Sunday, 22 December 2002

Fatta

Il-Kullhadd



It-tombla spiccat. Fatta!` U x`fatta!` Wara daqs dawk cifri u figuri, weghdi ta` mitt miljun, tmenin miljun u hamsin miljun issa qed nifirhu li weghduna sitta u ghoxrin miljun ghal tlett snin. U mbaghad U mbaghad ma jaf hadd.

Nahseb qabel ma naraw jekk Lm26 miljun hux tajjeb jew hazin jehtieg nitolbu spjegazzjoni minn dawk li tellghu it-tombla erbgha jew hames snin ilu. Fost dawn` hemm l-ex Vici-Kap Nazzjonalista (illum President tar-Repubblika) li sollennement kien weghdna mitt miljun. Hemm Simon Busuttil il-Kap tal-MIC li fl-1998 kien qal li meta Malta tidhol skond il-Kalkoli ta Agenda 2000 Malta tiehu mitt miljun.` Hemm mil-hamsin miljun li Prim Ministru attawali kien qal li jkunu taghna bi dritt bla ma noqghodu nittalbu.

X`inhu jzomm lil dawn milli jaghtu rendikont ta`dak li qalu Jekk dehrilhom li kien haqqna hamsin miljun bla ma nittalbu, u allura mitt miljun jekk nittalbu,` ghalfejn accettaw Lm26 miljun` `Simon Busuttil il-Kap tal-MIC li fl-1998 kien qal li meta Malta tidhol skond il-Kalkoli ta Agenda 2000 Malta tiehu mitt miljun`

Imma issa jehtieg ukoll infehmu lill-poplu li s-Lm26 miljun m`humiex Lm26 miljun. Lm26 miljun kif jifhimhom il-poplu Malti huma flus li jidhlu dritt fil-kaxxa ta`Malta, il-fond konsolidat, biex b`hekk il-gvern ma jkollux ghalfejn jigbor taxxi minn fuq il-poplu.

Izda minn dan kollu m`hu se jigri xejn. B`kollox flus fil-kaxxa ser jidhlu Lm8 miljun aktar milli nohorgu. Izda mbaghad ser nitilfu Lm6.5 miljuni kull sena sussidju fuq oggetti ta`l-ikel li nixtru mill-UE. Jekk il-gvern ser idahhal Lm8 miljuni il-poplu ser johrog f`forma ta` prezzijiet oghla ghal affarijiet ta` l-ikel Lm6.5 miljuni biex b`hekk bhala pajjiz inkunu avvanzajna` biss miljun u nofs.

Izda zommu ftit il-kolp.` Ghax biex nibnu l-istrutturi ha nimxu mar-regola ta` l-UE irridu nohorgu hafna u hafna spejjez . Kull sena f`dawn l-ahhar tlett snin hrigna madwar Lm15 il-miljun. Issa la nidhlu membri l-ispejjez biex immexxu l-membership jiswielna mill-anqas Lm10miljuni kull sena. Irridu naghtu wkoll Lm7 miljun kull sena` lil bdiewa taghna biex jaghmel tajjeb ghat-telf li se jgarrbu kif tmur il-protezzjoni u jibdew dehlin minn barra bla xkiel hxejjex, frott u laham li jikkompetu ma dak li jipproducu il-bdiewa u r-rahhala Maltin.` Mela fejn se mmorru `l quddiem` `ahna irridu nserrhu ras il-poplu li bil-partnership bejn l-ispejjez li niffrankaw u bejn il-flus li ngiebu mill-UE u minn pajjizi individwali ta` fuq u taht, ahna kapaci ngibu ferm aktar mis-Lm26 ghal tlett snin bla ma nippregudikaw il-kostituzzjoni u s-sovranita` ta` pajjizna.`

Forsi hawn min jghid li jonqos it-Lm18 miljun kull sena li ser niehdu ghal progetti.` Minn dawn irridu niffinanzjaw hafna progetti li jew ma ghandniex bzonnhom jew li zgur m`humiex prijorita`.

Dawn il-progetti iridu jitwettqu fit-tlett snin sas-semna 2006 ghax il-gvern intrabat li jwettaqhom biex jobdi ir-regoli ta` l-UE.` Biex nibnu hazna ta` zejt ghal tlett xhur irridu nonfqu miljuni kbar. Biex maghmlu mpjant ghar-riciklagg tal-flixkien tal-plastic irridu miljuni. Dawn ma ghandniex bzonnhom. Ser naghmluhom biss biex nobdu r-regoli.` Mela mbaghad ghat-toroq, ghall-ambjent u ghal mizbliet minn fejn gejjn il-flus`.`

Mela wara li ilna nonfqu tant biex wasalna s`hawn issa flok mitt miljun cash f`idejna kull sengha ser niehdu loqma u ser niehdu ghajnuna zghira li tinxtorob minn oprogetti li ma ghandniex bzonn u thallilna l-piz biex naghmlul-progetti li tassew nehtiegu.` Li jfisser aktar ghafsa ta` taxxi jew aktar dejn li jkompli jzid l-ghafsa tal-piz tal-imghaxijiet.

Mqar nistghu nghidu lil-muntanja welldet gurdien.` Izda qas dan ma nistghu nghidu. U mbaghad mela sirna daqstant boloh li nidhlu x`imkien li nafu biss sa tlett snin u mbaghad wara li jnehhulna il-ftit zokkor tal-bidu ikollna ngorru, bla ghazla ta`xejn, il-morr ghal tant u tant snin ta` wara. Fejnha l-ghazla ghal uliedna Din ghazla ghal-lum u ghada min rah!

Fuq kollox huwa minnu li l-kaz ta`l-UE mhux biss il-flus. Izda l-flus importanti u mit-test tal flus zgur li l-kaz favur membership ma jghaddix.` Issa ahna irridu nserrhu ras il-poplu li bil-partnership bejn l-ispejjez li niffrankaw u bejn il-flus li ngiebu mill-UE u minn pajjizi individwali ta` fuq u taht, ahna kapaci ngibu ferm aktar mis-Lm26 ghal tlett snin bla ma nippregudikaw il-kostituzzjoni u s-sovranita` ta` pajjizna.

Il-poplu naghtuh assikurazzjoni u rassikurazzjoni ghax ma fadallux `capacity` ghad-dettalji li issa dejjquh fuq li dejquh bla ma fehem wisq. Issa li t-tombla fatta jehtieg nitkellmu bis-serjeta` ghax fin-nofs hemm verament il-futur ta` wliedna.

Alfred Mifsud





No comments:

Post a Comment