Sunday, 8 April 2001

Min hu bhal eddie

Il-Kullhadd Min hu bhal Eddie`

Min ma jiftakarx dan il-kartellun fi zmien l-instabbilita` politika tas-snin 80 wara ir-rizultat pervers ta` l-elezzjoni ta` l-1981 Min dakinhar ghaddew kwazi 20 sena u allura ghandna aktar storja biex naghmlu gudizzju u nirrispondu din il-mistoqsija li donna riedet` tpoggi lil Eddie Fenech Adami `l fuq mis-shab. Targa jew tnejn `l isfel min Dak li dwaru ghamel l-istess mistosija San Mikiel.

Min mindu lahaq Kap tal-Partit fl-1977 Eddie ghamilha cara li lid-demokrazija jirrispetta dment li tghaddi tieghu. Ir-rekord tieghu fl-Oppozizzjoni ma tantx fih kredenzjali demokratici. Ir-rekord tieghu demokratiku meta kien jinsab fl-Oppozizzjoni invarjabbilment juri li allaovlja ma kellux is-sahha tal-maggoranza warajh xorta li ried li tghaddi tieghu.

Dan jinqasam fi tlett epoki.` Dak bejn l-1977 u l-1981; bejn 1981 u l-1987 u bejn 1996 ` 1998.

Bejn 1977 u 1981 niftakru id-dikjarazzjonijiet espliciti li l-poplu ghandu dritt iwaqqa` gvern li ma jaqbilx mieghu. F`dan is-sens iridu jkunu gudikati l-istrajks politici ta` dak iz-zmien. Niftakru id-dikjarazzjoni li lest juza anke idejn` felhana biex jipproteguh. Kieku nuzaw l-istess ragunar tieghu issa li l-poplu wera bic-car li ma jaqbilx mal-gvern fl-ahhar elezzjonijiet lokali allura skond Eddie ghandna dritt inwaqqghu il-gvern. Izda ahna nafu sew x`inhi d-demokrazija u bil-kuntrarju ta` Eddie naccettaw ir-regoli taghha.

Bejn 1981 ` 1987 Eddie gie jitmellah mill-interessi tal-pajjiz u holoq instabbilita` politika li stagnat il-pajjiz ekonomikament mifni kif kien fi zmienijiet ta` ricessjoni internazzjonali. Harsu ftit lejn l-Amerika u ara jekk id-demokratici li gabu l-maggoranza tal-voti humiex qeghdin joholqu instabbilita` politika lir-repubblikani li qed imexxu. Fl-Amerika zgur li fl-imnarja li gejja id-demokratici mhux ser jiehdu lil nieshom il-bahar.

U mbaghad kellna l-1996 `1998.` Minflok sostna gvern elett demoratikament, Eddie` ha vantagg min manipulazzjoni tal-konfini elettorali biex xellef maggoranza parlamentari laburista u sforza lil pajjiz ghal elezzjoni qabel zmienha.

Mill-oppozizzjoni meta ma kellux is-sahha amminsitrattiva biex tgahddi tieghu Eddie wera kemm mhux vera jemmen fid-demokrazija.` Meta jkollok il-magguranza mieghek bilfors temmen fid-demokrazija ghax tghaddi tieghek. Il-vera test tad-demokrazija huwa meta tkun fl-oppozizzjoni.` Min dan it-test Eddie wehel tlett darbiet.

Li jkiddek huwa li li l-perception li bena permezz tal-media hija li huwa xi salvatur tad-demokrazija meta il-fatti vera juru bil-maqlub.

Issa x`inhu l-gudizzju dwar Eddie fil-gvern. Dan huwa perjodu ta` erbatax il-sena bejn is-sena 1987 sal lum il-gurnata interrotti b`perjodu qasir ta` 22 xahar bejn Ottucru 1996 sa Settembru 1998. Hawn ukoll` il-perception hija ta` wiehed li mmodernizza lil pajjiz u illiberalizza l-ekonomija.

Izda t-test tas-success mhux li timmodernizza u tilliberalizza. Dan huwa kuncett idejologiku li gie accettat minn kulhadd u b`Eddie jew mhux b`Eddie dan kien irid isir. Naghtuh mertu talli ghamlu hu izda nieqfu hemm. Il-veru mertu kien ikun kieku dan sar minghajr ma dahhal il-pajjiz f`dejn li jwerwrek u f`deficits li ma nafux kif se nsibu tarfhom.

Ghax nghiduha kif inhi, x`hemm ehfef milli tonfoq Mhux kullhadd jaf jonfoq, jimmodernizza u jberbaq ir-rizervi li sab u jtella muntanja ta` dejn` Il-kapacita hija kif timmodernizza minghajr ma ddahhal lil pajjiz fl-inkwiet ekonomiku li gabna fih.` Inkwiet rizultat ta` snin ta` nfieq bla kontroll, sussidji bla sens, impjiegi fejn ma hemmx bzonn, cerimonji u progetti mibnija fuq id-dehra u mhux fuq is-sustanza.

Illum ir-rejalta` lahqitna.` Eddie gabna fi stat fejn il-pajjiz ma jiflahx jissellef izjed u ghalhekk qed jaghfas u jaghfas fuq it-taxxi. Il-periklu huwa li kif jintebah li t-taxxi qed jipperikolaw il-popolarita` elettorali Eddie jaghmel dak li dejjem ghamel s`issa u jaghzel l-interessi tal-poter qabel tan-nazzjon. Jaghzel li jbiegh kull ma fadal biex jixtri aktar zmien ghar-renju tieghu u l-problemi dejjem aktar ikkargati jhallihom fit-testment ghal ta` warajh.

Ghalhekk bdejna nergghu nisimghu diskors dwar privatizzazzjoni ta` kollox, Freeport. Kordin Grain Terminal, Lottu, Bank of Valletta, Air Malta, Maltacom, Enemalta. Tiskantawx li jithajjru jdahhlu wkoll lil xi regolatur bhal Malta Maritime Authority, MFSC, jew Malta Stock Exchange.

Meta fl-ahhar mill-ahhar ikollna niffaccjaw ir-rejalta` u l-media ma tkunx tista tkompli tnaddaf bil-gamboll l-immagini ta` Eddie ghad l-istorja tohrog ir-risposta vera ghat ` titlu b`mistoqsija ohra: min irid ikun bhal Eddie`

No comments:

Post a Comment