Il-Kullhadd Kun imbierek, tergax!
Ma niftakarx zmien daqs bhalissa meta c`cittadin Malti hassu ittradut li l-qarnita tal-poter flok tipprotegi lic-cittadin qed b`mod apert tipprotegi l-kriminali.
Hija Tarcisju ragel serju u kwiet.` Xoghlu fl-Enemalta jiehdu bl-akbar serjeta`.` Titkellem ma min titkellem kullhadd jghidli li Tarcisju qisu bicca mill-Enemalta, jiehu interess fiha b`mod ezemplari. Jahdem hafna aktar mid-dover dirett tieghu.` Dan jghiduh nies ta` kull kulur politiku li kellhom x`jaqsmu mieghu.
Jumejn wara l-elezzjoni li ghaddiet kien rieqed ghal kwiet f`daru.` Habbat il-bieb u tlett irgiel qaluli li riedu jkellmuh fuq xoghol. Generuz bhal dejjem fethilhom ha jara f`hiex jista` jghin.` Tawh xeghba kif tmiss il-ligi ghal xejn b`xejn. Wicchom mikxuf kien xiehda li marru biex itemmuh.` Kien intervent ta` wiehed mil-girien li nduna x`kien qed jigri li gerrixhom qabel ma temmew xoghlhom.
Dawn it-tlieta min-nies inqabdu. Il-pulizija xliethom. Din il-gimgha il-qorti sabithom hatja ta` l-akkuzi migjuba kontrihom. Il-qorti ma kellix dubju li dawn it-tlieta min-nies kienu dawk li habtu ghal Tarcisju.` Li wegghuh, li ghedduh u li kissrulu d-dar.` Minkejja li sabithom hatja, tnejn minnhom gew liberati bil-kundizzjoni li ma jghamlux reat iehor ghal diversi snin u gieghlithom ihallsu Lm25 emenda.` Anqas milli jekk tinqabad issuq bla seat belt ghax ta` dik tehel Lm30.` It-tielet wiehed gie liberat ghax ma hax sehem fl-attakk.
Mhux importanti li Tarcisju hija. Seta kien min kien. Xorta jweggghek li bniedem li kien rieqed ghal kwiet f`daru jahbtu ghalih tlieta minn nies f`sakra ta` vittorja elettorali u bla mottiv evidenti jaghtuh xebgha li kellha intenzjonijiet terminali. Tweggghek izjed, hafna izjed, li l-qorti lil dawn in-nies sabithom hatja u minkejja dan tathom sentenza li effittivament tghidilhom kunu imberkien, terghux u qabel tohorgu hallu xi haga fis-sasla.` M`hemmx relazzjoni bejn l-aggravju u r-rimedju.
U meta jigri kaz bhal dan jista xi hadd ilumni li nahseb li l-qrati taghna meta` iffacjati minn kawzi li jistghu jimbarazzaw lil gvern, flok jaqtghu sentenzi bil-gustizzja jaghmlu kompromessi perikoluzi mas-sewwa u mal-kuxjenza` Jista jkun li dan mhux hekk izda certament li minn naha tac-cittadin hekk jidher u ghalhekk il-qorti ghandha tispjega halli jekk ahna zbaljati jefhemuna ha nitghallmu.
Jista xi hadd ilumni li nibqa ngharrex ghal mistoqsija ghaliex` Ghaliex dawn it-tlieta minn nies li hija qatt ma ghamlilhom xejn u bla mottiv car marru jahbtu ghalih.` Ghaliex Kienu qed jezegwixxu xi missjoni mqabbda minn xi hadd` Ghaliex il-pulizija dawn il-punti ma nteressatx ruhha fihom biex tistabilixxi il-mottiv veru wara dan l-attakk infami` Ma jinteressa lil hadd li jkun jaf ghaliex`
Issa poggu dan il-hmieg u qabbluh ma attentat iddisprat biex il-Partit Nazzjonalista` jittimbra f`mohh il-poplu xi immagini ta` Alfred Sant merfugh fuq spallejn it-traffikanti tad-droga. Il-Partit Nazzjonalista immexxi minn dak li ntrefa` fuq spallejn u gie protett mill-idejn felhana ta` Zeppi l-Hafi, qed jakkuza bi protezzjoni lil kriminali lil Alfred Sant li ma jhalli lil hadd li jista jikkompromettih jersaq sa kilometru qrib tieghu . Il-veru li l-qahba u l-ispizjar ahwa.
Mela wahidha tohrog il-mistoqsija. Min ta tlett mahfriet presidenzjali ghal xejn b`xejn lil min qed jipportegi` Min halla lil Queroz jitlaq minn Malta b`mahfra presidenzjali minkejja li issa hareg li kien hemm konnessjoni maghrufa` ma Meinrad Calleja x`interess kellu li halla lil Querioz jitlaq bla ma kixef xejn` U ghaliex l-akkuzi kontra Meinrad Calleja damu daqstant ma tressqu sa wara li kien telaq Querioz Jekk Querioz inghata mahfra presidenzjali ghaliex ma giex imgieghel jikxef` Biex forsi mbaghad tkun tista tinghata mahfra presidenzjli lil xi hadd iehor` Kien hemm bzonn li l-ewwel lil Querioz ukoll nghidulu Kun imbierek, tergax!
Il-President Demarco din il-gimgha wera x-xewqa li jkun hawn aktar ghaqda nazzjonali.` Kif tista Mela l-pajjiz mhux bhal computer ` garbage in garbage out!
Sunday, 15 April 2001
Kun imbierek tergax!
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment