Il-Kullhadd
Qed noqorbu lejn zmien il-hsad. Dal-gvern li issa dahal fl-ahhar sena tieghu dalwaqt ser jidher quddiem il-poplu malti biex jaghmel il-kontijiet mieghu.
Dan ma kienx gvern bhal gvernijiet `l ohra.` Kien gvern li ha l-poter qabel iz-zmien frott ta` hidma djabolika biex mandat elettorali li l-poplu kien ta lil-partit laburista fl-1996 intemm hesrem wara biss 22 xahar.
`Il-poplu jaf li l-problema tal-hofra finanzjarja xejn ma kienet hrafa.` Dan kien gvern li kiseb il-poter bi premessi foloz. L-ewwel premessa kienet li mhux veru li pajjizna kellu l-hofra finanzjarja li Alfred Sant kien tkellem fuqha matul it-22 xahar li dan Prim Ministru. It-tieni premessa kienet li hekk kif Malta tkompli bil-progett ta` ghaqda shiha fl-Unjoni Ewropeja nibdew nibbenefikaw minn madwar mitt miljun kull sena biex inkomplu l-festa ta` xalar li kien beda l-partit nazzjonalista fil-gvern li wasslet biex il-pajjiz imtela` bid-dejn.
Il-poplu emmen lin-nazzjonalisti. Hija fin-natura tal-bniedem li dejjem lest jisma` izjed lil min igiblu ahbarijiet sbieh` milli minn ikellmu fuq il-problemi, anke jekk dawn ikunu rejalta` sagrosanta.
Illum il-poplu jaf min kellu ragun.` U jaf dan a spejjez tieghu stess. Il-poplu jaf li l-problema tal-hofra finanzjarja xejn ma kienet hrafa.` Kienet u ghada rejlata` qarsa, frott it-tmexxija hazina ta` Fenech Adami li mil-poltika ta` flus mhux problema wassal lil pajjiz ghal xifer falliment, mimli sa xfar ghajnejh bid-dejn u li jkollu jbiegh it-tezori tieghu fi privatizzazzjoni bla sens biex ilahhaq ma interessi fuq id-dejn ta` madwar sebghin miljun kull sena.
Il-poplu jaf kemm zdiedu t-taxxi f`dawn l-erba snin specjalment fuq iz-zghir u fuq il-klassi medja biex il-gvern ilahhaq ma` l-infiq tieghu bla ma qed isolvi il-problema tal-hofra tal-pajjiz li ghada hemm u qed terga` tikber. `Fi zmien il-hsad il-poplu zgur ser jiftakar li mhux talli ma gewx mitt miljun mill-UE halli nkomplu x-xalata talli dawn il-mitt miljun illum qed inhallsu d-doppju taghhom f`taxxi lil gvern li issa qed maghsur idur ghal denbu ha jara min fejn ser jaqta l-ispejjez ghax ma jistax ilahhaq`
Il-poplu jaf kif b`mod selvagg il-gvern qed inaqqas il-beneficcji socjali.` Kif ic-Children`s Allowance kwazi ma ghadix tezisti. Kif pensjonanti qed ikollhom ihallsu lura mil-pensjoni mizera taghhom sa lanqas centezmu ta` xi beneficcji li kienu hadu zejda fis-snin ta`qabel. Dan waqt li jinhafru b`mod ufficjali taxxi ta` min suppost hallas u baqa` xalata. Kif il-pensjonanti intitolati ghal medicini b`xejn mhux isibuhom mill-isptar u minflok qed ikollhom juzaw il-pensjoni biex jixtruhom privatament u b`hekk jonqsulhom il-flus biex ilhaqqu mal-hajja li dejjem toghla.
Fi zmien il-hsad il-poplu zgur ser jiftakar li mhux talli ma gewx mitt miljun mill-UE halli nkomplu x-xalata talli dawn il-mitt miljun illum qed inhallsu d-doppju taghhom f`taxxi lil gvern li issa qed maghsur idur ghal denbu ha jara min fejn ser jaqta l-ispejjez ghax ma jistax ilahhaq. Min kien ghajjar lill-gvern laburista ghax naqqas l-overtime fil-pulizja illum gie kostrett li dan l-overtime itajjru ghal kollox.
Il-gvern nazzjonalista rabat il-futur tieghu kollu ma l-progett ta` ghaqda shiha fl-Unjoni Ewropeja.` Ma nghidiliex shubija ghax bhal membru shih fl-UE Malta ma tkunx shab izda tkun haga wahda maghha.` Issa l-gvern irid li l-poplu jbierek dan il-progett.` Izda ser ikollu jersaq quddiem il-poplu u jammetti li l-weghdi tal-flus jaqghu bhal manna mis-sema ta` l-UE kienu kollha weghdi fierha.` Li flus m`hemmx u mhux se jkun hemm u jekk ma nohorgux flus mil-but bejn wiehed w` iehor nigu taghna f`taghna.
U l-popu ser jistaqsi: mela ghalfejn dawk il-weghdi kollha li saru qabel. Ghalfejn mela din l-ghaggla biex nidhlu la r-raguni li jekk ma nidhlux issa ma niehdux il-miljuni, din issa sfumat fix-xejn. Il-poplu jistaqsi: ghala ma naghtux cans lil Partit Laburista biex issa jmiss lilu jipprova li tassew tezisti triq ohra u mbaghad wara jkun jista jaghzel liema miz-zewg toroq tassew hija l-ahjar ghal pajjizna. `Fi zmien il-hsad il-poplu Malti jehtieg jemmen fih innifsu.` Jehtieg jemmen li tassew hemm triq ohra. `
Ghal dan in-nazzjonalisti ser jifthu bumbardament li mhux tassew tezisti triq ohra. Ser jghidu u ser igibu lil min jghid li it-triq laburista ta` partnership,` shubija li ma taghmilnix haga wahda indistingwibbli mill-UE,` izda li permezz taghha nikkoperaw bil-qawwi` ma xulxin,` hija holma irrejali li ma tistax titwettaq.
L-argument taghhom ser ikun li iebsa kemm hi iebsa it-triq tan-nazzjonalisti,` il-poplu malti ma ghandux ghazla hlief li jaghti lura dak kollu li kiseb mill-indipendza `l hawn u jerga` jsir ma jikkmanda xejn f`pajjizna.
Fi zmien il-hsad il-poplu Malti jehtieg jemmen fih innifsu.` Jehtieg jemmen li tassew hemm triq ohra. Jemmen li min jghidlu li m`hemmx triq ohra qed jghidlu hekk biex iqarraq halli l-poplu jghazel li jerfa` piz tqil li mhux addattat ghalina bis-suppost sagrificcji ghal uliedna.
Il-poplu malti jehtieg jemmen` li t-triq laburista hija mhux biss possibli izda hija l-ahjar triq ghalina ghax tirrispetta dak li ahna u tibni fuq il-karatteristici taghna biex lill-uliedna naghtuhom pajjiz sovran u kompettittiv fejn isibu xoghol f`pajjizna stess li minnu jistghu jghixi ta` nies.
In-nazzjonalisti ser jahsdu li zerghu.` La zerghu il-gideb u l-qerq ma jistax ikun li l-poplu Malti ma jurix ir-rabja tieghu li dahqu bih u ressquh f`xifer rovina tant li issa qed jghidulu li wahedna ma nistghux immexxu.` Il-poplu Malti ser jurihom li la ma jistghux imexxu huma hemm haddiehor li jista` jmexxi bla ma jbiegh pajjizna lil barrani.` Qed joqrob zmien il-hsad.
Alfred Mifsud
Sunday, 13 October 2002
Zmien il-Hsad
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment