Sunday, 3 December 2000

Read my Lips

Il-Kullhadd

Read my Lips

`Read my lips ` no new taxes` kien wieghed George Bush , l-ex-president Amerikan fil kampanja elettorali f`Awwissu ta` l-1988. Weghda solenni li ghenitu mhux ftit biex jirbah l-elezzjoni ghal presidenza Amerikani biex wara 8 snin presidenza` tar-repubblikan Reagan rega tela` president repubblikan iehor.

Fl-1991 Bush mexxa l-gwerra tal-golf kontra Saddam Hussien li ntrebhet mil-Amerikani bl-gheruq u xniexel biex reggghu lura l-invazjoni tal-Kuwajt mill-Iraq. Il-President George Bush fis-sajf ta` l-1991 kien igawdi popolarita kbira li kienet rekord ghal-President Amerikan f`nofs it-term tieghu. Kulhadd kien konvint li fl-elezzjoni tal-President li kellha ssir fl-1992 Bush kien se jigri biha anke ghaliex mid-demokratici ma kien hemm hadd ta` statura qawwija. Min kien sema` b`Bill Clinton Gvernatur ta` stat zghir ta` Arkansas sa dak iz-zmien`

Izda meta l-budget deficit ta` l-Amerika lahaq proporzjonijiet allarmanti Bush kellu jibla kliemu ta` qabel l-elezzjoni u japprova zieda fit-taxxi. Haseb li l-popolarita tieghu wara ir-rebh tal-gwerra tal-golf` kienet soda bizzejjed biex tirbah skoll bhal dan.

Mar imqarraq!` L-Amerikan ftakru fuq li ftakru il-weghda solenni `Read my lips ` no new taxes` ta` qabel l-elezzjoni u meta giet l-lezzjoni ta` l-1992 insew l-elogju tal-vittorji militari u tajru lil Bush minn nofs talli kien dahaq bihom billi kiser weghda solenni ta` qabel l-elezzjoni.

Il-budget li habbar gvern Nazzjonalista ghas-sena 2001 ghandu kemm l-ezempju ta` `Read my lips` li tajjeb infakkruhom halli l-poplu ma jinsiex x`kien gie mwieghed fis-sajf ta` sentejn ilu.

Weghda numru 33 kienet tghid `Isir tibdil fil-ligi prezenti tas-sisa li mhix differenti hafna minn ta` qabilha biex jerga jibda jinghata r-refunds.`

Weghda solenni li kull min taht il-ligi tas-CET ma kienx qed jiehu refunds issa ser ikun intitolat ghar-refunds. Dan kien jaqbel mal-kritika li n-nazzjonalisti kienu ghamlu lis-sistema tas-CET li ma kientx tipprovdi ghal refunds lis-servizzi tas-sahha u ta` l-edukazzjoni li qabel kienu intitolati ghalihom skond il-VAT.

Fil-budget ta` l-2001 il-Ministru tal-Finanzi habbar li `Is-servizzi tas-sahha u tal-edukazzjoni se tibqa ma tithallas ebda VAT fuqhom. Dawn ser jigu riklassifikati bhala ezenti, li jfisser li dawk li jfornuhom mhux ser jibqghu intitolati li jitolbu refunds.`

Read my lips! Mhux talli weghda solenni ma sehhitx talli qed isir ezatt bil-kontra ta` dak li kien inwieghed.

Weghda 46 kienet tghid li `jkompli l-process ta` privatizzazzjoni u jjinhargu ghal-bejgh ishma f`azjendi li huma tal-Gvern.` Id-dhul minn dan il-bejgh jintuza biex jithallas parti mid-dejn li ngema` tul dawn l-ahhar sentejn u li m`ghandux jirrepeti ruhu jekk ikun hemm il-PN fil-Gvern`. Ezatt, read my lips!

Il-gvern qed jipprogetta li jdahhal Lm40 miljun mil-privatizzazzjoni u maghhom irid jissellef Lm 100 miljun iehor! Anke meta biegh il-Mid-Med Bank ghal prezz bir-ribass ta` Lm83 miljun mhux talli ma hallas xejn` lura d-dejn talli uzahom kollha u ssellef izjed!

Weghda 47 kienet tghid `jinkisbu fin-negozjati ma l-UE fondi ghall-izvilupp ta` l-infrastruttura (toroq u progetti simili) li l-UE ghandha ghal dan l-iskop ghal membri taghha." Read my lips! Lanqas gibna bizzejjed biex inhallsu l-ispejjez tal-addozzjoni tal-acquis ahseb w`ara kemm gibna fondi ghat-toroq. Mhux hekk biss. Talli l-Lm10 miljuni li kien ilna niehdu kull sena mill-1981` mil-Financial Protocol ma l-Italja mis-sena d-diehla spicca. Ghaxar miljuni `l hawn u ghaxar miljuni `l hemm!

Weghda 122 kienet tghid `It-Tour Operators` Support Scheme (TOSS) tinfirex gradwalment ghas-swieq kollha tat-turizmu` Read my lips! It-TOSS giet zarmata ghal kollox.

U l-ahhar wahda ghal-lum ghax inkella ma nispicca qatt. Weghda numru 197 kienet tghid `Jitnaqqas mill-kalkolu tad-dhul il-hlas li jkun qed isiru minhabba dejn ghall-akkwist ta` dar xierqa ghall-familja`

Kulhadd fehem din li jekk inti tidhol f`dejn mal-bank biex tixtri dar fejn toqghod mal-familja u thallas nghidu ahna Lm100 fix-xahar instalment,` b`din il-weghda kien se jonqos mid-dhul taxxabbli tieghek Lm1200 li jekk thallas taxxa 35% tkun ser tiffrnaka Lm420 kull sena. Read my lips!` Fid-diskors tal-budget il-Ministru qal li ser jintaxxa dak li jiffranka impjegat tal-bank talli jissellef biex jixtri d-dar tieghu u l-bank jiccargjah b`rata agevolata.` Jekk wiehed issellef Lm35000 biex jixtri dar u jhallas Lm100 fix-xahar biex ihallas din il-loan b`rata ta` 3% fuq medda ta` 30 sena issa tat-taxxa ser jghidlu li qed jiffranka 4% fuq Lm36000 li jigu Lm1440.` Minn dan inaqqas Lm300 u jintaxxah fuq Lm1140 li bir-rata ta` 35%; jigifieri` zieda fit-taxxa ta` Lm504 li kontriha t-taxpayer ma ghandu dhul ta xejn. Flok iffranka Lm420 lira taxxa kif kien imwieghed fil-programm elettorali ser jehel Lm504 taxxa izjed.

Lil dan il-gvern il-klassi baxxa u medja trid tidhlu kelma wahda: Read My Lips ` warrab!

Alfred Mifsud



No comments:

Post a Comment