Sunday, 17 November 2002

Budget Irrelevanti

Il-Kullhadd



Il-budget li l-Ministru ser jipprezenta fil-parlament bhal ghada gimgha ma jkunx fih sorprizi. Ghax nistghu nghidu minn issa li se jkun budget ta` l-elezzjoni.

L-ahhar budget tan-nazzjonalisti qabel l-elezzjoni dejjem l-istess. Tistghu taqraw il-budget tal-1992 u` tal-1996 li wkoll kienu budgets ta` qabel l-elezzjoni u taraw mudell ghall-budget li gej.

Fil-fatt John Dalli kull ma ghandu jaghmel huwa li jaqbad il-budget speech ta` 1996 iffarfru ftit u jaggornah u jerga` jaqra lilu stess.

`Lestu biex jghidulna li l-barri rkibnih u ghalhekk issa l-gvern jista` jerhi ftit l-ghafsa tat-taxxi ta` dawn l-ahhar erba` snin u jghati lil-poplu lura ftit mil-hafna li ga hadlu` Lestu biex jghidulna li l-barri rkibnih u ghalhekk issa l-gvern jista` jerhi ftit l-ghafsa tat-taxxi ta` dawn l-ahhar erba` snin u jghati lil-poplu lura ftit mil-hafna li ga hadlu. Ser jghidilna li dan ser jaghmlu billi jnaqqas l-impatt tat-taxxa halli ma jzidx sepejjez fuq is-settur produttiv.

Ser jghidilna li d-deficit issa gie kontrollat u allura nistghu niehdu l-premju tal-bzar fl-ghajnejn ta` qabel l-elezzjoni.

Il-forma diga` tidher.` Ghax biex jghidilna li l-budget deficit gie kontrollat meta il-fatti rejali huma l-kuntrarju, John Dalli ilu sena jippjana kif ibazwar il-figuri.` U ghalhekk li investimenti li qed isiru fl-iskejjel flok qed johorghom il-Gvern kif suppost qed isiru permezz tra` self bankarju lil Fondazzjoni fantazma li ghaliha xorta irridu naghmlu tajjeb ahna.` Basta jmorru jippoppaw sidirhom ha jghidulna kemm nefqu flus. Biex jonfqu kieku jinqalghu. Id-difficli mhux li tonfoq izda li ggib il-flus biex ikollok minn fejn tonfoq.

In-nazzjonalisti dawn il-flus qed igibuhom minn ghand uliedna li ghada pitghada iridu jaghmlu tajjeb ghad-dejn mohbi li qed jaghmel il-gvern. `In-nazzjonalisti bhala periti tad-dizastru finanzjarju u ekonomiku tal-pajjiz qatt ma jistghu jaghtu is-soluzzjonijiet li veru hemm bzonn biex nohorgu minn dan is-saram. `

Ser jiftahar li naqqas id-deficit meta fil-fatt bazwar Lm21 miljun dhul straordinarju min bejgh tat-Terminal ta` l-Ajruport` u dahhlu qisu dhul` ordinarju li jidhol kull sena.

Mela tistghu tibqghu zguri li l-budget li ser ihabbar il-gvern ser ikun mibni fuq il-qreq.` Jaghti stampa sabiha u jahbi l-problemi li imbaghad johorgu wara l-elezzjoni. Hekk fl-1996 kien qal li se jkollna deficit ta` Lm39 miljun meta fil-fatt wara l-elezzjoni, ghax qabel satru kollox avolja bjeniethom kienu jafu sew x`inhu ghaddej,` irrizultat deficit ta` Lm120 miljun.

Hemm differenza kbira bejn il-weghdi tal-budget ta` qabel l-elezzjoni u l-verita` iebsa u rejali li tohrog wara l-elezzjoni. Sta ghal poplu li ma jhallix lilu nnifsu jerga jigi ngannat mil-weghdi li ma jwasslu mkien hlief biex jisirqu il-voti u jaljenaw; bhal weghda tal-Lm100 miljun.

Nghid ghalija il-budget li gew fih x`fih huwa budget irrelevanti.` In-nazzjonalisti bhala periti tad-dizastru finanzjarju u ekonomiku tal-pajjiz qatt ma jistghu jaghtu is-soluzzjonijiet li veru hemm bzonn biex nohorgu minn dan is-saram.` Jistghu jaghmlu biss dak li huma esperti fih. Ibazwru, jonfqu, jiddejnu u jnizzlu lil pajjizna ekonomikament gharkupptejh biex ma jibqghalu l-ebda ghazla hlief li jbiegh lilu nnifsu ha jikkmandana l-barrani.

Alfred Mifsud





No comments:

Post a Comment