Il-Kullhadd Milied Flimkien
Illum u ghada, lejlet u nhar il-Milied, se nqattghu flimkiem ma shabi l-ohra tas-Super One fejn ser nifthu il-bibien taghna berah ghalikom biex tigu tarawna u tghinuna ntellghu trasmissjonijiet specjali ghal dawn il-jiem mqaddsa.
Saret ormaj tradizzjoni li f`dawn il-jiem is-Super One jigbor lil dawk li jridulu l-gid fi hdanu biex bhal familja wahda nifirhu flimkien u naghmlu kuragg lil xulxin biex inkomplu sejrin `l quddiem bix-xoghol taghna.
Ghalkemm is-Super One huwa kumpanija kummercjali separata u distinti mil-Partit Laburista u titmexxa wkoll b`mod sostanzjalment awtonomu hlief ghal-linja editorjali tal-kamra ta` l-ahbarijet, fl-ahhar mill-ahhar hija bicca importanti mill-istrategija tal-Partit Laburista biex iwassal il-messagg tieghu` lil poplu Malti u Ghawdxi.
Jidhirli li dan qed naghmluh b`mod effettiv. Ir-rizultati tas-surveys ta` l-Awtorita` tax-Xandir urew ghal darba darbtejn li Super One huwa l-aktar stazzjon segwit f`Malta. Mhux biss dak tar-radju li dejjem kien hekk, izda issa wkoll dak tat-televizjoni li tela fil-quccata qabel TVM li tradizzjonalmenyt dejjem kien fl-ewwel post.
Super One TV rebah l-aqwa udjenzi f`kull faxxa ta` hin fil-ghodu, wara nofs in nhar kif ukoll fil-ghaxija.` Ghal- sitt granet mis-sebgha tal-gimgha l-akbar udejnza fil-hin ta` fil-ghaxija isegwu l-aktar Super One.
Dan ifisser li qed nilhqu l-ghanijiet principali taghna.` L-ewwel li nwasslu l-messagg tal-Partit b`mod effettiv lill-firxa wiesgha tal-poplu Malti. U t-tieni li nzommu l-familja laburista` flimkien maghna tiddeverti b`mod onest u bla ma thallas xejn ta` dan id-divertiment. Ghax ma ninsewx li filwaqt li lill-TVM thallsuh il-licenzja ta` Lm15 il-lira kull sena lis-Super One ma thallsuh l-ebda licenzja avolja dejjem johrog car li l-aktar li qed taraw huwa s-Super One Television.
Ma ahniex nilhqu, s`issa, it-tielet ghan li nkunu kummercjalment vijabbli biex inkunu nistghu insostnu finanzjarjament lill-Partit Laburista. Biex tmexxi stazzjonijiet bhas-Super One, specjalment l-iskeda tat-Television, trid flejjes kbar li jlahhqu medja ta` eluf ta` liri kuljum.` Jigifieri li biex inkopru biss l-ispejjez irridu nilhqu introjtu ferm qawwi mir-reklami. Ghalhekk meta taraw ir-reklami fuq is-Super One ifhmu li dawn ghalina huma importanti daqs id-demm li jigri fil-gisem tal-bniedem ghax minghajrhom ma nistghux mmexxu.
Bil-ghajnuna ta` kullhadd issa qed nilhqu il-figura ta bejgh fuq livell sostenibbli u gha-sena d-diehla ser nistinkaw biex inkabbru l-introjtu billi nkomplu ntejbu l-programmi u nigbdu udejnzi godda.` Izda dan mhux bizzejjed biex inkunu nistghu naghmlu l-investiment kbar li hemm bzonn f`taghmir gdid kemm ghar-radju kif ukoll ghat-television.
Ir-radju issa ilu jahdem 10 sena u l-equipment li ghandna ghamel zmienu u teknologikament mhux aggornat bizzejjed. Anke t-television ilu fuq hames snin u hafna mil-cameras u editing suites u beta machines skadew il-hajja ekonomika taghhom. Jehtieg nibdluhom b`apparat modern u digitali halli nkunu nistghu nwasslu stampa cara kif jippretendi min illum dara jara stazzjonijiet bis-satellita.
Dan l-investiment la nistghu naghmluh mill-introjtu tar-reklami u lanqas billi nkunu ta` piz finanzjarju fuq il-Partit. Anzi irridu nkunu ta` sollijev finanzjarju ghall-Partit.
Ghalhekk f`dawn il-jumejn ta` lejlet u nhar il-Milied ahna flok se nqattghuhom bil-kwiet f`darna ser niddekiawhom ghall-istazzjon favorit taghkom biex nilqghukom , nurukhom x`qed naghmlu u nilqghu id-donazzjoni generuza taghkom.` Kulhadd jaghti skond ma jista` u jekk jista`. Napprezzaw li l-hajja mhux facli u dan il-gvern li weghdna il-genna fl-art qed jaghtina infern kuljum ghal-fatra ghal-pranzu u anke ghac-cena. Dan l-infern nistghu nehilsu minnu biss billi nregghu lura fil-gvern lil-Partit Laburista u biex dan isir il-mezzi Super One iridu jkunu l-aqwa u l-ahjar.` Ghalhekk nehtiegu l-ghajnuna tal-kontribuzzjonijet taghkom biex ninvestu f`taghmir gdid biex inwasslulkom l-aqwa programmi fuq l-istazzjonijiet favoriti taghkom.
Nirringrazzjakom minn quddiem tal-generozita` taghkom u nixtieqilkom minn issa il-Milied mimli paci u s-sliem. Minn naha taghna nweghdukom li minn Jannar ser jibdew skedi godda fuq ir-radju u t-television li se jzommukom iggammjati ssegwu biss is-Super One.
Alfred Mifsud
Sunday, 24 December 2000
Milied flimkien
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment