Sunday 20 October 2002

Newtralita

Il-Kullhadd



Qed terga` tqum il-kwistjoni jekk il-Kostituzzjoni ta` Malta, fejn hemm provdut li Malta hija pajjiz newtrali u non-allinjat li jahdem attivament ghal paci, hix konformi ma shubija shiha fl-UE fejn Malta trid tifforma parti mil-politika komuni dwar Foreign Affairs u Security (CSFP).

Ta` min ifakkar x`intqal b`mod ufficjali dwar din il-haga kemm mill-UE kif ukoll mill-gvern Malti.

`Fil 11 ta` Settembru ta` l-1992 il-gvern Malti kiteb hekk lill-UE:

1993 AVIS it might be necessary to amend the Constitution if Malta is to participate fully in that policy as it develops over the next few years. Any such amendment requires a two-thirds majority in parliament` The Maltese Government believes it to be in Malta`s interest to subscribe to the European Union`s foreign policy, including the eventual framing of a common defence policy which might lead in time to a common defence.`

Fi kliem semplici il-gvern Malti qal li jikkunsidra li huwa fl-interess ta` Malta li jabbanduna in-newtralita` u jaghmel poltika komuni barranija ma l-UE anke f`dik li hija difiza u mhux biss fis-sigurta` u affarijiet barranin.

Fir-risposta taghha fl-Avis ta` l-1993 l-UE qalet hekk:

`..(this) does not alter the fact that it might be necessary to amend the Constitution if Malta is to participate fully in that policy as it develops over the next few years. Any such amendment requires a two-thirds majority in parliament. The principle of neutrality and of Malta`s non-aligned status set out in the Constitution raises the problem of their compatibility with Title V of the Maastricht Treaty` and could lead to difficulties in the area of `joint action` and future co-operation on defence.`

1999 AVIS `The first article of the Constitution confirms Malta`s adherence to a policy of non-alignment and refusal to participate in any military alliance. A two-thirds majority would be required to change the Constitution.` Fit-tieni Avis ta` Frar ta` l-1999 l-UE kellha dan xi tghid fuq l-istess suggett:

Malta remains a neutral country with its strict neutrality provisions anchored in the Constitution. The first article of the Constitution confirms Malta`s adherence to a policy of non-alignment and refusal to participate in any military alliance. A two-thirds majority would be required to change the Constitution.

Although the government has stated its intention to support the objectives of the CFSP, the principle of neutrality and non-alignment set out in the Maltese Constitution could lead to difficulties in future CFSP arrangements of the Union.

Ma nahsibx li hemm wisq x`targumenta.` L-UE qalet lil-gvern Malti li biex jippartecipa fil-CFSP irid jibdel il-kostituzzjoni u jnehhi n-newtralita u non-alinjament .

Izda gara li minn dak in nhar `l hawn ma ntqal xejn izjed fuq din il-haga.` `Il-Gvern Malti baqa ghaddej u accetta il-provvedimenti kollha ta` Kapitlu 27 dwar is-CSFP u ma talab l-ebda deroga jew perjodu tranzitorju.

Izda issa Alla jbierek kullhadd donnu li bidel fehmtu u qed jghidu li n-newtralita` mhux problema. Qed jghidu li pajjizna jista` jibqa` newtrali` u non-allinjat u fl-istess hin jiehu sehem fil-poltika komuni tas-CSFP u anke jippartecipa fl-arrangamenti tad-difiza komuni.

L-ahhar rapport li hareg dwar Malta fil-fatt kellu dan xi jghid: `Ma gara xejn mill-1999 `l hawn li ghandu jbiddel l-opinjoni ta` l-UE dwar htiega ta` bdil fil-Kostituzzjoni.` Il-Kostituzzjoni ghada dik li kienet.`

`Malta has confirmed its preparedness to contribute . . to the EU Rapid Intervention Force missions (Maltese forces will be integrated into the Italian contingent).` Since last year the Ministry of Foreign Affairs has instituted the posts of interlocutors for the Policy and Security Policy and the EU Military Committee. A Liaison Officer to the EU Military Committee has been appointed.`

Fil-prattika qisu n-newtralita` ta` Malta ga spiccat.` Filwaqt li bid-diskors nghidu li n-newtralita` ta` Malta tista tibqa`, fir-rejalta` igibu ruhhom qisu n-newtralita` m`ghadiex fil-kotituzzjoni. Jippretendu lijaqbzu l-bahar bil-hwejjeg bla ma jixxarbu.

Ma gara xejn mill-1999 `l hawn li ghandu jbiddel l-opinjoni ta` l-UE dwar htiega ta` bdil fil-Kostituzzjoni.` Il-Kostituzzjoni ghada dik li kienet. L-UE qed torbot lil membri taghha kollha li jkollhom Politka Barranija u ta` Sigurta` komuni u qed thalli biss` opt-outs f`dak li ghandu jaqsam mal-politka komuni ta` difiza.` Il-gvern Malti qal li kien ghalih jippartecipa anke fil-politka komuni ta` difiza u fil-fatt qed jibghat suldati Maltin fl-armata ta` l-UE taht il-bandiera taljana.

In-nazzjonalisti n-newtralita ramweha fil-landa taz-zibel.` Irridu nkunu ahna, gvern laburista gdid, li nigbruha, innadfuha, nippregjawha u nuzawha biex naqilghu x`nieklu minnha flok biex inservu l-barranin u niggieldu l-gwerer ta` haddiehor.

No comments:

Post a Comment