Sunday, 10 November 2002

Argumenti

Il-Kullhadd



Huwa principju fundamentali ta` tmexxija azjendali li min imexxi tajjeb huwa wkoll ghalliem. Dak li jaf mhux izommu ghalih izda jghaddih lil ta` madwaru u `l ta` tahtu ghax aktar ma jitghallmu aktar jehfief ix-xoghol ghal kullhadd u aktar jikber l-isforz kollettiv.

Meta nara lil xi hadd li jmexxi li flok jghallem jipprova jzomm ghalih dak li jaf halli hadd ma jehodlu postu jien ninkwieta.` Ghax nies bhal dawn aktar ikunu jahsbu fihom infushom milli fil-gid ta` l-azjenda li jkunu qed imexxu.

Ghalhekk anke fl-artikli tieghi jien nipprova nghallem. Naghmel argumenti biex il-qarrejja ta` dan il-gurnal, hafna minnkom laburisti konvinti, taghrfu tuzawhom meta tkunu titkellmu ma min ma jaqbilx politikament maghna.

U nsib li l-issue ta` l-Unjoni Ewropeja, minkejja li donnha saret tiddomina id-diskussjoni kollha, xorta ghad hawn min` mhux qed jifhem u min forsi jidhollu d-dubju dwar l-argumenti taghna.

Ghalhekk illum xtaqt li niehu erbgha argumenti li jaghmlu n-nazzjonalisti ghala pajjizna ghandu jsir membru shih fl-UE u fi kliem semplici nkissirhom biex intom il-qarrejja taghmlu l-istess meta jpoggulkom dawn l-argumenti.

Argument numru wiehed: Ghax kullhadd diehel

`L-Isvizzera, In-Norvegja u l-Islanda, fost ohrajn mhux qed ifittxu li jidhlu.` Dan mhux minnu. L-Isvizzera, In-Norvegja u l-Islanda, fost ohrajn mhux qed ifittxu li jidhlu. U mbaghad kieku stess diehel kullhadd ahna naraw l-affarijiet taghna u mhux ta` haddiehor. Bhal Malta m`hemm hadd la fost dawk li huma ga membri u lanqas fost dawk li jridu jidhlu. Ic-cokon taghna jfisser li ghandna hafna aktar sahha barra milli gewwa ghax gewwa ninbelghu. Dawk li jridu jidhlu huma ghaxar pajjzi komunisti li jibzghu li jekk ma jidhlux jergghu jinbelghu mir-Russja` u Cipru li fuq kollox irid jidhol biex ikollu sahha jaghmel pressjoni fuq it-Turkija halli jerga jghaqqad il-pajjiz mal-bicca ta` fuq li ilha okkupata mil-forzi Torok mill-1974. Ahna , ghal grazzja t`Alla, ma ghandna xejn min` dan.

Argument numru tnejn:` Ghax jekk nibqghu barra nkunu wahedna

`Morna `l quddiem ghax kellna rajna f`idejna` M`hu veru xejn. Ahna llum qeghdin barra allura qeghdin wahidna` Kemm ilna indipendenti u specjalment wara li nghalqet il-bazi morna lura jew `l quddiem` Morna `l quddiem ghax kellna rajna f`idejna. U dan ma jfissirx li konna wahedna.` Nikkomercjalizzaw ma kullhadd, nilqghu turisti minn kullimkien, nfittxu nvestiment minn kull fejn insibuh, izda sa fejn huwa possibbli il-futur taghna niddecieduh ahna u mhux nhallu lhietna f`idejn haddiehor.

Anzi jekk nibqghu barra ikollna aktar cans nikkommerjalizzaw ma pajjizi ohra barra l-EU ghax ma jkollnix l-ghaqda doganli li tobbligana naghmlu tariffi fuq importazzjoni minn barra l-UE.

In-nazzjonalisti jghidu li ser niqghu wahidna biex ibezzghu bil-babaw bhal ma qabel l-gheluq tal-bazi kienu jghidu li wara `l 1979 hemm il-bahh.

Argument numru tlieta: Ghax niehdu hafna fondi biex naghmlu ir-ristrutturar li hemm bzonn u ntejbu l-ambjent.

`Issa huwa car li l-fondi ghalina huma skarsi` Holma` ohra.` Issa huwa car li l-fondi ghalina huma skarsi.` Jekk ma nohorgux mil-but mhux se ndahhlu lanqas specjalment meta tqis l-ispejjez kbar li ghamilna u ghadna qed naghmlu biex nobdu ligijiet li ma jghoddux ghalina. Billi l-Irlanda , il-Portugall jew Spanja fil-passat hadu hafna fondi ma jfissirx b`daqshekk li ahna ser niehdu l-istess bhalhom.` L-affarijiet inbidlu ghax il-fondi qed jiskarsaw u min jiekol u jerda hemm izjed specjalment issa li ser jidhlu pajjizi ;li ghandhom setturi agrikoli kbar u li ghadhom fi stat ta` zvilupp aktar lura minnha.

Argument numru erba`:` Ghax m`hemmx triq ohra.

`hemm triq ohra , it-triq ta` Partnership li thallilna sahha ninnegozjaw bhala stat sovran u mhux bhala seftur.` `Din l-ahhar diska tal-juke-box nazzjonalista. La m`hemmx triq ohra, skond huma, li hemm irridu nehduh. Tqila kemm hi tqila it-triq ta` l-UE irridu nimxuha anke jekk ser nghaddu lil familji Maltin mil-magna taz-zalzett..

Ma niflahx nisma` lil Gvern u lil-gazzetti li jsostnuh jghidu li Malta tilfet l-importanza strategika taghha.` Li m` ghandna xejn biex ninnegozjaw u allura irridu naccettaw kull ma jtuna, anke jekk ikun loqom.

Dawn argumenti ta` min wara li harbat lil pajjizna u ppregudikalu il-futur b`dejn insostenibbli, issa li gab il-pajjizna gharkubbtejh lest li jilghaq it-trab ta` l-art biex idahhluna sefturi ma l-UE flok inkompli nitmermru wahedna.

Il-fatti huma li pajjizna ghadu strategikament importanti, li l-Partit Laburista ghad ghandu fiducja f`Malta u l-Maltin,` u meta jinnegozja mal-barranin jipprotegi dak li hu taghna u jaghti daqs kemm jiehu u mhux jaghti biss. Ghalhekk hemm triq ohra , it-triq ta` Partnership li thallilna sahha ninnegozjaw bhala stat sovran u mhux bhala seftur.

Alfred Mifsud





No comments:

Post a Comment