Sunday, 9 July 2000

Mintoff vs. Mintoff

Il-Kullhadd Mintoff vs. Mintoff

Il-kobor ta` dak li ghamel Duminku Mintoff ghal Malta sal jum tal-Helsien fil-31 ta` Marzu 1979 ma jista` jichdu hadd. Ikun zball li xi hadd icekken dawn il-kisbiet minhabba dak li gara wara.

Tant hu kbir dak li ghamel Mintoff sal-kisba tal-Helsien li huwa biss Mintoff stess li jista` jcekken il-kobor tieghu. U minn dak li ilhi nara u minn dak li rajt fil-monologu sic intervista ta` din il-gimgha,` jidher li anke Mintoff stess wasal fil-final ta` dan it-tkissir.

Jien nsostni li l-istorja ta` Mintoff ghandha zewg kapitli kuntrastanti.` Wiehed jispicca propju f`dik id-data li nkurunat dak kollu li Mintoff kien hadem ghalih ghal 32 sena shah ta` attivita` fix-xena poltika. Dan huwa kapitlu ta` glorja li juri li Mintoff ma kienx biss il-politiku izda kien ir-ruh tal-pajjiz. Dak li bid-dinamizmu u l-perzwazjoni spira tieghu lil Malta biex tohrog mill-era tas-servitu` kolonjalista u neo-kolonjalista, u tilbes il-mantell ta` nazzjon liberu. Nazzjon` li bbrilla f`Helsinki fl-1975 biex pogga fuq l-agenda politka internazzjonali il-bzonn ta` paci fil-Mediterran.

Dan kien kapitlu ta` kisbiet socjali, kisbiet ekonomici u kisbiet intelletwali li kienu ghamluna kburin li ahna Maltin. Kapitlu ta` kisbiet demokratici fejn l-ghaqda tal-haddiem nnewtrallizzat ix-xibka ta` poter ta` min bil-kapital jahseb li jixtri li jrid u `l kulhadd.

Ma tmien ta` dan il-kapitlu glorjuz hemm il-bidu ta` kapitlu iehor iswed. Kapitlu fejn Mintoff ma setax jaccetta il-bidliet li gab hu stess.` Kapitlu fejn Mintoff ried jirristringi il-helsien li gab permezz tat-tkisser tal-gagga kolonjali billi jorbtilna spaga ma saqajna u jiddeciedu hu ghalina f`kollox,` mic-cikkulata li nieklu sat-television li naraw. Kapitlu fejn Mintoff sa setax jaccetta li la darba ghallimna kellna dritt nuzaw mohhna u mhux nobdu dak li jghid il-mexxej bil-ghama. Kapitlu fejn Mintoff ma gharafx li fil-helsien il-pajjiz jehtieg tmexxija differenti minn dik mehtiega fil-process tal- kisba tal-helsien.

Il-kapitlu ta` Mintoff wara Marzu ta` l-1979 huwa iswed sew. Kien qisu ribell jiggieled kawza li kienet diga mirbuha u fil-process ikisser dak li kien inbena.

Ibda mit-tkissir tat-Times u l-invazzjoni vjolenti fid-dar privata tal-Kap ta` L-Oppozizzjoni. Dawn mizuri anti-demoratici li jittradixxu dak kollu li kien iggieled ghalih. Il-kolmo ta` din ic-cahda intlahqet bir-rizultat tal-l-elezzjoni ta` Dicembru 1981.

Tista ggib l-iskuzi kollha li trid izda l-fatt jibqa` li dak in-nhar il-maggoranza tal-poplu ghazlet Gvern` Nazzjonalista. Kieku Mintoff gharaf is-sinjal taz-zmien kien jikber fl-istutura kieku sab mezz kif din ix-xewqa tal-poplu, fl-ispirtu ta` demokrazija prattikata, tigi mwettqa.

Minflok zarma l-kredenzjali demokratici li kien bena billi mexxa b`mod ripressiv kontra x-xewqa tal-poplu.` U kompla jaghmel dan anke meta fid-deher irrezenja minn Prim Ministru biex mar jisparpalja Lm40 miljun fl-loghob spekulattiv fir-rizervi tal-Bank Centrali, jilghaba ta` espert f`materja li fiha huwa anqas minn novizz. Kompla jindahal lil` Karmenu Mifsud Bonnici b`mod imprudenti li tax cans lil persuna gentili bhal Karmenu jaghti timbru gdid lit-tmexxija tal-pajjiz.

Fi zmien meta l-Partit Laburista mar fl-Oppozizzjoni baqa jindahal minghajr l-awtrota` tal-kariga izda biss bl-awtorita` tal-persuna,` dwar min u kif ghandu jmexxi. B`indhil bhal dan ir-rizultat ta` l-elezzjoni tal-1992 kien inevitabbli u previdibbli. Li ma kienx prevedibbli kien li Mintoff ma kienx ser jaccetta l-ghazla ta` Leader gdid li ma kienx imbierek minnu.

U dan il-fatt kien bizzejjed biex mil-bidu nett ma accetax it-tmexxija ta` Alfred Sant u kien jikkritika kull haga li Sant kien jaghmel. Il-kolmo ta` dan intlahqet bl-aktar mod kiefer meta Mintoff cahad lil Partit Laburista u bi tkomplija tat-tkisser tad-demokraizija li tant kien iggieled ghaliha, waqqa` gvern elett demokratikament bl-akbar maggoranza li qatt gab gvern laburista.

Il-kuntrast ta` Mintoff ta` qabel l-1979 u ta` wara johrog minn memorja li ghandi ta` konferenza stampa li kien ta qabel l-elezzjoni ta` 1976. Gurnalista staqsih xi haga u fil-process uza il-frazi `il-partit tieghek`. Mintoff kien dlonk ikkoregih u qallu li hu ma ghandix partit tieghu. Qallu `Jien tal-Partit`.

Qabbel dan mat-tezi li meta hareg ghall-elezzjoni fl-1996 ghalkemm hareg mal-Partit Laburista u bl-arma tal-partit, huwa kellu programm ghalih. Mela issa veru ppretenda li l-partit sar tieghu biex flok ibaxxi rasu ghar-rieda tad-decizjoni tal-Konferenza Generali tal-Partit li approvat biss manifest wiehed, dak ufficjali, jippretendi li jimponi fuq kulhadd il-programm tieghu.

Il-kobor ta` Mintoff ta` qabel l-1979 tant u kbir li huwa biss jista jkissru. U qed jaghmel dan bl-akbar efficjenza kif ta` xhieda sewwa` din il-gimgha.` Veru kaz ta Mintoff vs. Mintoff.

Alfred Mifsud



No comments:

Post a Comment