Il-Kullhadd Johnny come lately!
Kultant issibha difficli biex temmen lil widnejk! Bilfors tibda tahseb li smigh beda jilghab u ghalhekk tistenna biex taqra l-gazzetta vera u ma toqghodx fuq dak li jfettillu jaqra Joe Muscat meta jibda jipprezenta` Mill-gurnali nhar ta` Hadd.
Izda meta taqra l-gazzetta propja u ssib dak li fil-fatt tkun smajt flok tiddubita `l widnejk tiddubita kif jista jkun li hawn min ghad fadallu fiducja fit-tmexxija ta` dan il-Gvern.
Dan huwa gvern li ilu fil-poter erbatax il-sena!` Trid tnehhi minnhom perjodu qasir ta` 22 xhar li matulhom il-gvern ta` Alfred Sant ghamel l-ewwel attentat serju biex il-pajjiz isir konxju tal-problemi kbar finanzjarji u ekonomici li dahhluh fih in-nazzjonalisti u biex jittiehdu mizuri biex jindirizzaw din il-problema.
Dawn il-mizuri ma setghux ikunu mizuri helwin. Meta tkun marid it-tabib medicina jordnalek u mhux helu u l-medicina mhix helwa.` Izda in-nazzjonalisti, artefici ta` dan id-dizastru ekonomiku u finanzjarju flok appoggaw lil Alfred Sant fil-mizuri li kien jinhtiegilhom u jixirqilhom` kunsens nazzjonali, bil-wicc tost ta` prostituta li titkaza bil-vergni li tilbes skullat, qaghdu jitkazaw u jghidu li mhux minnu li hemm xi hofra finanzjarja u li din kinet invenzjoni ta` Alfred Sant.
Mhux dan biss. Qalu li Alfred Sant kien qed itellef lil Malta Lm100 miljun lira fondi kull sena ghax ifriza l-applikazzjoni ghas-shubija u li kif din tigi mahruga mil-friza dawn il-fondi jinzlu jigru mil-vit ta` l-Ewropa ghal gol-kaxxa ta` Malta.
X`jimporta li il-Ministru John Dalli fis-sajf ta` l-1996 ghamel memorandum lil kabinett fejn widdibhom dwar il-qaghda prekarja tal-finanzi tal-gvern u dwar il-bzonn u dixxiplina finanzjarja` X`jimporta li Fenech Adami kien kostrett isejjah elezzjoni qabel il-budget biex jahbi li deficit ta` Lm32 miljun` kien spolda ghal Lm112 miljun u sar bhal ziemel mahrub bla kontroll`
Issa jigi il-Ministru John Dalli u qisu wasal il-bierah fuq ix-xena politika Maltija jhabbrilna li ghandu vizjoni ghal Malta. Vizjoni fejn ma jkunx hemm hela.` Vizjoni fejn kullhadd ihallas it-taxxi u dovuti u li n-nies mal-gvern jaghtu l-gurnata tax-xoghol taghhom.` Vizjoni fejn ix-xoghol tal-korporazzjonijiet isir b`mod efficjent jekk hemm bzonn bi shab mal-privat.
Ghanijiet nobbli u ta min jinkoraggihom dawn. Izda dan xi Johnny come lately Fejn kien dan f`dawn l-ahhar 14 il-sena Nesa dan li ilu ministru tal-finanzi mill-1992` Nesa li dawn huma l-istess miri li kien habbrilna fl-ewwel budget tieghu ghall-1993` Jew hadd mhu qed jinduna li qedin fis-sena 2001` Issa gietu din il-vizjoni` Issa wara li mela l-pajjiz` sa xfar ghajnejh bid-dejn u wara li ga beghna l-ahjar assi li kellna u rajna li l-flus tal-privatizzazzjoni jghibu fid-drenagg tal-finanzi pubblici`
Ma jkunx ahjar issa il-Ministru li aktar minn kulhadd huwa responsabbli ghal dan l-istat dizaztruz tal-finanzi tal-gvern u ta` l-ekonomija tal-pajjiz ihalli din il-vizjoni ghal xi hadd gdid li ma ghandux il-piz tal-htija li gab il-pajjiz fejn jinsab illum`
U dan irid isir maljar qabel ma jkompli ghaddej bil-privatizzazzjoni.` Mhux ghax jien kontra il-privatizzazzjoni.` Jien kontra li l-flus tal-privatizzazzjoni jigu sparpaljati billi flok nindirizzaw il-hela nkomplu niffinanzjawha billi nbieghu kollox halli min jigi warajna ma jsib xejn.` Jien kontra li ssir xi privatizzazzjoni bhal ma saret dik tal-Mid-Med Bank.
U hemm x`juri li qed tinhema xi haga bhal din fil-Freeport. X`inhuma dawn il-mutetti li linja tal-vapuri Franciza rapprezentata minn interessi ta` gewwa trid tiehu f`idejha l-operat tal-Freeport` Huwa l-Freeport jaqbillu li jitmexxa mil-linja tal-vapuri Ma jarawx li jekk dan isir il-linji l-ohra jigu mgerrxa` U dan ikun fl-interess ta` Malta`
Ghedtu qabel u nerga nghidu issa. `Il-Freeport ghandu jitmexxa minn min ghandu esperjenza fl-operat tal-portijiet u li jkunu kapaci jattira bil-kuntatti tieghu l-aqwa linji tal-vapuri fid-dinja.` Kien ghalhekk li Gvern laburista kien beda diskussjonijiet mal-Port Authority ta` Singapore. Hemm obbligu li l-gvern u min hu inkarigat jifhem ghala ta` Singapore kienu tgerrxu mal-bidla fil-Gvern jew b`dak li sabu fil-Freeport meta ghamlu id-due diligence.
Din hi l-vizjoni li nbieghu kollox b`xejn lil hbieb tal-hbieb`
Sunday, 29 April 2001
Johnny come lately!
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment