Saturday, 2 November 2002

Ghazla Ahjar Ghal Malta

L-Orizzont



Ghandna gvern li mhux jirrejalizza dak li ghaddej ma dwaru u determinat li jitla fuq it-trenn ta` l-Unjoni Ewropeja bla ma jaf din it-trenn fejn sejra.

Sar hafna plejtu fuq ir-referendum Irlandiz dwar it-trattat ta` Nizza. Nghid ghalija dan kollu zejt mal-bazwa. Ghax it-trattat ta` Nizza ghandu hajja qasira. Sa sentejn ohra it-trattati kollha ser jigu mibdula ma kostituzzjoni gdida li qed tigi mohmija mill-Konvenzjoni ta` Giscard D`Estaing.

U minn din il-konvenzjoni ghad irid jinbidel il-piz li jkollhom pajjizi individwali, specjalment pajjizi zghar, u kull ma jmur id-decizjonijiet jittiehdu aktar minn magguranza centrali influwenzata mill-pajjizi kbar.

`Sa sentejn ohra it-trattati kollha ser jigu mibdula ma kostituzzjoni gdida li qed tigi mohmija mill-Konvenzjoni ta` Giscard D`Estaing.` Kif intwera fil-laqgha ta` Brussels li saretfl-24 ta` Ottubru 2002, dak li jaqblu fuqu il-Germanja u Franza ma jzommu hadd. Anke jekk ir-Renju Unit ikun kontra,` ikollu jiblaghha.` U dan jigri aktar facilment meta tidhol il-kostituzzjoni gdida li ghad tkun proposta mill-konvenzjoni ta` Giscard d`Estaing.

Ir-Renju Unit ghadu jsostni fuq il-mudell intergovernamentali fejn kull gvern ikun awtonomu specjalment f`affarijiet ta`politka barranija.` Izda jidher li din il-glieda hija wahda fierha. Araw x`kiteb b`risposta ghal dan il-Kummissarju ta` l-Unjoni Ewropeja ghal Kummerc Pascal Lamy (Franciz)` biex jikkritika il-pozizzjoni tar-Renju Unit u jwiddeb li hemm bzonn li d-decizjonijiet ta` poltika barranija u sigurta jigu centrallizati u ma jibqghux f`idejn gverninijiet ta` pajjizi individwali.

`Huwa car li l-policy tal-UE fil-Kummerc tehtieg kunsens wiesgha mil-pajjiz membri kollha. Issa l-mistoqsija hija jekk hux ser nestendu dan il-mudell ghall-affarijiet ohra importanti bhar-relazzjonijiet esteri. Lesti li naghtu poter ikkontrollat lil istituzzjoni wahda biex tirraprezenta lil UE kollha` Jew ser nibqghu bil-mudell inter-governamentali kif irid ir-Renju Unit`

Il-verita hija li zewg terzi tac-cittandini ewropew iridu poltika barranija komuni. Mil-banda l-ohra il-poltika barranija tal-UE hija bla sahha. Il-mekkanimu istituzzjonali ghal poltika barranija bhalissa huwa bhal hydra, ghandu hafna rjus.` Solana. Il-Kummissjoni, il-President tal-Kunsill kollha jitkellmu flimkien ` kif jghamlu gvernijiet ta` pajjiizi individwali ` u jghidu affarijiet differenti anke meta nkunu qbilna fuq xi haga b`unanimita` . `Tezisti u jekk il-Partit Laburista jinghatha cans iwettaqha ghall-gid tal-Maltin u l-Ghadwxin.`

Ir-Renju Unit irid li relazzjonijiet esteri jkunu f`idejn il-President tal-Kunsill li jgieghel lil kullhadd jaqbel qabel ma jitkellem. Izda dan kif jista` jkun` Fid-dinja ta` veru kif` jista il-president tal-Kummisjjoni jistabilixxi asheb w`ara jiddefendi interess ewropew komuni li jridu jaqblu mieghu 15 jew 25 membru`

Il-mudell ingliz huwa nieqes mil-legittimita` u mill-efficjenza.` Jean Monnet, wiehed mill-missirijiet tal-UE attwali, kien jishaq li l-mudell intergovernamentali jistimula diskussjoni izda ma jwassal ghall-ebda decizjoni. President tal-UE b`dan il-mudell ma jkollu poter ta` xejn ghax il-gvernijiet individwali jispiccaw dejjem jinnegozjaw u ma jiddeciedu qatt. Il-veto tal-pajjizi irendu il-Kunsill bhala hanut tal-kafe` ghal paroli flok post fejn tassew jittiehdu id-decizjonijiet`

Huwa car minn dan fejn sejra l-UE. Jekk insiru membri fl-UE il-pajjiz taghna jitlef is-sovranita tieghu. Ma jigi jikkmanda xejn lanqas il-poltika barranija tieghu li decizjoniet dwarha u dwar is-sigurta jittiehdu bil-maggurnza.` Maz-zmien ibqghu zguri li anke decizjonijiet ta difiza jigu decizi bl-istess mod.` U mbaghad xi tkun tiswa` n-newtralita

Jghidulna kwazi biex jinsultawna li Malta jkollha piz sproporzjjonat ghax ras ghal ras Malta se jkollha piz ta` voti anke aktar mill-Germanja. Ma nafx nidhaqx jew nibki nisma argument bhal dan li ghamlu sahansitra Verheugen. Qisu fil-footbal Malta titlef mal-Germanja 10 -0 u nghidu li morna tajjeb ghax ras ghal ras suppost gejna 200 -0! Huwa oxxen li l-poplu qed jigi xtraxxnat biex jiddeciedi fuq il-futur tighu, biex jaghti lura parti sewwa mill-indipendenza u l-helsien li kiseb f`dawn l-ahhar 40 sena, bla ma il-partit Laburista jinghata mezzi ugwali biex ifiehem it-triq `l ohra. It-triq li tezisti u li kull ma jmur qed tigi accettata ghax jafu li hekk hemm bzonnha biex min ma jhossux komdu fl-UE xorta jista jibqa jahdem maghha bla ma jkun marbut bir-regoli kollha taghha.

Tezisti trqi ohra. Tezisti triq ahjar.` Tezisti triq li tipprotegi dak li akkwistajna u tizviluppa relazzjoni ma l-UE fejn dak li jaqbel ghat-tnejn isir. Fejn` il-poplu Malti jibqa jghix fil-paci f`pajjizu waqt li jkollu livell ta` ghixien li jhabbatha mal-pajjizi membri ta` l-UE.

Tezisti u jekk il-Partit Laburista jinghatha cans iwettaqha ghall-gid tal-Maltin u l-Ghadwxin.

No comments:

Post a Comment