Il-Kullhadd
Silg mat-Termometru
It `tabib juza t-termometru biex jara jekk il-pazjent ghandux deni. B`hekk skond ma jirruzalta mil-qari tat-termometru jgharaf jaghti il-kura li hemm bzonn biex il-pazjent ifiq. Ikun tabib iblah jekk biex iserrah mohhu flok jara tassew x`inhi t-temperatura li ghandu l-pazjent jaghmel is-silg mat-termometru biex dan ma jimmarkax deni.
Ikun qed jidhaq bih innifsu u izjed w izjed bil-pazjent tieghu jekk bis-silg it-termometru ma jimmarkax deni meta fil-fatt il-pazjent ikun jahraq b`deni ta` ziemel.
L-istess qed jaghmel il-gvern nazzjonalista bil-loghob bl-istatistika. Flok ihalli l-istatistika tipproduci ic-cifri fil-kors normali taghha halli min imexxi mbaghad ikun jaf il-mizuri korretorji li verament ghandu bzonn il-pajjiz, minflok qed naghmlu s-silg mat-termometru billi nimmanipulaw l-istatistika biex il-problemi ma johorgux fil-berah.
Dan inkixef bl-aktar mod car fil-fatt kif gew imkejla mill-indici tal-prezzijiet it-tibdil li kien hemm matul is-snin fi-rati tad-dawl u l-ilma. Il-poplu jibqa mbellah meta filwaqt li huwa mghaffeg taht il-piz ta` zieda qawwija fil-kontijiet li qed jircievi, issa skopra li l-indici tal-prezzijiet qed juri li fil-fatt dawn il-kontijiet rohsu minn dawk li kienu fl-1997 u mhux gholew.
Il-poplu jinsulta ruhu izjed meta jisma lit-teknici ta` l-istatistika u lil Ministru Bonnici jispjega kif l-istatitika qed tahdem b`mod teknikamnet tajjeb. Ara l-poplu x`jimpurtah mit-teknika ta` l-istatistika. Il-poplu jimpurtah mil-hajja li qed jghix kuljum.` Mir-rejalta ta meta jircievi l-kontijiet u jsibhom hafna oghla minn qabel. Jekk teknikament huwiex korrett li din iz-zied fil-prezzijiet ma gietx imkejjla fl-indici tal-prezzijiet li minflok juri tnaqqis il-polu jigi jaqa` u jqum.
Li jrid il-poplu huwa li l-ististika tkun sensittiva ghar-rejalta li qed jghix kuljum u mhux huwa stess jigi kkundizzjonat bl-istatistika meta bhal ma gara f`dan il-kaz jigi mcahhad minn zied fl-gholi tal-hajja skond l-arrangamenti li jezistu bhalissa.
Izda tajjeb hawn nispjegaw kif isir il-loghob u tbazwir bl-istatitika` biex filwaqt li jibqghu fil-parametri permessi mit-teknika, ma jhallux l-istatistika tintuza bhala ghodda effettiva ta dak li jkun tassew qed jigri fl-ekonomija. Hekk gara u dan bilfors sar min xi hadd li jaf sew l-irqaqat tal-mekkanizmi ta` l-istatistika tal-prezzijiet bl-imnut u mbaghad qaghad jibdel ir-rati b`mod li l-istatistika tkejjel rejalta` ferm differenti minn dik li jghixu n-nies kuljum.
Billi l-istatistika hija rizultat ta` survey li sar sitt snin ilu u li ghandu weightings li ma ghadhomx rejalistici ghal gurnata tal-lum min iffissa r-rati l-godda gholla r-rati ta` lilma ghax jaf li dan ghandu weighting baxx fl-indici u qasqas ir-rati ta` konsum baxx tad-dawl li l-aktar li ghandhom weight fl-istatistika. B`hekk irnexxielu li filwaqt li jibqa fil-parametri tat-teknika ta l-istatistika ghamel is-silg mat-termometru biex filwaqt li l-ppolu marid bl-gholi tal-prezzijiet tad-dwal u l-ilma it-termometru ta` l-istatitika qed juri temperatura baxxa hafna. Izda b`daqshekk billi taghmel is-silg mat-termometru ifisser li l-pazjent ma ghandux deni`
L-istess jista jinghad ghal kontijiet ta` l-Enemalta.` Fl-ahhar hargu il-kontijiet ta l-Enemalta ghas-sena li ghalqet f`Settembru 1999. Allajbierek dawn gew approvati fl-4 ta` Ottubru tas-sena 2000 aktar minn sena wara!` Ghaliex` Ghax minkejja il-paroli fil-vojt tal-Ministru Bonnici dwar kemm tilfet flus l-Enemalta bil-hedging agreement li kien ikopri dan il-perjodu l-Enemalta ghamlet qliegh ta kwazi Lm5 miljuni. Ghas-sena li ghalqet fit-30 ta` Settembru 2000 meta ghal 9 xhur minnha l-enemalta, grazzi ghal Ministru` Bonnici kienet bla hedging, l-Enemalta ghamlet telf ta` kwazi Lm2 miljuni. Dan` minkejja ffrankar ta Lm1 miljun lira fid-dawl tat-toroq u l-fatt li sena ta` qabel kellha telf ta` Lm2 miljuni fuq il-kambju li ma giex ripetut fis-sena 2000.
Issa bit-tbazwir ta` figuri li qed jipprogettaw ghas-sena diehla sa Settembru 2001 l-Enemalta tinnewtralizza dan it-telf billi il-gvern jiehu fuqu spejjez li normalment kienet thallas il-korporazzjoni u li b`hekk ser tiffranka Lm2.9 miljuni. Ser tbiegh sussidjarja u b`hekk iddahhal madwar Lm3 miljuni minn qliegh straordinarju u b`hekk il-kotba jigu jaqblu billi l-Enemalta ssib Lm6 miljuni` bil-bakketta magika.` Izda li ma qalux huwa li dawn il-previzjonijiet huma bbazati fuq prezz taz-zejt ferm anqas minn dak li hu llum u ghalhekk il-Gvern, li tant tkaza b`min ghamel hedging u qabblu ma loghob fil-casino`, issa qed jilghab il-loghba tac-cans jittama li l-prezz taz-zejt wara x-xitwa jinzel.
U meta tara dan tista temmen li l-istatistika l-ohra li mhix qed tigi doctored biex l-istampa li turi tkun dik li jixtieq il-gvern u mhux dik li fil-fatt hi` F`gieh is-serjeta` jehtieg li nnehhu s-silg minn mat-termometru.
Sunday, 10 December 2000
Silg mat-termometru
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment