L-Orizzont
Il-budget li habbar nhar it-tnejn il-Ministry Dalli b`pompa u b`arroganza kbira m`hu xejn hlief ticpisa ta` figuri insostenibbli intenzjonati li jservu biex il-gvern izzappap il-ftit xhur li fadal lejn l-elezzjoni.
Biex taraw `kemm dan huwa minnu iflu biss mizura wahda. Il-mizura li dahhlet il-VAT fuq l-elettriku u c-cilindri tal-gas.` Qalulna li l-konsumatur mhux ser `ibati minn dawn il-mizuri ghax dawn ser tbatijhom l-Enemalta.
Dan loghob tas-shahar.` Il-gvern izid id-dhul mil-VAT izda l-konsumatur ma jabtix ghax il-VAT thallasha is-sahhara ta` l-Enemalta.` Il-buzillies huwa li l-Enemalta m`ghandix poteri tas-shahar. L-Enemalta hija korporazzjoni pubblika, propjeta tal-gvern f`isem il-poplu. Dak li tbati l-Enemalta, jbatih il-poplu.
`Dak li tbati l-Enemalta, jbatih il-poplu` Kien hemm zmien meta l-Enemalta kienet tahleb. Il-frazi Ahleb Guz! jiftakara kulhadd. L-Enemalta llum ma ghadiex tahleb. Fl-ahhar kontijiet li hargu ghas-sena 2001 l-Enemalta garrbet telf ta` Lm7 miljuni u tinsab `mimlija sax far ghajnejha bid-dejn li biex tlahhaq mieghu trid tibda taghmel qliegh sew, nikkalkula qliegh ta` madwar Lm10 miljun kull sena, mill-anqas.
Mela kif l-Enemalta ser terfa`piz gdid biex thallas il-VAT ta` 5% fuq il-kontinjiet ta` l-elettriku u 15% fuq ic-cilindri tal-gas. Il-Management ta` l-Enemalta li huwa responsabbli mill-operat ta` l-Enemalta din jaccetta meta jaf li dan imur kontra l-ligi ta` l-Enemalta. Il-Ministru repsonabbli mill-Enemalta, il-Prof Josef Bonnici li donnu il-Ministru Dalli jhobb jiehu mizuri apposta biex jimbarazzah, li huwa resposnabbli li jzomm l-Enemalta finanzjarjament b`sahhitha qed jaccetta il-mizuri li jekk itulu ifallu lill-Enemalta`
Jew il-gvern ghandu xi pjan malinn li jwassal l-Enemalta gharkubbtejha biex imbaghad jipprivatizzaha b`irhis u b`dannu ghall-interssi nazzjonali u tal-haddiema` Il-fatti huma li dak li ghamel il-Ministru sahansitra jmur kontra ir-regoli ta` l-UE li tinsisti li VAT tghaddi ghal fuq il-konsumatur. Huwa wkoll insostenibbli ghax jifqa`il-finanzi ta` l-Enemalta li diga qeghda f`pozizzjoni difficli. Allura tasal biss ghal konkluzjoni wahda. Dik li din hija mizura temporanja kemm kemm twassalna sa l-elezzjoni.
`Il-Ministru repsonabbli mill-Enemalta, il-Prof Josef Bonnici li donnu il-Ministru Dalli jhobb jiehu mizuri apposta biex jimbarazzah, li huwa resposnabbli li jzomm l-Enemalta finanzjarjament b`sahhitha qed jaccetta il-mizuri li jekk itulu ifallu lill-Enemalta Imbaghad wara is-sahhar jisparixxi u tibda r-rejalta`. Rejalta` li tghid li l-Eenmalta mhux biss ikollha tghaddi dan il-piz gdid tal-VAT fuq il-konsumatur izda wkoll tkun trid tgahddi fuq il-konsumatur spejjez godda ta` madwar Lm4 miljuni kull sena biex mill-power station tal-Marsa jibda` jinharaq Low Sulphur Fuel biex innaqqsu t-tniggis u nimxu skond ir-regoli ta` l-UE. Dik hi r-rejalta`.
Jien zgur m`hiniex kontra li l-Enemalta tibda tahraq Low Sulphur Fuel fil-power station tal-Marsa. Anzi nistghu naghmlu dan minn ghada u m`hemmx ghalfejn nistennew li nidhlu fl-UE.` Immur oltre u nghid li l-Power Station tal-Marsa jehtieg li fiz-zmien relattivament qasir tinghalaq ghax ma jistax ikun li sors ta` tniggiz bhal dan jinqa f`nofs centru daqstant popolat. Issa li Delimara qeghda hemm nistghu inzidu l-potenza taghha b`teknologija moderna ibiex kollna generazzjoni ta` l-elttriku bla tniggiz ambjentali.
Izda jien rejalistiku u ma nemminx fi shahar li dan kollu jista` jsir bla ma hadd igorr il-piz tieghu.
U hemm hafna aktar indikaturi li juru li dan il-budget huwa tbazwira li saret ghal ftit xhur sa l-elezzjoni. Kif wiehed jista` jifhem li l-ispiza rikurrenti tal-gvern is-sena d-diehla ser tizdied biss b`Lm14 il-miljun meta din is-sena zdidied bi Lm43 miljun Kif jista` jkun dan meta din is-sena il-gvern ma kellux zidiet fil-pagi tac-civil u s-sena d-diehla se jkollu zidied fil-pagi. Mhux bilfors li l-Ministru zelleg il-figuri ha jidhru sbieh issa u mbaghad wara naraw.
L-istess kien ghamel meta ghamel ghal budget ta`l-1996, `l-ahhar wiehed qabel dik l-elezzjoni biex jidher sabih kien qal li mil-VAT se jdahhal Lm110 miljuni. Fil-fatt kien spicca dahhal biss Lm78 miljun. Niftakar lil ex-Ministru Lino Spiteri jirrakonta li meta staqsa lid-Deopartiment kif ghamlu stima daqstant gholja u irrejalistika dawn qalu bla tlaqliq li huma qatt ma taw jew qablu ma dik l-istima li kien ghamilha il-Ministru wahdu.
Il-VAT qabzet biss il-Lm110 miljuni fis-sena 2001 hames snin wara li kien bassar il-Minsitru u wara li l-VAT giet estiza fuq affarijiet godda u essenzjali bhal petrol diesel u telephone. Daqstant jaf ibazwar il-figuri il-Minsitru specjalment fis-sena ta` qabel l-elezzjoni. `Dan il-budget mhu xejn ghajr tbazwira ghal ftit xhur.` Is-serjeta` u s-soluzzjonijiet jista` joffrihom biss gvern Laburista ta` wara l-elezzjoni.`
Hemm ukoll aktar tbazwir fil-budget. Dan qed jipprevedi dhul ta` Lm23 miljun minn ghotjiet mill-UE u mill-gvern Taljan.` J`Alla jidhlu. Izda filwaqt li dawn ghadhom il-boghod hafna mill-Lm100 miljun imweghda ejja nifhmu li anke jekk jidhlu dawn ma jkunux dhul rikorrenti. Dawn huma dhul tas-snin ta`qabel lil-gvern nazzjonalista skadut ma kienx kapaci jigbed u jinnegozja sew u li ghandi dubji kemm ser jirnexxielu jigbidhom matul is-sena d-diehla meta l-gvern mitluf fuq affarijiet ohra.
Hemm ukoll dhul mixxelanju ta` Lm6 miljuni godda li dwaru ma hemm taghrif xejn la fl-estimi u lanqas fid-diskors tal-Ministru. Dawn x`inhuma taxi godda li jithabbru wara l-elezzjoni`
Izda fuq kollox il-budget ma tiggudikahx fuq mizuri individiwali.` Tiggudikah fuq l-impatt kollettiv li jkollu biex isolvi il-problemi kronici tal-pajjiz. Il-problemi li llumm jammettihom kullhadd.` Il-problemi tad-deficit fiskali, problemi ta` ggammjar ekonomiku u problemi ambjentali li qed jgharrqu l-livell tal-hajja tac-cittadini. Ma jindirizzax lanqas il-faqar socjali gdid li qed jinbet fil-familji li jghixu bil-penjsoni jew pagi baxxi li ma jgawdux mill-gholi tas-ceilings tat-taxxa u li meta jmorru jirtiraw il-medicini li ghandhom dritt ghalihom b`xejn ma jsibuhomx u jkollhom jixtruhom mil-ftit li ghandhom u jiccahdu minn affarijiet essenzjali ohra.
Dan il-budget mhu xejn ghajr tbazwira ghal ftit xhur.` Is-serjeta` u s-soluzzjonijiet jista` joffrihom biss gvern Laburista ta` wara l-elezzjoni.
Saturday, 30 November 2002
Budget Bazwi ghal Ftit Xhur
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment