Il-Kullhadd
Kultant biex jimpressjonaw kemm Malta ser ikollha vuci soda meta tpoggi bil-qeghda madwar il-mejda ta L-UE ( jekk inkunu membri) jghidulna li ghalkemm Malta se jkollha lanqas numru ta` voti mill-pajjizi kollha,` il-vuci taghna ser tkun sproporzjonata ghax ras ghal ras ser ikollna voti hafna aktar minn kull pajjiz iehor.
L-argument ikun xi haga hekk. Malta fil-Kunsill tal-Ministri fejn jittiehdu id-decizjoni li jorbtu ser ikollha tlett voti. Dan bejn wiehed w`iehor ifisser vot ghal kull 125,000 Malti . Mil-banda `l ohra il-Germanja ser ikollha 29 vot li jigu vot ghal kull 2,750,000 Germaniz.` Mela b`dan ir-ragunar 125,000 Malti ghandhom vuci daqs 2,750,000 Germaniz.
Dan l-argument sahansitra uzah il-Kummisjarju ghat-Tkabbir Verheugen meta dan l-ahhar gie jaghtina pariri mhux mitluba dwar kemm jaqblilna nidhlu membri fl-UE. Dawn argumenti li jbikkuni.` Immaginaw kieku Malta tilghab partita football mal-Germanja u nitilfu 12-0. `U flok inhammru wiccna ghat-tidwira u l-umiljazzjoni li nkunu qlajna nohorgu nghidu li morna tajjeb ghax ras ghal ras suppost tlifna 200 b`xejn ghax il-popolazzjoni Germaniza hija mitejn darba daqs dik ta`Malta
Ghax la titlef titlef. Titlef tnax b`xejn, ghoxrin b`xejn jew mitejn b`xejn tkun tlift u wiccek suppost jihmarlek. Izda skond in-Nazzjonalisti meta nigu biex niddeciedu xi haga li tolqot l-interessi ta` Malta ahna ghandna nifirhu avolja li vot finali jmur kontrina.` Nifirhu ghax ghalkemm tlifna,` ras ghal ras il-voti taghna huma b`sahhithom izjed.
`Immaginaw kieku Malta tilghab partita football mal-Germanja u nitilfu 12-0.` U flok inhammru wiccna ghat-tidwira u umiljazzjoni li nkunu qlajna nohorgu nghidu li morna tajjeb ghax ras ghal ras suppost tlifna 200 b`xejn ghax il-popolazzjoni Germaniza hija mitejn darba daqs dik ta`Malta`
Ara kieku mmorru ghal partnership specjali kieku hemm in-numru ta` voti ma jghoddx. F`termini ta` partnership,` Malta u l-UE jinnegozjaw bhala zewg blokki sovrani u fejn naqblu mmexxu u fejn ma naqblux nieqfu. F`kaz ta` partnership kull fejn hemm affarijiet fl-interess taz-zewg nahat nistgu naqblu u nimxu.` Hekk per ezempju fuq iz-zona ta kummerc industrajli hieles nistghu naslu u naqblu bla xkiel.
Izda fejn hemm affarijiet li mhux daqstant fl-interess taz-zewg nahat dawn jigu negozjati bis-serjeta u bla mudelli fermi minn qabel. Ghax fi sfond ta` membership in-negozjati jistghu biss ikunu f`termini ta` perjodi tranzitorji ghax ir-regoli huma l-istess ghal kulhadd u fl-ahhar mill-ahhar kullhadd ird jasal li jaccetta ir-regoli kollha.` F`kaz ta Partnership in-negozjati huma aktar flessibbli.
Jekk kien hemm bzonn` ezempju car ta` kemm Malta tkun bla vuci fl-UE tawhielna fis-summit ta` Brussels. Hafna membri` huma kontra il-mod skandaluz ta` kif jintefqu l-fondi tal-UE biex jghinu l-bdiewa, l-aktar Francizi, billi jhallsuhom talli ma jipproducux jew ihallsuhom sussidji fuq produzzjoni li mbaghad tinbiegh bit-telf fis-swieq internazzjonali` b`dannu ghal-bdiewa ta` pajjizi foqra li ma jistghux jikkompetu ma prezzijiet issudditjati ta` prodotti mibjughha mil-UE.` Fost l-aktar kuntrarju ghal dan kien hemm ir-Renju Unit, l-Olanda , l-Isvezja u l-Awstrija.
`U Malta miskina jekk nidhlu membri nitilfu kull votazzjoni u nibilghu decizjonijiet kontra l-interssi taghna izda xorta jkollna gvern li jiftahar li morna tajjeb ghax flok 200 b`xejn inkunu tlifna tnax b`xejn.` Dawn marru lesti biex ipoggu lil Franza f`rokna u jgghielhuha iccedi halli ma tkomplix terda sussidji li jsemmnu lobby politkament b`sahhtu tal-bdiewa Francizi li ghenu mhux ftit biex Chirac rega rebah il-Presidenza ta` Franza u l-Partit Gaullist rega jinsab fil-gvern.
Izda filwaqt li dawn il-pajjizi kienu qed isinnu s-skieken ghal Francizi, gurnata qabel ma beda s-summit il-President Franciz u l-Kancillier Germaniz iltaqghu privatament u b`mod misterjuz lahqu ftehim bejniethom. Ftehmu li s-sistema ta` sussidji tibqa` kif inhi u tizdied globalment biex jinzamm il-valur rejali ta` dik li tkun effettivament fis-sena 2006. U dan ikun jghodd ghas-snin 2007 sas `sena 2013.
Permezz ta` ftehim bhal dan il-bdiewa Francizi jibqghu jerdghu sussidji kbar, l-UE tibqa` tara flus jigu mormija bla sens,` u membri godda idumu sas `sena 2013 biex il-bdiewa taghhom jilhqu parita` ma dawk Francizi.
X`gieghel il-Kancillier Germaniz jaqbel ma arrangement bhal dan li jmur kontra dak li kien jiddikjara qabel ghadu misterjuz. Izda hemm x`jindika li Schroeder, li diga ghandu relazzjonijiet difficli mal-Amerika, ma riedx problema ohra ma Franza u b`din il-koncessjoni xtara l-appogg Franciz biex juzaw il-veto taghhom fil-Kunsill tas-Sigurta` tal-Gnus Maghquda halli jgeghli l-Amerikani jerghu jithabbu mal-Germanizi.
Ftehim bejn il-Germanja u Franza qabel ma bdew id-diskussjonijiet kien bizzejjed biex sadd halq kullhadd u qajla kien hemm diskussjoni ghax kullhadd kellu jbaxxi rasu. Sahansitra ghax Blair wera li ma jaqbilx u pprova jerga jiftah in-negozjati gie insultat mil-President Franciz li jidhirlu li fl-UE kullhadd irid joqghod ghal dak li jkun ftiehem hu mal-Germanja.
U Malta miskina jekk nidhlu membri nitilfu kull votazzjoni u nibilghu decizjonijiet kontra l-interssi taghna izda xorta jkollna gvern li jiftahar li morna tajjeb ghax flok 200 b`xejn inkunu tlifna tnax b`xejn.
Sunday, 3 November 2002
200 B`Xejn
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment