Sunday, 16 July 2000

Lulju mghaxxex

Il-Kullhadd Lulju Mghaxxex

Dan Lulju jidher li gej mghaxxex sew! Wara xhur twal ta` tgergir kien bhal donnu bejn April u Gunju li l-affarijiet kienu donnhom bdew jistejqru xi ftit l-aktar fis-settur tat-turizmu.

Izda hekk kif beda Lulju kollox rega mar lura ghal li kien. Kien hawn aspettattiva li l-affarijiet kienu se jkunu mod iehor. In-negozjanti kienu qed jistennew boost qawwi mill-bejgh waqt il-fiera tan-Naxxar.` U tal-lukandi kienu qed jistennew li x-xghira li nqabdet minn April `l hawn tkompli tissahhah halli jirkupraw xi ftit mit-telf li sofrew fix-xitwa li kienet wahda mill-aghar.

Gara izda bil-maqlub. It-turizmu rega ha sabta u l-lukandi fl-ewwel gimghatejn ta` Lulju kellhom bookings baxxi hafna u kellhom irahhsu il-prezzijiet ghal kumplament tas-sajf. Mhux hekk biss.` Il-bookings ghal kumplament tas-sajf dehlin bil-mod wisq. Is-suq Germaniz li kien b`sahhtu u kien qed jaghmel tajjeb ghat-telf mis-suq ingliz f`daqqa wahda tghaxxex.

L-istess jista` jinghad ghal fiera tan-Naxxar. Nies marru hafna izda l-aktar bhala harga u mhux biex jixtru. Hafna negozjanti irrapurtaw tnaqqis fil-bejgh u dan minkejja offerti specjali u prezzi skontati.

Dawn mhux affarijiet li wiehed jiehu gost bihom. Dan it-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku jaffetwa lil kulhadd. Din Malta taghna lkoll u mil-gvern jew mill-oppozizzjoni l-ghan taghna ghandu jkun li naraw li pajjizna jimxi `l quddiem u jsahhah l-ekonomija tieghu.

Ghalhekk wiehed irid jara sewwa sew x`qed iwassal ghal dan is-shab iswed li qed jikkarga.

Donnu l-Gvern m`ghandux risposta ghal dak li qed jigri u qed jippretendi li l-affarijiet jissolvew wahedhom. Mhabbat kif inhu fl-objettiv tal-UE donnu li xejn izjed m`hu importanti lanqas il-hobza ta` kuljum tal-haddiema.

Il-weghdi facli li saru qabel l-elezzjoni donnu li ma saru jfissru xejn. Donnu li t-tibdil u tigdid li hemm bzonn isir fl-ekonomija jista` jsir biss fi sfond ta` krizi u mhux b`mod programmat u mahsub.

Jien min ta` l-ewwel li nsostni li l-pajjiz ghandu problemi kbar li biex jissolvew jehtieg sforz qawwi minn kulhadd, Gvern, Oppozizzjoni Unions, sidien u haddiema. Il-problemi issa dahlu wisq `l gewwa biex jistghu jissewwew bla tbatija.

Izda minn naha l-ohra dawn il-problemi ma jistghux jibqghu jigu skartati u miknusa taht it-tapit. Dawn problemi li qed jgherru l-ekonomija. Problemi ta` sussidji insostenibbli lit-tarznari u lill-Freeport. Problemi ta spiza insostenibbli mill-Gvern fuq il-pagi tan-nies tac-civil. Problemi ta` nuqqas ta` investiment u holqien rejali ta` postijiet tax-xoghol.

Ir-risposta ghal dawn il-problemi ma tistax tkun l-arroganza tal-Gvern li jippretendi li tghaddi tieghu biss meta jrid u kif irid u min ma jogghbux allura ma haqqux jiekol.

Ir-risposta trid tkun sforz komuni biex l-ewwel kulhadd jifhem il-kobor tal-problema, it-tieni kulhadd jifhem il-konsegwenzi jekk il-problemi jkomplu jkunu ttraskurati u fl-ahhar jintlahaq sforz genwin bi qbil bejn kullhadd biex jigu ndirizzati il-problemi bl-inqas tbatija possibbli billi l-piz jintefa fuq kullhadd skond kemm jiflah u mhux biss fuq dawk li ser jitilfu l-impjiegi bla tort ta` xejn.

Biex jintlahaq dan l-iskop jehtieg tmexxija ispirata. Tmexxija krejattiva li kapaci tirbah il-konfidenza tal-partijiet involuti halli kullhadd jaghmel il-parti tieghu.

Hija sfortuna li bhalissa il-gvern jidher bla tmexxija. L-unika soluzzjoni li jidher li fadallu l-gvern hija t-triq tal-konfrontazzjoni biex johloq pretest halli jiggustifika il-problemi finanzjarjarji u ekonomici li issa bdew joqorsu lil kulhadd.

Il-konfrontazzjoni mhix soluzzjoni. Hija biex attentat iddisprat minn min tilef il-kontroll biex jiggustifka ghemilu. Il-pajjiz jixraqlu mod iehor.` Il-pajjiz jixraqlu tmexxija friska, dinamika moghnija b`idejat godda.

Jekk le mhux biss Lulju ser ikun nghaxxexx.` Izda diversi snin li ghandna quddiemna u minn dan ibati l-aktar minn jiflah lanqas.

No comments:

Post a Comment