Il-Kullhadd Min m`ghandux jibqa` sieket
Il-Prim Ministru Fenech Adami bhal donnu jrid jahrab mill-problemi li qed jifnu lil pajjiz u jippreferi jiddevja l-attenzjoni billi johloq ipotezi ta` tbaghbis fl-elezzjoni tal-leadership tal-MLP 1992. L-MLP m`ghandux jibqa` sieket kien it-titlu kbir ta` In-Nazzjon .
Naqbel li fil-pajjiz hawn hafna skiet artificjali li jehtieg jinkiser biex tidhol ftit arja friska fit-trasparenza tat-tmexxija. Naqbel li min tefa` d-dubji dwar l-irrapurtat tbaghbis ghandu jew jghid kull ma jaf, jekk jaf,` jew ma jkomplix jaghmel allegazzjonijiet mhux ppruvati mimlija supposizzjoni fuq provi tal-detto sul detto. Zgur mhux il-kaz li l-MLP irid jipprova li dak li gie allegat ma sarx. Sta ghal min jaqla' allegezzjonijiet bhal dawn li jippruvahom.
Hemm hafna aktar affairjiet li jehtieg li min hu resposnsabbli ma jibqax sieket. Dawn mhux hwejjeg mibnija fuq is-supposizzjonijiet.` Dawn huma akkuzi cari u precizi u min hu responsabbli ghandu l-oneru li jiccara jew jammetti.
Ejja nibdew mill-bejgh tal-Mid-Med Bank.` Fl-ebda pajjiz serju fid-dinja ma kien jigri li gara fil-bejgh tal-Mid-Med Bank u min kien responsabbli jibqa` f`postu qisu ma gara xejn. Dan huwa kaz fejn il-Gvern biegh bi prezz li dahhal lill-poplu Malti f`telf ta mill-anqas Lm50 miljun lira mill-prezz li suppost dahhalna. Lm50 miljun lira huma flus kbar li kieku dahhalnihom konna nsoddu hafna feriti li sal-lum ghandhom inixxu u jifnuna.
Dan mhux diskors li ntqal wara li l-froga saret. F`artikli li jien kont ktibt fit-Times kont stidint lill-gvern jaghtini sitt xhur zmien u kont ingib prezz li jirkupra hafna mill-Lm50 miljun mormija mill-ftehim li sar ma` l-HSBC.
Imma l-gvern baqa` ghaddej.` U meta ppressat u beda johrog dettalji li ma setax jahbi izjed bdew hergin bcejjec li lanqas jitwemmnu. John Dalli ftahar li n-negozjati ghamilhom wahdu bla ghajnuna ta` hadd. Dan meta f`kazi bhal dawn hija l-prattika li anke l-esperti igibu esperti ohra biex jghinuhom f`negozjati li jinvolvu miljuni kbar.
U mbaghad meta gew zvelati il-workings ta` kif gie ffissat il-prezz gibt ghajnejja wara widnejja.` Biex wasal ghal prezz, il-qliegh futur tal-Mid-Med gie skuntat ghal valur tal-flus tal-lum b`rata ta 12%. Ghala 12% staqsejt` Ghax 6% huwa il-valur ta` l-imghax.` Kollox sew.` U s-6% l-ohra` Dawk risk premium kienet it-twegiba.` Risk premium ta` x`hiex` Bank sod u b`sahhtu bhal Mid-Med li jikkontrolla nofs is-suq bankarju Malti m`ghandux ikollu risk premium ghax m`hemmx riskju.
U wiehed irid jifhem kemm jaghmel differnza dan il-fatt ta` zieda ta 6% risk premium. Kieku l-iskont sar bir-rata ta` 6% skont l-imghax applikabbli u mhux bi 12% bir-risk premium mizjud kieku il-prezz tal-Mid-Med kien ikun Lm140 miljun u mhux Lm70 miljun!
U jien allegajt li biex il-kalkoli saru kif saru allura bilfors li l-gvern qad fuq kalkoli li ghamluhom l-HSBC stess. Ghax min jixtri kellu l-interess li jgholli r-rata ta` skont billi jiddahhal risk premiun gholi.
Ir-risposta tal-Ministru kienet immedjata permezz ta` cahda kategorika u li dawn il-kalkoli saru mill-Ministru stess u n-nies li kienu qed jghinuh inkluz stockbroker li qatt ma ssemma ghalkemm gie allegat li huwa l-istess stockbroker ta` l-HSBC.
U l-mistoqsija ghal dan kienet immedjata wkoll.` Allura la dawn il-kalkoli ghamilhom il-Ministru b`liema ragunar dahhal risk premium ta` 6% fir-rata ta` skont biex gie kalkolat il-Mid-Med Bank. Ghaliex Ministru li deherlu li ma kellux bzonn ghajnuna ta` esperti u lanqas ta` maltin ohra li kienu jafu l-bank ahjar minnu, flok fil-process tan-negozjati beda jitlob prezz gholi ghal-Mid-Med hu stess ghamel kalkoli li jbaxxu l-prezz`
Ghal dan twegiba ta` xejn. Ghamilt il-mistoqsija fil-gazzetti ufid-dabitti tat-television. Risposta ta` xejn. Skiet li jtarrax.
Ghal dan hemm bzonn risposta cara u definita ghax din tinvovli miljuni kbar li issa qed ihallsuhom il-maltin f`taxxi.` Hemm bzonn twegiba ghal min halla l-impjegati tal-Mid-Med esposti ghal mod kif issa qed jigu ttrattati mil-bank.` Bank li jidher li m`ghandu problemi ta` xejn izid l-ispiza amministarttivi b`aktar minn Lm2 miljun f`sitt xhur f`pagi u spejjez tal-barranin li qed imexxu izda li jidher li ghandu problema li jasal fi ftehim ragonevoli ghal kumplament tal-haddiema.
Min kien hadha kontrija li kont urejt thassib` li n-negozjati tal-ftehim kollettiv kienu twaqqfu waqt li kien ghaddej il-process tal-bejgh tal-bank forsi issa jifhem kemm kelli ragun. Kemm l-esperjenza ghalmitni li ma noqghidx fuq il-kliem sabih izda fuq il-fatti li nara u mmiss b`idejja.
Tassew li wasal iz-zmien li jinqata s-skiet ta` min kien repsonsabbli tal-balbuljata tal-bejgh tal-Mid-Med Bank u min biegh lil Bank u lill-haddiema tieghu b`irhis. Dawn mhux deceriji tal-detto sul detto. Dawn fatti u figuri cari u precizi.` Jehtieg risposta.
Sunday, 30 July 2000
Min m'ghandux jibqa' sieket
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment