Il-Kullhadd Inkunu Pozittivi
Hekk kif ghadda t-tielet Milied taht din il-legislatura nazzjonalista qed nersqu lejn nofs it-terminu. Dan ifisser li l-partit laburista irid jibda jiffoka fuq l-elezzjoni li qed toqrob u jkun lest biex jammistraha l-poter galadarba jiksbu.
Ifisser ukoll li l-Partit irid jaddatta ruhu biex mhux biss jipprezenta ruhu bhala oppozizzjoni effittiva izda aktar importanti minn hekk bhala gvern alternattiv.
Ghalhekk rizoluzzjoni kbira li rridu naddottaw ghas-snin li fadal sa ma nergghu naslu ghall-elezzjoni hija dik li rridu nkunu pozittivi f\kull ma naghmlu. Irridu nikkonvincu lill-poplu li ahna mhux tajbin biss biex nikkritikaw, ingergru u nniggzu izda tajbin aktar biex inwettqu, biex immexxu, biex nibnu u biex noholqu l-gid.
Huwa car li matul is-sena d-diehla l-issue li l-aktar importanti li rridu nahdmu fuqha hija dik ta` l-Unjoni Ewropeja. Evidentissimu li l-gvern ser ikompli ghaddej bl-akbar ritmu possibbli biex itemm in-negozjati, jekk tista` ssejhilhom hekk, ma l-UE , jaccetta kull ma jordnawlu u jibdel il-ligijiet bla diskussjoni serja dwarhom.
Il-poplu Malti se jigi mixrub minn mewga ta` propaganda li ma thallihx jifhem sew x`ikun qed jigi deciz u l-effetti, tajbin jew hziena, li decizjoni dwar shubija fl-UE thalli fuq pajjizna b`mod strutturali li torbot mhux biex lil gvern prezenti izda il-gvernijiet ohra li jigu wara.
Ghallhekk il-Partit Laburista irid ikun aktar , hafna aktar , effettiv biex mhux biss infehmu ghala shubija fl-UE mhix addattata ghal pajjizna, izda ghala l-alternattiva laburista ta` Svizzera fil-Mediterran` hija aktar tajba u addattata ghar-rejaltijiet ta` pajjizna.
Mhux biss irridu npingu sinjal `no entry` indawwar bl-istilel ta` l-UE izda irridu npingu sinjal Y biex nuru li fil-mixja lejn l-UE il-poplu malti tabilhaqq ghandu ghazla.
U l-ghazla li hija l-aktar addata ghalina hija dik li l-aktar tatina flessibilta` biex bhala pajjiz bla rizorsi nagixxu maljar biex niehdu opportunijiet li l-bidliet li gejjien kontinwament jipprezentawlna. L-ghazla trid tipprermittilna li nkuna differenti minn haddiehor ghax jekk inkunu l-istess bhal haddiehor l-izvantaggi ta` gzira zghira maqtugha mil-kontinent jghelbuna u ma jrendunix kompettivi.
Irridu naghmlu l-ghazla li tifhem li l-pozizzjoni taghna hi dik li, gzira zghira f`nofs il-mediterran, u ma tistax tilghab bl-istess regoli bhal minn huwa fic-centru tal-kontinent ewropew. U fl-ahhar izda mhux l-inqas irridu nuzaw il-pozizzjoni strategika taghna biex niksbu l-ahjar ghal pajjizna permezz ta` leverage prudenti ta` dan il-vantagg waqt negozjati dwar relazzjonijiet ma pajjizi ohra, fuqna u tahtna.
Dawn l-erbgha aspetti ta` flessibilita`, differenti, pozizzjoni u leverage ghandhom ikunu l-aqwa argumenti taghna biex infehmu li l-alternattiva laburista hija ahjar ghal pajjizna.
Irridu nkunu pozittivi dwar l-UE.` It-tkabbir ta` l-UE huwa zvilupp ta` min jinkoraggixxih u niehdu pjacir li dan miexi. Ahna m`ahniex kontra l-UE. Irridu l-ahjar relazzjonijiet ma` l-UE. Nixtiequ lill-UE l-aqwa gid u progress.
Izda dam ma jfissirx li ghanda nkunu membri f`din l-ghaqda.` Ir-rejlatijiet ta` pajjizna jitolbu mod iehor. Bhal ma jitolbu r-rejaltaijiet ta` l-Isvizzera tan-Norvegja u ta` l-Islanda.
Pozittiv u nformattiv huwa l-motto li nzomm f;mohhi ghas-sena d-diehla.
Sunday, 31 December 2000
Inkunu pozittivi
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment