L-Orizzont
Dal-gvern tilef rasu.` M`ghadux jirraguna. Xhieda ta` dan hija d-determinazzjoni li jibqa` ghaddej kemm jista jkun malajr biex lill-pajjizna idahhlu membru shih fl-Unjoni Ewropeja (UE).
Jekk nidhlux jew le fl-UE hija decizjoni kbira. Decizjoni li torbot il-pajjiz ghal zmien twil hafna. Decizjoni bhal din trid tittiehed bil-kalma u wara li nkunu nfurmati bizzejjed dwar l-implikazzjonijiet kollha taghha.` Decizjoni li jehtieg niehdu bhala pajjiz maghqud kunfidenti dwar il-futur tieghu.
Dan ma jistax isehh jekk igieghluna niehdu din id-decizjoni ftit xhur jew gimghat qabel l-elezzjoni meta s-shana politika tikkarga. L-opinjonijiet diversi dwar din il-haga m'humiex maqsuma strettament skond il-partiti. Jien naf hafna nazzjonalisti li fuq l-UE jaqblu mal-Partit Laburista. Japplika wkoll l-argument vici-versa.
`Il-gvern minn dan ma jimpurtah xejn. Ma jiddejjaq xejn li fost il-pajjizi kandidati ghall-UE il-gvern taghna huwa l-aktar wiehed li ghandu mandat elettorali qadim u ghalhekk l-aktar wiehed li fadallu ghomor qasir` Il-gvern minn dan ma jimpurtah xejn. Ma jiddejjaq xejn li fost il-pajjizi kandidati ghall-UE il-gvern taghna huwa l-aktar wiehed li ghandu mandat elettorali qadim u ghalhekk l-aktar wiehed li fadallu ghomor qasir. Ma jaghtix kaz li anke jekk jirbah ir-referednum ma jkunx fadallu zmien biex id-decizjoni iwettaqa.
Is-shubija ta` Malta fl-UE ma tistax issir qabel Jannar ta` l-2004. Anke dan huwa improbbabli ghax il-process ta` ratifikazzjoni jaf jiehu ferm aktar minn sena. Izda sa Novembru 2003` il-gvern irid ixolji l-parlament u l-elezzjoni ssir sa l-ahhar ta Jannar tas-sena 2004. Ghalhekk f`Jannar 2004` `l aktar `l aktar in-nazzjonalisti jkunu ghadhom fil-gvern bhala purtinara. Zgur mhux prudenti u sewwa li Malta tiddahhal fl-UE minn gvern purtinar.
Huwa car li n-nazzjonalisti qed ipoggu l-interessi taghhom, u personalment dawk tal-Prim Ministru, qabel l-interess nazzjonali.
L-interess nazzjonali jitlob li l-gvern imur ghal referednum wara l-elezzjoni.` Ir-raguni semplici. Il-kuncett ta` referendum jippresupponi li l-gvern ghandu zmien legislattiv bizzejjed biex iwettaq id-decizjoni tal-poplu. Jekk il-mandat elettorali ma jigix mgedded qabel ir-referednum dan ma jistax isehh.
`Is-sekwenza ta` elezzjoni qabel ir-referendum hija fl-interess nazzjonali.` Is-sekwenza ta` elezzjoni qabel ir-referendum hija fl-interess nazzjonali. Jekk ghall-argument il-Partit Nazzjonalista jirbah l-elezzjoni allura jkun ferm probabbli li r-referendum imbaghad jghaddi b`magguranza kbira kif tixraq decizjoni daqshekk strategika. Jekk min naha `l ohra jirbah il-Partit Laburista dan ikun jista` jmur jinnegozja ir-relazzjoni specjali li qed ifittex bla ma jkun imxekkel minn rizultat ta` referendum li jaf inaqqas` l-ispazju li jkollu bzonn biex jinnegozja tajjeb. Ghax ibqghu zguri li biex takkwista trid tinnegozja sew ghax xejn ma jigi wahdu fuq platt tal-fidda.
Izda n-nazzjonalisti jigu jaqghu u jqumu mill-interess nazzjonali. In-nazzjonalisti jharsu lejn ir-referednum bhala ghodda poltika. Filwaqt li bil-paroli jghidu li r-referendum huwa ghazla nazzjonali `l fuq mil-politika, bil-fatti ghalihom ir-referendum huwa l-uniku staffa li jista` jqabbizhom ic-cint gholi ta` l-elezzjoni.
Ghal prim ministru ir-referendum issa huwa essenzjali biex jinkuruna il-karriera politika tieghu fi tmiemha bi progett li jorbot idejn ta` warajh u jnizzluh fir-ritratti tal-istorja. X`jimporta ghal Prim Minsitru li bl-ghaggla zejda tieghu ser jimliena b`hafna frieh ghomja`
Tant huma ghamjin b`din l-istrategija li mhux jaraw il-perikli li ser jidhlu fihom. Ghax trid tkun tlift rasek biex tahseb li l-poplu ser jivvota favur ir-referednum issa li gie konfermat li ghat-tbatija kollha li ser nghaddu minnha mhu ser ikun hemm xejn fondi mill-UE.` Qabel kienu jghidu li tbatija ngorruha ghax b`kumpens ser niehdu hafna fondi.
`Meta ghad nivvutaw LE fir-referendum ma nkunux qed nghidu LE ghall-UE.` Nkunu qed nghidu LE ghas-servilizmu tan-nazzjonalisti u IVA ghal relazzjoni ta` ugwaljanza ma l-UE li tirrispetta s-sovranita` taghna.` Izda issa li gie konfermat dak li ahna ilna nghidu zmien, li m`hemmx fondi ghalina, ghalfejn jahsbu li l-poplu malti xorta ha jivvota favur shubija fir-referendum` Biex nghollu l-valur tal-propjeta` ghaz-zghazagh li jridu jixtru fejn joqghodu` Biex nitilfu l-impjiegi taghna ha nhallu l-barranin jigu jahdmu fostna Biex neqirdu il-biedja u s-sajd` Biex nigu ma nikkmandaw xejn f`pajjizna` Biex nixorbu l-luminata mil-fliexken tal-plastic halla nkomplu ngharrqu l-ambjent` Biex nitilfu l-bilanc tal-kacca u l-insib u nitilfu d-delizzju taghna waqt li l-ispanjoli u l-inglizi jibqghu joqtlu l-barri u l-volpi` Biex nghollu l-hajja, ngherru l-pensjonijiet u nbaxxu l-livell tal-hajja tal-haddiema`
Tant hemm setturi tas-socjeta` li ser jingiedmu bis-shubija fl-UE li huwa genn tan-nazzjonalisti, issa li tilfu il-kwistjoni tal-fondi, li jibqghu ghaddejjin qisu ma gara xejn. Jidher li jahsbu li bil-pubblicita` u bil-mass media f`idejhom jistghu jwerwru l-poplu malti li qarsa kemm hi qarsa l-UE fil-fatt m`hemmx alternattiva.` Mhux ta` b`xejn qed jaghmlu minn kollox biex johonqu lehen il-Partit Laburista u lehem kull min jaqbel li Malta ghandha alternattiva serja u vijabbli ghas-shubija fl-UE.` Li kien ghalihom lanqas jaghtuna cans nispjegaw xejn lill-poplu.
Jien ferm nippreferi li l-ewwel immorru ghall-elezzjoni u mhux ghal referendum u dan skond l-interess nazzjonali. Izda jekk in-nazzjonalisti jridu referendum allura nzidu, nirduppjaw u nittriplaw` il-hidma biex infehmu l-poplu li l-ghazla ta` relazzjoni specjali ma l-UE li qed joffri l-Partit Laburista hija hafna ehfef u ahjar.
Meta ghad nivvutaw LE fir-referendum ma nkunux qed nghidu LE ghall-UE.` Nkunu qed nghidu LE ghas-servilizmu tan-nazzjonalisti u IVA ghal relazzjoni ta` ugwaljanza ma l-UE li tirrispetta s-sovranita` taghna.
Thursday, 17 October 2002
Tilfu Rashom
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment