L-Orizzont
Min jghix bix-xabla
jrid ikun lest imut bix-xabla. Min jikkritika allura jehtieg jaccetta li jigi
kkritikat. Min bhali jikteb fil-media u jikkritika hafna bilfors li jrid
jaccetta li jigi kkritikat. Jien mhux biss naccetta l-kritika, izda permezz
tal-website tieghi naghti access shih lil min irid jikkritikani dirett bla ma
jkollu ghalfejn jikteb fil-gazzetti. Nircievi hafna ‘feedback’ bl-e-mails u
safejn huwa possibbli jien nirrispondi u nghid fejn naqbel u fejn ma naqbilx u
ghaliex.
Sfortunatament hawn min jahseb li l-kritika hija hazina. Min jahseb li xoghlna huwa biss li nkunu kritici versu l-avversarji. Min jahseb li ahna ghandna nkunu distruttivi fil-kritika taghna u jaghmel x’jaghmel il-Gvern nohorgu kontra halli nuru li ahna oppozizzjoni qawwija.
Izda mbaghad meta jikkritikana haddiehor nizblu. U jekk issir kritika lejna nfusna nipprovaw nifgaw il-kritika bi skuza komda halli ma npaxxux lill-avversarji taghna. Ghax hawn min flok il-kritika jiggudikaha fuq il-merti taghha jiggudikaha fuq kif jirreagixxu n-Nazzjonalisti. Jekk issir kritika u n-Nazzjonalisti ma jghidu xejn jghaddi kollox. Kif jifthu halqhom in-Nazzjonalisti qishom gibdulna l-ispaga u noqomsu.
Jien ma nikkritikax fil-vojt.Meta nikkritika naghmlu
bil-fatti u bil-figuri. Meta nesprimi opinjoni fuq
xi haga, apparti li ma nipprezentahiex bhala fatt divin, noqghod attent hafna li
l-opinjoni tieghi tkun wahda informata, opinjoni li nista’
nsostniha.
Hafna drabi nipprova mhux biss nikkritika, izda nesprimi fehmiet fuq certi linji ta’ gwida li jistghu jwasslu biex tigi rrangata l-kawza li wasslet ghall-kritika. U meta nsib li kont zbaljat inkun lest nibdel l-opinjoni u anke nammetti li kont zbaljat.
Izda l-kritika hija tajba u necessarja. U kultant biex iccaqlaq l-affarijiet ma tistax toqghod tikkritika biss fil-maghluq.Meta ssib bibien maghluqin
li l-kritika tieghek ma jkunux lesti jisimghuha, il-kritika ghandha ssir bil-mod
li l-aktar tasal.
Fil-passat il-kritika tieghi wasslet biex il-partit ha decizjonijiet li kienu ilhom jigu evitati u li kien hemm bzonn xi hadd li johrog il-problema fil-berah halli l-affarijiet jiccaqalqu.
Nista’ mmur lura sa l-1990 meta kont l-ewwel li ghidt li biex il-partit jerga’ jigbed il-maggoranza warajh irridu nnehhu l-ghaqda statutorja li kien hemm mal-GWU u rridu nimmodernizzaw billi nibnu centru nazzjonali gdid u mhux nibqghu l-Macina. Aktar ricenti wrejt il-bzonn li ma nibqghux ankrati mal-politika tat-tnehhija tal-VAT li kienet giet sorvolataminn zviluppi ekonomici u
politici.
Urejt ukoll il-bzonn li l-partit jissepara l-‘issues’ ta’ l-Unjoni Ewropea mill-elezzjoni generali, haga li giet accettata biss wara li kien digà sar ir-referendum u meta kien fadal biss tliet gimghat ghall-elezzjoni. Kien tard wisq biex bidla bhal din ikollha l-effett mixtieq.
Meta nikkritika ma nkunx
personali. Nikkritika l-ghemil mhux il-persuna. Nista’ ma naqbilx ma’ dak li
jkun, izda xorta nirrispettah u nzommu bhala habib ghalkemm nibqa’ nipprova
nikkonvincih halli ngibu jifhimha bhali.
Wara l-elezzjoni kkritikajt kif saru l-affarijiet fil-Partit Laburista. Ghamiltu internament u kelli naghmlu esternament. Ma kkritikajt lil hadd personali u fil-kritika nzomm f’mohhi principju wiehed: bil-kritika se nghin jew se ntellef milli l-Partit Laburista jerga’ jmur fil-Gvern kemm jista’ jkun malajr?
M’ghandix dubju li bil-kritika nkun qed nghin.Meta l-kritika tieghi
nstemghet wara t-tieni telfa ta’ l-1992 nehhejna mill-ewwel l-ghaqda statutorja
mal-GWU u bdejna l-process tac-Centru Nazzjonali Laburista (CNL). U fl-1996
wasalna. Frahna. Bkejna bil-ferh.
Wara t-tieni telfa ta’ l-2003 saru affarijiet b’mod li jgerrxu u mhux jigbdu lejna l-apprezzament ta’ min tbieghed minna. M’ghandix ghalfejn noqghod nirrepeti ruhi. Kont car u preciz fil-kritika tieghi li kont digà ghamiltha internament qabel ma graw l-affarijiet biex nipprova li ma nhallihomx jigru kif graw.
Mela ma nifhimx ghalfejn hemm min flok jargumenta u jmeri l-kritika tieghi jipprova jattakka lili bhallikieku jien xi wiehed li nparla fil-vojt u nikkritika bl-ad-docc jew li ghandi xi agenda kontra xi hadd.
Jien m’ghandi kontra hadd. Ghandi biss favur il-Partit Laburista u favur in-nies li qeghdin ibatu diskriminazzjoni ghax mhux qeghdin jirnexxielna nirbhu l-Gvern.
U jdejjaqni meta min jikkritikani flok jargumenta u jirribatti jipprova jintimida bl-insinwazzjonijiet. U zgur li ma nixtieqx li nkun Sansun li nwaqqa’ t-tempju fuq ras il-Laburisti biss u nhalli lin-Nazzjonalisti jgawdu. Dan inhallih ghal minflok halla l-irjus jibirdu, instiga biex immorru ghall-elezzjoni fl-1998 meta lanqas konna ilna sentejn fil-Gvern.
Ghal min instiga li norbtu l-kwistjoni ta’ l-Unjoni Ewropea ma’ l-elezzjoni biex ghat-tieni darba konsekuttiva tajna rigal fuq platt tal-fidda lill-PN u zamm lil-Laburisti midrubin taht it-terrapien ta’ tempju mgarraf. Dak in-nhar tassew waqqajna t-tempju fuq ras il-Laburisti biss u paxxejna lill-avversarji.
Jien xewqti linara lill-partit jibni
fis-sod biex fl-elezzjoni li jmiss, tigi meta tigi, kmieni jew tard, il-partit
imur fejn jixraqlu. Imur fil-Gvern minn fejn biss jista’
jilhaq l-ghanijiet tieghu li jipprotegi lin-nies tax-xoghol.
Bil-habi u billi nohonqu l-kritika ma naslu mkien. Bid-diskussjoni miftuha li ggib il-bidliet li hemm bzonn, naslu bhalma konna wasalna bejn l-1992 u l-1996.
Sfortunatament hawn min jahseb li l-kritika hija hazina. Min jahseb li xoghlna huwa biss li nkunu kritici versu l-avversarji. Min jahseb li ahna ghandna nkunu distruttivi fil-kritika taghna u jaghmel x’jaghmel il-Gvern nohorgu kontra halli nuru li ahna oppozizzjoni qawwija.
Izda mbaghad meta jikkritikana haddiehor nizblu. U jekk issir kritika lejna nfusna nipprovaw nifgaw il-kritika bi skuza komda halli ma npaxxux lill-avversarji taghna. Ghax hawn min flok il-kritika jiggudikaha fuq il-merti taghha jiggudikaha fuq kif jirreagixxu n-Nazzjonalisti. Jekk issir kritika u n-Nazzjonalisti ma jghidu xejn jghaddi kollox. Kif jifthu halqhom in-Nazzjonalisti qishom gibdulna l-ispaga u noqomsu.
Jien ma nikkritikax fil-vojt.
Hafna drabi nipprova mhux biss nikkritika, izda nesprimi fehmiet fuq certi linji ta’ gwida li jistghu jwasslu biex tigi rrangata l-kawza li wasslet ghall-kritika. U meta nsib li kont zbaljat inkun lest nibdel l-opinjoni u anke nammetti li kont zbaljat.
Izda l-kritika hija tajba u necessarja. U kultant biex iccaqlaq l-affarijiet ma tistax toqghod tikkritika biss fil-maghluq.
Fil-passat il-kritika tieghi wasslet biex il-partit ha decizjonijiet li kienu ilhom jigu evitati u li kien hemm bzonn xi hadd li johrog il-problema fil-berah halli l-affarijiet jiccaqalqu.
Nista’ mmur lura sa l-1990 meta kont l-ewwel li ghidt li biex il-partit jerga’ jigbed il-maggoranza warajh irridu nnehhu l-ghaqda statutorja li kien hemm mal-GWU u rridu nimmodernizzaw billi nibnu centru nazzjonali gdid u mhux nibqghu l-Macina. Aktar ricenti wrejt il-bzonn li ma nibqghux ankrati mal-politika tat-tnehhija tal-VAT li kienet giet sorvolata
Urejt ukoll il-bzonn li l-partit jissepara l-‘issues’ ta’ l-Unjoni Ewropea mill-elezzjoni generali, haga li giet accettata biss wara li kien digà sar ir-referendum u meta kien fadal biss tliet gimghat ghall-elezzjoni. Kien tard wisq biex bidla bhal din ikollha l-effett mixtieq.
Wara l-elezzjoni kkritikajt kif saru l-affarijiet fil-Partit Laburista. Ghamiltu internament u kelli naghmlu esternament. Ma kkritikajt lil hadd personali u fil-kritika nzomm f’mohhi principju wiehed: bil-kritika se nghin jew se ntellef milli l-Partit Laburista jerga’ jmur fil-Gvern kemm jista’ jkun malajr?
M’ghandix dubju li bil-kritika nkun qed nghin.
Wara t-tieni telfa ta’ l-2003 saru affarijiet b’mod li jgerrxu u mhux jigbdu lejna l-apprezzament ta’ min tbieghed minna. M’ghandix ghalfejn noqghod nirrepeti ruhi. Kont car u preciz fil-kritika tieghi li kont digà ghamiltha internament qabel ma graw l-affarijiet biex nipprova li ma nhallihomx jigru kif graw.
Mela ma nifhimx ghalfejn hemm min flok jargumenta u jmeri l-kritika tieghi jipprova jattakka lili bhallikieku jien xi wiehed li nparla fil-vojt u nikkritika bl-ad-docc jew li ghandi xi agenda kontra xi hadd.
Jien m’ghandi kontra hadd. Ghandi biss favur il-Partit Laburista u favur in-nies li qeghdin ibatu diskriminazzjoni ghax mhux qeghdin jirnexxielna nirbhu l-Gvern.
U jdejjaqni meta min jikkritikani flok jargumenta u jirribatti jipprova jintimida bl-insinwazzjonijiet. U zgur li ma nixtieqx li nkun Sansun li nwaqqa’ t-tempju fuq ras il-Laburisti biss u nhalli lin-Nazzjonalisti jgawdu. Dan inhallih ghal minflok halla l-irjus jibirdu, instiga biex immorru ghall-elezzjoni fl-1998 meta lanqas konna ilna sentejn fil-Gvern.
Ghal min instiga li norbtu l-kwistjoni ta’ l-Unjoni Ewropea ma’ l-elezzjoni biex ghat-tieni darba konsekuttiva tajna rigal fuq platt tal-fidda lill-PN u zamm lil-Laburisti midrubin taht it-terrapien ta’ tempju mgarraf. Dak in-nhar tassew waqqajna t-tempju fuq ras il-Laburisti biss u paxxejna lill-avversarji.
Jien xewqti li
Bil-habi u billi nohonqu l-kritika ma naslu mkien. Bid-diskussjoni miftuha li ggib il-bidliet li hemm bzonn, naslu bhalma konna wasalna bejn l-1992 u l-1996.
No comments:
Post a Comment