Sunday, 2 July 2000

Zuru lill-Habsin

Il-Kullhadd Zuru lill-Habsin

L-opri tal-hniena tghallimthom mill-muzew. Fost is-sebgha opri tal-hniena li jmissu l-gisem hemm propju dak li ghandna nzuru lill-habsin.

Kienet ghalhekk haga stramba li l-gurnal in-Nazzjon b`headlines tkazat ghax xi esponenti tal-Partit Laburista marru jaghmlu zjara lil Lawrence Pullicino, ex-Kummisarju tal-Pulizija, fil-habs ta` Kordin waqt il-hin tal-vizitaturi bla habi ta` xejn u skond ir-regolamenti.

Skantaw dawn li ma skanatw xejn li l-Prim Ministru jiltaqa` bil-mohbi fis-satra tal-lejl taht il-pont ta` San Giljan ma kriminal ttesserat. Lanqas ma tkazaw meta lil dan il-kriminal b`akkuzi gravi mdendla fuq rasu, inkluz dik ta` traffikar ta` drogi, tah mahfra presidenzjali fuq tlett akkuzi serji. Dan minkejja li x-xhieda ta` dan il-kriminal ma hija kkorroborta bl-ebda mod u diga` gie ppruvat li l-Qorti ma emmintx il-verzjoni ta` dan il-kriminal. Ghalhekk qed jirrizulta li l-mahfriet presidenzjali jkun hadhom ta` xejn!

Izda ghax ufficjali laburista jghamlu dmirhom skond l-opri tal-hniena allura dak skandlu li jixraqlu jitperrec fuq il-pagna ta` quddiem, b`ittri kbar u b`implikazzjonijiet daqs li kieku din iz-zjara kienet xi konfoffa mal-kriminali.

Jien ukoll dan l-ahhar ghamilt dmiri u mort zort lil Pullicino fil-habs. Dispjacir wiehed ghandi. Li dan ma ghamiltux aktar qabel u aktar spiss u ta` dan nitlob skuza lil Pullicino.` Hemmhekk ma sibtx quddiemi xi kriminal. Sibt bniedem uman b`qalb mugghuha li hallas aktar min bizzejjed ghan-nuqqasijiet tieghu. Bniedem li jhoss li gie milghub biex ikun simbolu ta` kif jissallbu l-laburisti jekk jippruvaw jieqfu lix-xibka ta` poter li minnha il-Partit Nazzjonalista huwa biss cellula politika.

L-istorja ta` Pullicino nahseb li ghad trid tinkiteb.` F`Pullicino rajt bniedem determinat li meta minn hawn u ftit gimghat ohra jkun skonta is-sentenza ezegarata li gie mghobbi biha jkompli jistinka halli l-verita` fl-ahhar mill-ahhar tohrog.

Jien nhoss li biex dan isir trid issir inkjesta serja li terga` tgharbel il-kaz mill-gdid b`mod oggettiv, jekk hemm bzonn fil-maghluq, biex dan il-kaz ma jibqax jigi politicizzat ghal finijiet ulterjuri.

F`din l-inkjesta wiehed l-ewwel irid jistabilixxi jekk min qatel lill-vittma , li zgur ma kienx Pullicino izda x`aktarx kienu id-daqqiet li tawh dawk li gawdew mill-mahfra presidenzjali,` ghamilx dan bi zball jew apposta.

Irid jigi stabbilit jekk il-mahfriet presidenzjali inghatawx biex tintlghab il-loghba politika biex jigi akkuzat laburist li kellu htija sekondarja li ghatta l-fatti, u gie salvat nazzjonalist li kellu l-htija primarja tal-ezekuzzjoni. Irid jigi stabbilit jekk din il-mahfra presidenzjali kienetx premju talli ghamel li ghamel biex b`hekk ghalaq halq il-vittma darba ghal dejjem.

Ghax nghiduha kif inhi. Il-vittma kien qed fil-kustodja tal-pulizija wara li nqabad ipoggi bomba mad-dar residenzjali tal-Kummissarju Pullicino. Lanqas wiehed li seta` kellu nteress li l-vittma jmut qabel jitkellem kien l-istess Pullicino. Anzi dan` kellu kull interess li jgieghel lil vittma jikxef min kien il-mandant. Huwa car li l-vittma ghamel li ghamel mhux ghax hu kellu xi haga ghal Pullicino izda ghax kien imhallas biex jaghmel dak li ghamel minn min kellu nteress iwerwer lil Pullicino fil-qadi` ta` dmirijietu.

Tafux min` kull interess li l-vittma ma tikxifx min kien qabbdu jezekwixxi l-att kriminali kontra Pullicino` Min seta` jibza li f`idejn il-pulizija l-vittma biex issalva gilda tikxef il-mandant` Dan l-interess kien tal-mandant li forsi kien xi hadd li fid-deher izomm hajja religjuza u ezemplari izda fil-mohbi jkun puppet master ta` xibka kriminali. Ma ninsewx li dan kien iz-zmien ta` bombi wara l-bibien ta` kull min b`xi mod jghin lill-Gvern laburista. Zminijiet ta` qtil ta` nies b`mottivi li b`xi mod jippuntaw lejn il-politika. Ibda mill-kaz ta` Karin Grech u spicca sal-kaz ta` Cardona.

Hemm bzonn ta` inkjesta li tasal biex tgharbel jekk Pullicino kienx biss pawn fl-loghba akbar tac-chess li l-ghan taghha kienet li tnehhi mil-poter lil-gvern laburista. Loghba li regghet intlaghbet fit-22 xahar ta` gvern laburista 1996-98 u li terga` tintlghab kull meta jkun hemm gvern laburista. Tintlghab` minn min jemmen li ghandu xi edit soopranaturali biex imexxi lil pajjizna u li haddiehor qatt ma ghandu jinghata cans demokratiku biex jaghmel dan.

Lil Lawrence Pullicino nsellmulu talli bid-dinjita` sofra dan kollu, nghidulu kuragg u nistennewh fostna halli flimkien inkomplu nahdmu halli tohrog il-verita`.

No comments:

Post a Comment