Sunday, 1 April 2001

Valuri vvizzjati

Il-Kullhadd Valuri vvizjati

Issa d-diska ndrat.` Meta il-Prim Ministru ikollu bilfors jitkellem u ma jkollux xi jghid idur ghat-temi preferiti tieghu. It-temi tal-valuri u tar-religjon. Hekk sewwa sew ghamel il-hadd l-iehor fid-diskors ta` l-gheluq tal- konferenza generali tal-partit nazzjonalista.

Bilfors kellu jitkellem.` Normalment jitkellem fuq l-ahhar zviluppi. Izda l-ahhar zviluppi ma kienux sbieh.` It-telfa elettorali ta` hmistax qabel fil-kunsilli lokali ma kienx hemm x`wisq tghid fuqha. Mela l-ghazla waqghet mil-gdid fuq il-valuri u fuq ir-religjon.

U biex beda ghawweg bicca mill-istorja.` Qal li l-Partit Laburista kien favur l-integration u kontra l-indipendenza u kien wara l-gvern nazzjonalista gab l-indipendenza li gvern laburista sar favur taghha. Ma nistax` nifhem ghala l-prim ministru jaghzel li jaqleb l-istorja rasha l-isfel. Anke jien li f`dawk iz-zminijiet kien ghad kelli tlettax il-sena naf l-istorja fattwali mod iehor.

Il-fatti huma li wara li l-progett ta` l-integration kkrolla f`April ta` l-1958 bir rizenja tal-gvern laburista il-partit laburista mill-ewwel talab l-indipendenza u dan bla kundizzjonijiet. Dak iz-zmien il-partit nazzjonalista kien ghadu jfittex Dominion Status u din kienet il-politka tal-partit nazzjonaliosta fl-elezzjoni ta` l-1962. Ghadni niftakar lil Borg Olivier jispjega dan b`widnejja stess. Mela l-partit laburista mhux talli ma kienx kontra l-indipendenza talli hareg bl-ghajta taghha hafna qabel il-partit nazzjonalista.

Id-differenza bejn iz-zewg partiti lejlet l-indipendza fl-1964 kienet li l-partit laburista ried indipendenza bla rbit halli mbaghad bhala stat sovran jinnegozja defence agreement ma l-Ingilterra minn pozizzjoni ta` sahha. L-inglizi dan ma riduhx u sabu li jkun jaqblilhom jaghtu l-indipendenza lil Borg Oliveir li kien accetta l-indipendenza marbuta f`pakkett ma defence u financial agreement ferm favorevoli ghal gvern ingliz. Dawn fatti storici u huwa abbuziv li xi hadd, specjalment jekk ikun prim ministru, jikteb u jpingi l-istorja kif jixtieqgha flok kif inhi.

U mbaghad gejna ghal valuri.` Valuri ta demokrazija wiesgha u mifruxa. Min jemmen f`dawn il-valuri nistaqsi` Min jinsisti li l-partiti politici jiddominaw anke fil-livell lokali jew min bhal knisja u l-partit laburista ried li demokrazija f`livell lokali tghaddi fidejn strutturi barra mil-partiti politici li ghandhom poter bizzejjed`

Il-valur fit-twemmin fil- hila tal-Maltin.` Min qed jemmen fih tassew` Min irid dhul inkundizzjonat fl-UE ghax qata` qalbu li jindirizza l-problemi tal-pajjiz jew min bhal partit laburista li jemmen li b`rajna f`idejna u b`leadership sod nistghu nibnu ahna stess ghalina nfusna futur ahjar milli nergghu lura ghal kolonjalizmu modern`

Il-valur tal-gustizzja socjali` Min jemmen fil-gustizzja socjali Min bena l-infrastruttura socajli li ghandna llum li f`hafna kazi hija daqs jew ahjar minn ta` l-ewropa jew minn wassalna ghal kollass ekonomiku li qed jghedded is-sontenabbilita` tas-servizzi socjali li issa bdew jitnaqqru b`mod li jweggha lil min huwa l-aktar batut fis-socjeta`.

Il-valur ta` l-Ewropa. Ghal prim` minuistru l-UE hija objettiv fiha nnifisha u mhux mezz kif nistghu nghatu ghixien ahjar lil dan il-poplu. Ghal Prim Ministru filwaqt li jghid li jrid jinnegozja biex l-UE tikkoncedi dak li ghalih il-partit laburista jghazel toroq ohra barra shubija biex jibni relazzjonijiet specjali ma l-UE, jghid li barra l-UE hemm biss dezert.` Jinsisti li fl-UE ikollna lehen meta l-fatti juru li l-UE li ghad xi darba joffrulna li nissiehbu maghha tkun strutturata b`mod li lehinna ikun wiehed insinjifikanti bla sahha ta` xejn. Ghal prim ministru donnu li barra l-UE m`hemm valuri ta` xejn.

Mhux hekk biss. Il-prim ministru tant issa nqata` mir-rejalta` li filwaqt li l-UE hija di natura ghaqda lajka li anke giet kkritikata mill-vatikan li halliet lill-Omnipotenti barra mic-Charter taghha f`Nizza, issa , skond il-prim ministru, ser tkun Malta li ser tiehu l-valuri nsara gewwa l-ewropa.` Malta issa ser tikkonvinci lil pajjizi l-ohra biex jergghu jipprojbixxu d-divorzju u l-abort halli jigu konformi mat-twemmin baziku tal-partit nazzjonalista!

U biex ikun zgur li jipprova li ma ghandux argumenti aktar kellu jirrikorri ghal loghba antika li nhalltu r-religjon mal-politika. F`gieh is-sewwa ejja nargumentaw bejnietna liema relazzjoni ta` pajjizna ma l-UE toffri l-ahjar prospett ghal ghixien tal-poplu Malti izda ma ndahhlux ir-religjon f`din il-bicca ma ma ghandha x`taqsam xejn. Jekk il-Prim Ministru jahseb li l-inglizi , l-francizi u l-germanizi huma aktar nsara mill-isvezzeri, in-norvegizi u l-islandizi semplicement ghax ta l-ewwel ghazlu shubija u tat-tieni ghazlu relazzjoni mil-qrib izda mhux shubija, mela allura tassew li wasal iz-zmien ghal bidla ghax min qed imexxina ghandu valuri vvizzjati.

No comments:

Post a Comment