwel johlom dwar dak li huwa ambjentalment mixtieq u mbaghad jahdem biex holm bhal dan iwettqu rejalta.
Jien meta nghaddi mil-coast road nohlom li flok munatnja ta` skart hemm qed nara zvilupp ippjanat b`mod ambjentalment sabih b`hafna spazji miftuha` u bil-kosta mibdula b`mod biex il-familji Maltim jistghu igawdu il-bahar u jaghmlu barbecues b`mod ordnat u kontrollat fejn kullhadd jiehu pajcir u jnaddaf biex ta`warajh ikunu jistghu jiehdu pjacir ukoll.
Nohlom li flok il-power station tal-Marsa nara il-financial district ta` Malta fejn zvilupp ta` ufficini moderni u gonna li jsebbhu l-ambjent, jakkomodaw banek internazzjonali li jigu fostna biex irendu l-pajjizna bhal centru finanzjarju internazzjonali ghall-Ewropa u l-Mediterran hekk kif Singapore huwa centru finanzjarju fl-Asja.
Jehtieg nitkellmu fuq il-krizi socjali u morali ta` pajjizna.` Fejn l-gholi tal-hajja qed jifni lill-pensjonanti taghna li ma jlahqux ma l-ispejjez ta` l-ikel u l-medici.` Li ma jsibux mis-servizzi tas-sahha pubblici il-medicini li intitolati ghalihom b`xejn u minflok ikollhom juzaw il-flus tal-hajja biex jixtru medicini li dejjem joghlew.
Nitkellmu fuq kif is-socjeta` taghna sirna li hadd ma jista` jafda lill hadd. Hadd ma jaf jekk hux ser jithallas tax-xoghol li jaghmel.` Hadd ma` hu perzwaz li l-istrutturi tal-pajjiz intenjonati biex jaghtu sens ta` gustizzja u li jippotegu lill-individwu mis-sahha tal-flus u tal-istat hux tassew effettivi. Kull min jitlef kawza l-qorti jiddubita jekk il-verdett hux gust jew giex inkwinat minn forzi tal-flus. Min imur ghand l-Ombudsman jiddibuta kemm dan se jiddefendih kif suppost wara li l-gvern wera disprezz tant evidenti ghar-rwol ta` l-Ombudsman. M`inhiex nghid li dan huwa hekk.` Qed nghid li la dahal id-dubju iridu jghaddu s-snin biex innaddfuh.
Fuq dawn jehtieg inkomplu nitkellmu. L-Ewropa mhux kollox. Ma nhalluhiex tkun aljenazzjoni.
Sunday, 27 October 2002
Aljenazzjoni
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment